Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1002134
Il-Ħadd 08 ta' Lulju 2018 | illum 15 15 Minn Dun Anġ Seychell L -emigrazzjoni hija dritt ta' kull persuna. Mhux jien qed ngħidu dan. Qed tgħidu Rosalyn Higgins, eks membru, eks President tal-Qorti tal- Ġustizzja tal-Ġnus Magħquda li jiltaqa' f 'The Hague fl- Olanda. Higgins ilha membru tal-Qorti tal-Ġustizzja Internazzjonali mill-1998 u damet President tal-istess Qorti mis-sena 2006 sas-sena 2009. F'intervista li kellha mar- rivista Taljana Familglia Cristiana, li tinbiegħ b'iżjed minn miljun kopja fil-ġimgħa, il-ġurista Ingliża fil-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja ma qagħditx taħsibha darbtejn: "L-emigrazzjoni hija dritt u r-refuġjati qed iħabbtu wiċċhom ma' vjolenzi gravi" Higgins stqarret li fejn jidħlu l-vjolazzjonijiet tal-jeddijiet tal- bniedem din tal-emigrazzjoni hi waħda mill-emerġenzi ewlenin: "Qatt ma kien hawn bħalha mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn." Kotra enormi ta' nies mill-Afrika u mill-Asja qegħdin jemigraw jew għaliex qed ifittxu ġejjieni aħjar minn dak li għandhom f 'pajjiżhom jew għaliex f 'pajjiżhom stess qed ibatu vjolenzi ta' kull xorta. Anke aħna L-emigrazzjoni għandha dimensjoni storika. Minn dejjem kien hawn ċaqliq ta' bnedmin minn art għal oħra minn kull kontinent għal ieħor, imma qatt ma seħħet fid-dimensjoni li qed isseħħ bħalissa. Fis-sekli li għaddew seħħet l-emigrazzjoni ta' eluf kbar mill-Ewropa għall- Amerika kif ukoll mill-Ewropa għall-Awstralja u għall-Kanada. Aħna l-Maltin ilna nafu bil- ħtieġa tal-emigrazzjoni għax konna bil-ġuħ jew għax konna miżgħuda b'popolazzjoni kbira. Kunflitt L-emigrazzjoni qed toħloq kunflitt bejn min irid jidħol f 'pajjiż li jidher żviluppat u bejn gvernijiet u ċittadini li jridu jagħlqu l-bibien u jibnu l-ħitan u ma jaqsmux il-ġid tal- pajjiż magħhom. Fejn tidħol l-emigrazzjoni l-Unjoni Ewropea li tagħha aħna membri hija maqsuma f 'żewġ blokki li ma jgħinux lil xulxin u ma jridux jaqsmu bejniethom il-piż tal- emigrazzjoni. Liema hi l-aħjar soluzzjoni? Il-ġurista Higgins tagħmilha ċara: "L-aħjar soluzzjoni hija li l-persuni, flok jemigraw ikollhom kundizzjonijiet ta' ħajja aħjar f 'pajjiżhom stess – kundizzjonijiet ekonomiċi, sanitarji, jeddijiet ċivili u fl-istess ħin ġlieda qalila kontra l-korruzzjoni – fi kliem ieħor ma jkunux imġiegħla jemigraw. Fl-emerġenza preżenti hemm ħtieġa ta' qsim tar-responsabbiltà min-naħa tal-pajjiżi Ewropej, qsim ta' responsabbiltà li għadu mhux iseħħ u mhux jaħdem fil-membri kollha tal-Unjoni Ewropea. Fil-prattika dan ifisser diżastru li qed jiswa eluf ta' persuni fil-Baħar Mediterran li sar magħdud bħallikieku ċimiterju. L-iżgħar membru Bħala pajjiż aħna l-Maltin aħna żgħar, l-iżgħar membru tal-Unjoni Ewropea u aċċettajna li nerfgħu s-sehem żgħir tagħna u naċċettaw li jiġu nies barranin fostna, avolja l-popolazzjoni tagħna hija diġà kbira u qed ikollna nilqgħu barranin oħra biex jiġu jaħdmu fostna, fatt li qed joħolqilna problema dwar min dieħel u kif qed iġib ruħu fostna, x'qed iġib miegħu li mhux ta' ġid għall-poplu tagħna. Aħna l-Maltin la aħna razzisti u lanqas populisti. Aħna rridu nagħtu sehemna, żgħir kemm hu żgħir u lesti nilqgħu l-barrani kemm jekk huwa Ewropew bħalna sew jekk huwa Afrikan, imma dejjem fil-proporzjon li nifilħu nġorru. Anke fit-turiżmu Dan jgħodd anke fil-qasam tat-turiżmu. Mhux għaqli noqogħdu niftaħru kemm qed jidħlu turisti fostna. Irridu nkunu għaqlin u nqisu bi studju serju kemm nifilħu turisti fl-ekonomija tagħna, kemm nistgħu naqsmu r-riżorsi tagħna magħhom. Niftakar snin ilu diversi pajjiżi li bħalna jiddependu mit- turiżmu li qalu kemm jistgħu jifilħu turisti f 'pajjiżhom biex it-turiżmu jkun dejjem riżors li jgħinna u mhux piż li jżidilna l-problemi. Illum il-jeddijiet tal- bniedem ma għadhom jitqiesu bħala privileġġi ta' ċerti pajjiżi. Mad-dinja kollha qed iqumu nies li jridu r-rispett tad-dinjità tagħhom. Saru progressi kbar fl-Ewropa u fl-Amerika t'Isfel. Aħna żgħar imma rridu nagħtu s-sehem żgħir tagħna biex il-jeddijiet tal-bniedem li qed ingawdu aħna naqsmuhom mal-bqija tad-dinja fil-kontinenti kollha. Opinjoni L-emigrazzjoni hija dritt Minn Steve Compagno F 'dawn l-aħħar ftit snin, smajna ħafna tgergir dwar il-ħafna blokok ta' appartamenti li qegħdin jinbnew ġewwa pajjiżna. Ħafna huma dawk illi huma kontra d-dehra tagħhom; dwar l-għoli tagħhom, dwar kif xi wħud jidhru mostri ħdejn id- djar tradizzjonali madwarhom; oħrajn mistgħagbin biċ- ċokon fil-qies minn ġewwa ta' dawn l-appartamenti; u anke tgergir dwar il-prezzijiet li wħud minnhom huma inkreddibilment m'għola s-sema. Ftit taż-żmien ilu kont miexi ġewwa l-Kalkara. Max-xatt eżatt, rajt blokka ta' appartamenti ġdida u sabiħa illi nbniet ftit taż-żmien ilu. Personalment, ma tantx jien xi wieħed li nieqaf inħares lejn appartamenti għaliex xi wħud minnhom jidhru pjuttost l-istess. Iżda nħobb nammira u nieħu ritratti ta' djar antiki – il-ferro battuto sabiħ fil-loġoġ tal-bibien u mal-gallariji, il-gallarija tradizzjonali tal-injam, il- bibien sbieħ b'kuluri pariġġ il- gallarija b'pumm tradizzjonali jiddomina l-entratura u l-ġebla Maltija. Fihom ħafna xogħol liema bħalu; snajja' li xi wħud minnhom qegħdin jintilfu bl-avvanzi ta' teknoloġija u l-prezzijiet tal-produzzjoni tal- massa ta' materjali oħra rħas. Però din il-blokka ta' appartamenti, kienet differenti mill-oħrajn. Kellha l-faċċata tagħha mibnija fuq l-istil tradizzjonali Malti: il-gallariji tal-ferro battuto, twieqi u bibien stil Malti u bil-ġebla Maltija. Kienet tiġbed il- għajn. Ħassejtni qisni qiegħed nara bini għoli ġewwa l-Belt Valletta – għoli, iżda b'karatteristiċi Maltin. Rajt turisti jieqfu jieħdu r-ritratti. Saħansitra tellajt ritratt ta' din il-blokka ta' appartamenti fuq Instagram u Facebook, u l-kummenti pożittivi ma waqfux. Jien u nħares lejn it-turisti jammiraw ix-xogħol sabiħ li hu tradizzjonalment Malti, b'karattarestici li juri l-identità tagħna, ħsibt bejni u bejn ruħi: min jaf li kieku kellu jkun hemm inċentivi min-naħa tal-Gvern illi jinkoraġġixxu lill-kuntratturi u lill-periti sabiex l-appartamenti li qegħdin jinbnew ikollhom dehra tradizzjonali Maltija bi produzzjoni ta' gallariji, bibien ġodda tradizzjonali mal-modern? Tgħid kieku, nibqgħu ngergru fuq kemm huma koroh il-blokok ġodda ta' appartamenti għoljin? M'iniex nirreferi għal xi torri li nimmaġina illi l-istruttura moderna tiġi ddisinjata sabiex tirrispetta l-enġinerija kontra l-elementi, iżda l-blokka b'xi erba' jew sitt appartamenti illi ħadu post dar fuq u isfel. Hemm diversi inċentivi li l-Gvern jista' jintroduċi b'din l-iskema kieku; pereżempju inqas taxxa fuq il-prodotti u s-servizzi li jipproduċu dawn il-gallariji, il-bibien u x-xogħol tal-ħadid. Taxxa inqas u għajnuna għal dawk il-kuntratturi illi jiddeċiedu li jieħdu dan il-pass. Hemm ħafna x'wieħed jista' jiddiskuti u kif jistgħu jsiru dawn l-inċentivi. Li ndaħħlu inċentivi sabiex il-kuntratturi jpoġġu mad- disinjaturi tal-faċċata sabiex idaħħlu karatteristiċi ta' arkitettura Maltija, hija xi ħaġa pożittiva u fiha aktar vantaġġi milli żvantaġgi. L-ewwel ħaġa, inkunu qegħdin insaħħu l-identità ta' arkitettura Maltija, u dan jawgura tajjeb għall-Maltin li jgħixu fil-madwar u anke għat-turisit. L-irħula tagħna jkunu jistgħu jżommu sod fit-tradizzjoni u karattarestici fil-bini tal-lokalità. Fil-verità, qatt ma rajt turist jieħu ritratt ta' blokka ta' appartamenti; iżda arah jitpaxxa b'postijiet bħall-Birgu, l-Isla, il-Belt, l-Imdina u r-Rabat. Anke fil-kartolini tal-Eurovision u f 'ħafna bloggs, naraw emfasi fuq il-bini tradizzjonali. It-tieni vantaġġ b'skema bħal din hu li jkollok is-sengħa Maltija illi terġa' tingħata l-ħajja. Veru li llum forsi x-xogħol jeħfief u jkun aktar mgħaġġel minħabba l-għajnuna tat-teknoloġija; iżda t-teknoloġija qiegħda hemm sabiex tnaqqas it-tbatija tal- ħaddiem u l-ħin li jrid jistenna l-klijent, però sservi sabiex tkun tista' tikkrea ideat ġodda wkoll fil-produzzjoni. It-tielet vantaġġ hu li b'sengħa li terġa' tieħu l-ħajja, tkun qiegħed tagħti spinta u qawmien lis-settur Malti tas-snajja' fl-ekonomija. Apparti minn hekk, dan jawgura tajjeb anke għall-periti illi jistgħu jimirħu fl-imaginazzjoni meta huma jkollhom il-possibiltà illi jżewġu d-dehra tad-dar Maltija permezz tal-karatteristiċi Maltin, ma' dawk moderni. Inħeġġeġ lil min hu fl- awtorità biex jagħti widen lil dan is-suġġeriment ġenwin minn bniedem illi jammira s-snajja' Malti u fuq kollox, dak kollu illi jagħmlu pajjiż. Li jkollok il-karatteristiċi Maltin mal-faċċata mħalltin mal- modern, fl-opinjoni tiegħi, jafu jagħtu spazju għal bilanċ bejn il-progress u t-tradizzjonali biex jitpaxxew l-għajnejn, iżda fuq kollox, illi tippreserva l-identità tal-arkitettura fid- djar Maltin u Għawdxin. Nissalvagwardjaw l-identità tagħna fl-arkitettura