Illum previous editions

illum 8 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1002134

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

illum | Il-Ħadd 08 ta' Lulju 2018 23 TV/Ċinema ISSA li għaddiet il-liġi li l-gays jistgħu jaddottaw il-film Ideal Home għandu suġġett topiku. Din hija kummiedja leġġera sodisfaċenti bejn koppja rġiel li ilhom żmien f 'relazzjoni flimkien minkejja li spiss jargumentaw bejniethom għal kull ħaġa ta' xejn. WAQT li Erasmus (Coogan) u Paul (Rudd) li qegħdin jgħixu ħajja komda f 'post lussuż u spazjuż, jinsabu f 'sitwazzjoni intolleranti, iżda li m'għandhomx il-kuraġġ li jitilqu lil xulxin, f 'nofshom jidħol għall-għarrieda Angel (Gore), tifel ta' għaxar snin li jgħid li hu n-neputi ta' Erasmus. Missieru, li ġie arrestat fuq negozju tad- drogi hu t-tifel ta' Erasmus, meta snin qabel kellu esperiment ma' mara. Dan it-tifel, minn banda, iħarbtilhom ir-rutina ta' ħajjithom waqt li magħhom ma jkun jonqsu xejn. Fil-post tagħhom tasal ħaddiema soċjali (Pill) biex tinvestiga s-sitwazzjoni u ssib għandhom kollezzjoni ta' DVDs pornografiċi. Hawn, dawn it-tnejn aktar jagħmlu sforz biex jidhru li huma ġenituri eżemplari. Ideal Home, kultant anki b'mod farsesk u frisk fl-istess ħin, l-aktar bil-manjieri kif Paul u Erasmus jaġixxu bejniethom, juri ċarament li dawn iż-żewġ atturi verament kellhom xalata f 'din il-parti bl-istil tipikament versatili u divers ta' kull wieħed. Fuq kollox, dan ix- xogħol inissel messaġġ pożittiv fuq it-trobbija tat-tfal minn ġenituri tal-istess sess. Waqt il-kreddti tal- aħħar, wieħed jista' jinnota koppji simili reali li verament addottaw b'suċċess. Ideal Home Atturi Ewlenin; Steve Coogan; Paul Rudd; Alison Pill; Jake Dornan; Jack Gore Direttur: Andrew Fleming Maħruġ minn Side Street Films, Eden Cinemas Tul: 91 min. Ċert. 15. Carmel Bonnici Il-films għal din il-ġimgħa ILPERSEVERANZA, ir-rieda qawwija, t-traġedja li għaddiet minnha u, fuq kollox, il- qawwa li tfejjaq tal-imħabba huma l-ingredjenti kollha li jappartjenu lil Tami Oldham. Dawn l-esperjenzi reali ta' niket u ta' biża' u twerwir huma rrikordjati fil-ktieb Red Sky at Mourning: A True Story of Love, Loss and Survival at Sea, miktub għaxar snin wara l-avvenimenti li għaddiet minnhom. Adrift, il-film addattat minn dan il-volum jirrakkonta l-esperjenzi ta' tkexkix li ġarrbet din it-tfajla kuraġġuża matul 41 ġurnata tturufnata fuq il-baħar, waħedha sakemm ġiet salvata. Tami Oldham (Woodley), u l-maħbub tagħha Richard Sharp (Claflin), kienu akkaniti li jsalpaw fuq il-baħar. Meta fl-1983 ħarġu bid-dgħajsa tagħhom ta' 44 pied, qatt ma basru li se jiffaċċjaw direttament wieħed mill-eħrex urugani fl-istorja tad-dinja. Wara din il-battikata, id-dgħajsa tkun kważi mfarrka, mimlija ilma u Richard korrut gravi. Bla ebda ċans ta' salvataġġ, f 'oċean vast, Tami trid issib il- kuraġġ u l-fibra meħtieġa li ssalva lilha nniffisha u l-uniku raġel li qatt ħabbet. Adrift, bħal xi xogħlijiet oħra tal-ġeneru tiegħu, juri kif l-ispirtu uman, f 'każijiet estremi, kapaċi jissupera kull ostaklu. Dan hu film drammatiku/romantiku. Adrift Atturi Ewlenin: Shailene Woodley; Sam Claflin; Grace Palmer Direttur: Baltasar Kormakur Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 96 min. Ċert. 12A Expedition Unknown: Viking Special | 22:00 on Travel Channel ILFAMILJA bit-tfal u l-adulti ta' rieda tajba tassew se jieħdu gost jaraw il-film Patrick. Din hija kummiedja purament Brittanika bil-kultura u l-manjieri uniċi ta' dan in-nazzjon. Kull min iħobb l-annimali se jogħxa bil-mossi u r-reazzjoni ta' Patrick, kelb żgħir li wieħed malajr jinkaram għalih. Sarah Francis (is-simpatika u allegra Beattie Edmondson) hija għalliema indeċiża ħafna x'direzzjoni se tieħu ħajjitha. Mingħajr l-ebda sfida u nuqqas ta' interess fl-eżistenza tagħha, meta nannitha tmut hi tiret il-kelb imfissed li kellha. Dan Patrick ikompli jgħarrqilha ħajjitha bl-inkwiet li jnissel ġo darha. Bil-mod tibda tinduna li fih sabet sieħeb li qed ifisser xi ħaġa konkreta għaliha l-aktar meta tkun se titilfu. Permezz tiegħu u bil-ħarġiet regolari miegħu, ssir aktar amikevoli mal-oħrajn, tikkordina aħjar ma' sħabha tal-iskola u anki jinbtu ġo fiha ġibdiet romantiċi. Patrick jurina kif meta ninkarmu wara xi annimal fidil lejna, speċjalment kelb,ħajjitna aktarx tinbidel għall-aħjar. Bis-saħħa tiegħu, Sarah terġa' takkwista kunfidenza fiha nnifisha u l-kuraġġ meħtieġ biex tkopri mad-destin tagħha. Barra li wieħed malajr jinkaram wara dan iċ-ċkejken brikkun, li jisraq l-ikel anki mill-friġġ, jiġri wara l-qtates u jiddeffes fejn mhux suppost, il-lokalitajiet sbieħ tan-Nofsinhar ta' Londra, l-aktar fix-xtut pittoreski tax-xmara Thames, ukoll ipaxxu l-għajn. U x'hemm aktar Brittaniku daqs meta Celia (Jones), il-ġara ta' Sarah isservi t-te mill-passatur? Kull min jarah se joħroġ ferħan miċ-ċinema. Patrick Atturi Ewlenin Beattie Edmondson; Ed Skrein; Emily Atack; Ġemma Jones; Jennifer Saunders; Tom Bennett Direttriċi: Mandie Fletcher Maħruġ minn KRS Releasing Tul: 94 min. Ċert. 12A

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 July 2018