Illum previous editions

illum 8 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1002134

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 08 ta' Lulju 2018 Lanqas jippanċjaw ma jridu... is- sitwazzjoni ħażina tal-ħaddiema f 'Monte Carmeli Minn Albert Gauci Cunningham LAWDITUR Ġenerali pinġa stampa pjuttost kerha tas-sitwazzjoni fl-Isptar Monte Carmeli, sptar li hu ddeskriva bħala "staġnat", li hu nieqes mill-aktar fatturi bażiċi ta' sigurtà, bi staff "b'moral baxx", bi ftit ħeġġa li s-sitwazzjoni tista' verament tinbidel u b'relazzjoni ħażina ħafna bejn l-amministrazzjoni tal-Isptar u l-ħaddiema. F'rapport li tpoġġa aktar kmieni din il-ġimgħa fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti u fuq l-istess binarju tal-MUMN, l-Awditur jirrimarka illi l-Isptar għandu 233 ħaddiem inqas milli suppost hemm. Fir-rapport 'Performance Audit; A Strateġic Overview of Mount Carmel Hospital', jingħad kif l-Uffiċċju tal-Awditur ħass li huwa bżonn li "jirrapporta dwar dak li huwa ġeneralment moral baxx li jinħass fost il-ħaddiema tal-Isptar Monte Carmeli." Jiżvela kif waqt il-laqgħat li saru mal-amministrazzjoni tal-Isptar u fid-drabi li l-Uffiċċju tal-NAO mar fuq il-post, "osserva sens mifrux ta' rassenjazzjoni dwar is-sitwazzjoni kurrenti fl-Isptar Monte Carmeli u ħaddiema li kienu pjuttost demoralizzati." Fil-fatt ir-rapport ikompli jgħid kif il-ħaddiema kienu ħerqana li jwasslu l-ilmenti tagħhom, "f 'indikazzjoni li opportunità biex jitkellmu u allura biex issir bidla effettiva, hija xi ħaġa rari." Meta indaga dwar ir- raġuni possibbli għal din is-sitwazzjoni, il- Kummissarju tas-Saħħa Mentali John Cachia sab illi dan kien minħabba s-sitwazzjoni "staġnata" fl-isptar, "li tagħmilha diffiċli biex il-ħaddiema jkunu mmotivati u jkollhom l-enerġija li jaħdmu u hija biss id-dedikazzjoni u s-sens ta' dover tagħhom lejn il-pazjent li jagħtihom il-motivazzjoni." Ma jridux jippanċjaw... Filwaqt li sostna illi n-nuqqas ta' ħaddiema joħloq problemi r-rapport jiżvela s-sitwazzjoni mwiegħra bejn l-amministrazzjoni u l-ħaddiema, tant li jidher illi dan tal-ewwel qed isibha diffiċli biex jagħmel bidliet neċessarji fir-rigward tat- tqassim tar-riżorsa umana jew inkella tibdil fix-xifts. Dan apparti li r-rapport jgħid illi l-ħaddiema qed joffru reżistenza biex jippanċjaw u allura juru meta jkunu daħlu u meta joħorġu mill-post tax- xogħol. L-NAO jfakkar illi din is-sitwazzjoni "toħloq riskji ovvji ta' abbuż u piżijiet żejda għall- amministrazzjoni." "Huwa ta' tħassib illi l-ħaddiema qed ikunu kostretti li jitkellmu mat- trade unions bħala l-ewwel kuntatt tagħhom biex jikkjarifikaw kwistjonijiet li jista' jkollhom mal- amministrazzjoni." 'Agħmlu pressjoni...' Fir-rapport tiegħu Cachia jinsisti li l-amministrazzjoni għandha tagħmel pressjoni kontinwa biex is-sitwazzjoni ta' nuqqas ta' ħaddiema tkun irranġata. Dan filwaqt li titlob ukoll biex tkun irranġata s-sitwazzjoni ħażina li teżisti bejn it- tmexxija tal-isptar u l-ħaddiema. 28 pazjent fi spazju żgħir.... Immaġina taqbad żewġt idjar ta' daqs medju u tpoġġihom flimkien u tpoġġi fihom 28 pazjent, jew inkella 16 f 'kull dar. Huwa b'dan il-mod li l-Awditur iddeskriva s-sitwazzjoni ta' 28 pazjent li "huma kostretti li jqattgħu ħafna mill-ġurnata tagħhom f 'dan l-ispazju." Hawnhekk l-NAO wera t-tama fil-wegħda ta' €30 miljun f 'investiment li l-Gvern qal li se jagħmel fl- isptar fuq perjodu ta' ħames snin fl-istruttura tal-isptar, għalkemm jinsisti wkoll illi jinsab ikkonċernat, "bis-sitwazzjoni li fiha l-maġġoranza ta' pazjenti ta' mard mentali qed isibu lilhom infushom fiha, preżentement. Id- diġinerazzjoni strutturali tal-Isptar Monte Carmeli tul is-snin mhix ġustifikata u l-Uffiċċju tal-Awditur jemmen li l-pazjenti ħaqqhom soluzzjoni immedjata." Kulħadd dieħel u ħiereġ b'libertà? U finalment, ir-rapport huwa pjuttost skjaċċanti f 'dak li jirrigwarda s-sigurtà. Fil-fatt l-Awditur jgħid illi meta kien qed iżur l-Isptar, persuni mit- tim tal-awditjar osservaw kif qatt ma twaqqfu fid- dħul tal-isptar u qatt ma kienu mistoqsijin dwar il-preżenza tagħhom, anke jekk lanqas biss kellhom mezz ta' identifikazzjoni. Dan apparti li ħafna drabi jidher illi d-daħla li minnha jgħaddu l-karozzi kienet miftuħa u ma kien hemm ħadd għassa, jew dawk għassa ma staqsewx lit-tim mill-NAO għaliex kienu preżenti. Ir-rapport jgħid illi fil-fatt is-sitwazzjoni tjiebet ftit, imma mhux qabel ma nqala' każ ta' pazjent li mexa barra mill-isptar lura fi Frar. Minkejja dan, f 'diversi każi d-dħul xorta baqa' ma jkunx mgħasses, filwaqt li kellhom jkunu l-membri tal-NAO stess li jitolbu biex ikollhom tag, f 'okkażjoni partikolari. Ir-rapport jagħmel referenza wkoll għall- kamers tas-CCTV li ma jinxtegħlux u l-fatt li ħadd ma jkun għassa fuq dawn il-kameras. "Id-defiċjenzi identifikati fis-sigurtà tal-Isptar Monte Carmeli qed tippreżenta riskji sinjifikanti u ovvji bl- NAO ikun imħasseb sew... in-nuqqasijiet (ta' sigurtà speċjalment fid-daħla tal- isptar) jista' jkun li jsaħħu r-rieda ta' dawk il-pazjenti li jkunu determinati li jitilqu mill-post mingħajr awtorizzazzjoni, u allura jkunu esposti għall- perikli..." Fearne se jwieġeb il-ġimgħa d-dieħla Minħabba s-serjetà tar- rapport u l-akkużi li qed isiru, din il-gazzetta staqsiet lill-Ministru Fearne x'qed jagħmel il-Ministeru dwar il-punt tal-ħaddiema u s-sigurtà. Kelliema għall-Ministru qalet biss li l-Ministeru qed jevalwa r-rapport tal-NAO u se jwieġeb il-ġimgħa d-dieħla. Relazzjoni ħażina ħafna bejn il-ħaddiema u l-amministrazzjoni, nuqqas ta' spazju u privatezza fl -isptar u nuqqas ta' sigurtà stretta fi d-daħla, fost il-konklużjonijiet tal-NAO

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 July 2018