Illum previous editions

illum 8 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1002134

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 08 ta' Lulju 2018 | illum Jiċħad li se jirritorna fil-midja tal- Partit Nazzjonalista Minn Liam Carter MINKEJJA xnigħat li l-eks preżentatur u eks Chairman tal-PBS John Bundy se jirritorna lura fuq il-midja tal-PN ma' din il-gazzetta hu insista li dan mhu minnu xejn. "Assolutament li le, mhux veru. Ma nafx minn fejn inqalgħet din." Il-ġimgħa l-oħra, iċ- Chairman Eżekuttiv ta' Media. Link Communications, Pierre Portelli ħabbar li wara 26 sena, Radio 101 kien se jingħata dehra ġdida bħala, NET FM. Dan bl-għan li jsir stazzjon tar-radju iżjed modern u kontemporanju kif jitolbu ż-żminijiet attwali. Din il-gazzetta kkuntjat ukoll lil Portelli u staqsietu jekk hu avviċanx lil Bundy biex dan jagħmel ritorn fil-midja tal-PN. "Mhux qiegħda fuq il-mejda, m'aħniex qegħdin f 'diskussjonijiet ma' John Bundy." Minkejja dan Portelli sostna mal-ILLUM li "naprezzaw ix-xogħol kollu li Bundy għamel għal NET Television u fil-ġimgħat li ġejjin hu se jkun mistieden fuq programm speċjali li se jikkomemora l-20 sena anniversarju mit-twaqqif ta' NET Television." F'Novembru li għadda, John Bundy kien tneħħa minn Kap Eżekuttiv tal-PBS u minflok ħatar lill-Inġinier Charles Dalli bħala Aġent Kap Eżekuttiv tal-PBS. Dakinhar il-Bord tal-PBS kien qal li d-deċiżjoni tagħhom kienet immotivata mill-fatt li Bundy ma segwiex proċeduri importanti tal-prokura tal-PBS meta allegatament għamel ftehim ma' kumpanija lokali għall-bejgħ ta' karozzi u xiri ta' karozzi ġodda għall-PBS mingħajr tender approvat mill- Bord tad-Diretturi tal-PBS. Min-naħa tiegħu, Bundy ċaħad li għamel xi ħaġa kontra r-regoli u ftit wara t-tkeċċija hu kien ħabbar li se jkun qed jieħu azzjoni legali kontra l-bord tal-PBS "wara li keċċewni inġustament". Intant, f 'intervista mal- ILLUM lura fl-2016 Bundy kien qal li wara l-elezzjoni tal-2013, l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kien talbu biex jirritorna lura. "Busuttil offrieli biex immur lura n-NET, u anke riċentament madwar xahrejn ilu erġajna ltqajna u tkellimna. Kellmitni wkoll Rosette Thake, is-Segretarju Ġenerali tal-PN u tkellimt mas-CEO Brian St John. Kienu laqgħat biss u ma ffirmajna l-ebda kuntratti. Talbuni biex nirritorna, u jien napprezza ħafna li hemm min jirrikonoxxi x-xogħol kollu li kont għamilt qabel tlaqt." Dakinhar, l-ILLUM kienet staqsiet ukoll jekk Bundy għadux iqis lilu innifsu bħala Nazzjonalist, "ovvjament li bqajt Nazzjonalist, kelli sehem kbir fl-aktar mumenti glorjużi tal-PN. Meta kellu magna ta' propaganda tajba u meta kellu l-volontarjat jaħdem mija fil-mija, meta kien partit frisk u modern. Iżda maż-żmien kollox jiqdiem." Qabel ma nħatar Chairperson tal-PBS, Bundy kien xandar popolari fuq NET Television, Radio 101, TVM kif ukoll fuq ONE TV. Kamp Emerġenza Ambjent mistennijin iħarrxu l-ġlieda favur is-siġar Minn Albert Gauci Cunningham ILGRUPP Kamp Emerġenza Ambjent, l-istess grupp illi protesta u semma' leħnu kontra n-nuqqas ta' aċċess għall-pubbliku f 'Manoel Island u li fil-fatt wassal biex reġa' nfetaħ l-aċċess, se jkun qiegħed iżid il- pressjoni fuq il-kwistjoni tas-siġar. Iktar kmieni din il-ġimgħa l-għaqda Kamp Emerġenza Ambjent kienet qed tħeġġeġ lill- pubbliku biex jingħaqad magħha għal "azzjoni diretta" kontra dik li sejħulha, "il-qerda fierħa tal-ambjent bl-iskuża tal-iżvilupp". Il- grupp sostna li hekk kif "mijiet ta' siġar qed jinqalgħu, il-bżonn li tittieħed azzjoni qiegħed jinħass aktar minn qatt qabel." Ikkuntatjata minn din il-gazzetta kelliema għal Kamp Emerġenza Ambjent ma xtaqitx tagħti dettalji dwar l-azzjoni li l-grupp qed jikkunsidra li jieħu għalkemm sostniet li r-rispons tal-pubbliku huwa wieħed inkoraġġanti ħafna. "Dan juri illi ħafna nies issa huma mxebbgħin bis-sitwazzjoni u jridu jwaqqfu dan il-massakru li qed isir fuq is- siġar." Id-dikjarazzjoni ta' Kamp Emerġenza Ambjent tiġi fid-dawl ta' diversi siġar li jew tneħħew, jew li se jitneħħew jew inkella se jkunu rilokati. Fost dawn hemm numru ta' siġar fit-triq li tagħti għall-Imdina, li se jitpoġġew post ieħor, żewġ siġriet kbar f 'Ħal Balzan li se jitneħħew u jitpoġġew f 'post ieħor fl-istess lokalità, kif ukoll numru ta' siġar li tneħħew biex jagħmlu spażju għall-proġett tat- toroq fil-Marsa. Dan apparti li qed jissemmew li se jitneħħew numru ta' siġar ukoll biex titwessa' Triq Ħal Luqa, f 'Santa Luċija. Il-Gvern dejjem fakkar illi s-siġar qed jitpoġġew f 'post ieħor filwaqt li qed isir tħawwil ta' siġar f 'postijiet diversi fil-pajjiż. Kelliem għall-Uffiċċju tal-PM qal f 'messaġġ fuq Facebook illi minkejja illi hija diffiċli, il- Gvern qed jipprova jilħaq bilanċ u saħansitra qed jiżra' numru ta' siġar ġodda madwar il- pajjiż, fosthom ħdejn il-bypass tal-Mellieħa. Investigat prodott mediku li jintuża fil- pilloli tal-pressjoni għolja u l-qalb LAWTORITÀ tal-Mediċini u s-Supretendent tas- Saħħa Pubblika qed isegwu sitwazzjoni li qed tiżviluppa fl- aħħar sigħat fl-Ewropa kollha u li dwarha ġew infurmati mill-European Medicines Agency (EMA), wara li nstab impurità f 'ingredjent attiv li jintuża biex jiġu manifatturati xi prodotti mediċinali tal-valsartan. Il-valsartan hi mediċina li tintuża biex tiġi kontrollata l-pressjoni għolja u għal problemi kardjovaskulari. L-awtoritajiet tas- saħħa se jkomplu jsegwu l-informazzjoni li qed tingħata mill-EMA minn ħin għall-ieħor. Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li sakemm ma jinħariġx avviż ieħor, il-pazjenti magħandhomx iwaqqfu dawn il-mediċini għal għarrieda. Avviżi oħrajn jinħarġu skont kif tiżviluppa s-sitwazzjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 July 2018