Illum previous editions

illum 8 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1002134

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Il-Ħadd 08 ta' Lulju 2018 | illum Sports 31 Malti. Taqbel li jkollna 14-il tim fil- Premier League Malti? Jien ma naqbilx illi jkun hawn 14-il tim fl-ogħla kampjonat Malti minħabba li r-riżorsi tagħna huma limitati. Għaldaqstant il-livell ser jonqos u l-logħob mhux ser ikun ta' livell kif fil-fatt qed jiġri. Fl- istess ħin fi struttura ta' ċerti klabbs għadna ftit 'il bogħod milli jkollna l-livell li nixtiequ minn kampjonat hekk imsejjaħ elite. U xi tgħidli dwar in-numru ta' plejers barranin fil-Premier li jista' jiżdied mis-sena d-dieħla? Jien mill-kappell tiegħi ta' kowċ ma tagħmillix differenza jekk il-plejer ikunx barrani jew Malti. Minkejja kollox, ma tantx hawn ħafna plejers Maltin u dik hija problema. Fil- verità jista' jkollna wkoll 14-il kowċ barrani iżda mbagħad irid ikun il-kowċ Malti li jirsisti sabiex jikseb post fit-tim. Qed ngħid hekk għax il-kompetizzjoni bħala kowċ ilha hemm ukoll. Wara kollox ħadd m'għandu għaliex jibża' għax jekk tkun kapaċi lilek ser iqabbdu bħala kowċ jew plejer. Jekk nitkellmu fuq it-tim nazzjonali, il-problema mhux kowċ barrani iżda f 'dak li bl-Ingliż jissejjaħ grassroots. Hemm bżonn li nibdew naħdmu mat-tfal iż-żgħar b'serjetà kbira u minn hemm nibdew nieħdu l-frott tagħhom meta jikbru bit-tama li jsiru plejers tajbin li anke jmorru jilagħbu barra minn xtutna. M'ilux int għamilt il-kors tal- kowċing UEFA Pro ma' diversi kowċis Maltin fosthom Gilbert Agius. Kif ħassejtek u x'esperjenza ħadt minnu? Iva, kienet esperjenza mill-isbaħ. Morna Nyon fl-Iżvizzera u kellna wkoll esperjenzi oħra f 'Novara u fil-Belġju. Dan il-kors tal-UEFA Pro huwa ekwivalenti għall-Masters u nista' niddeskrivi din l-esperjenza bħala waħda inkredibbli. Tista' tgħid li tħares lejn l-esperjenza ta' kowċing b'mod differenti minn dak li tħares lejh meta tkun quddiem it-televixin. Hemm ħafna studju mhux biss mil-lat psikoloġiku iżda anke minn oqsma oħra. Jgħallmuk ukoll kif għandek titratta mal-midja u jtuk struzzjonijiet dwar kull aspett li għandu x'jaqsam mat-tmexxija ta' klabb jew tim. Ħassejtni sodisfatt li ġejt fl-ewwel sitt kowċis mid-dsatax illi konna. Irnexxielha tkabbarni bħala kowċ u nista' ngħid li nħossni ferħan li għamiltu. Taħseb li t-teknoloġija fil-futbol għandha tidħol ukoll hawn Malta? Naħseb li dawn huma elementi li jgħinu fil-futbol. Bħalissa għandna l-lat uman. Mhux faċli għar-referis għax huma umani wkoll u naħseb li din l-għajnuna tgħinhom biex jittieħdu deċiżjonijiet aħjar. Jiġifieri jien naqbel ma' din it-teknoloġija bħal VAR u l-goal-line technology. Nixtieqek tgħaddili l-aħħar messaġġ lil dawk il-partitarji Gżirjani biex ikunu magħkom f 'dan il-mument tant sabiħ. Bla ebda dubju l-partitarji dejjem kienu hemmhekk fosthom il- grupp tal-ultras. Kienu magħna u dejjem emmnu fina. Dan huwa x-xogħol tagħna lkoll, huma nies mill-Ġżira u jħobbu lill-belt twelidhom. Għalhekk li parti minn dan is-suċċess huwa dovut għalihom stess. Minn hawn nixtieq nirringrazzjahom minn qalbi. kienet din li wasslet għas-suċċess ta' Gżira United' Ritratt: James Bianchi Huwa kowċ tal-ogħla livell li qed jikteb l-istorja ta' Gżira United b'ittri tad-deheb. Riċentament ġie vvutat ukol bħala l-'Kowċ tas- Sena' għall-istaġun 2017/18. Kien plejer ma' Tarxien Rainbows u St Georges. DARREN ABDILLA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 July 2018