Illum previous editions

illum 8 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1002134

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 08 ta' Lulju 2018 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Għalih. Għall-PN. Għalina u għal pajjiżna B ħalissa hawn ħafna nies li huma kuntenti se jtiru b'dak kollu li qed jagħmel il-Gvern. Tajjeb u prosit! Però daqstant ieħor hawn nies li mhumiex kuntenti bil-mod kif il- Gvern qed jamministra ċerta aarijiet, bħal pereżempju, l-ambjent jew inkella bil-mod kif qed ipoġġi l-wegħda tal-meritokrazija l-prattika jew inkella dawk li għadhom xi it jew wisq imdarrsin bl-istejjer dwar kontijiet l-Panama. U allaħres ma jkunx hekk! Allaħares ngħixu f 'pajjiż fejn kulħadd idoqq l-istess diska u jċapċap dejjem! Allaħares ngħixu f 'pajjiż fejn kulħadd jagħlaq ħalqu u ma jurix diżapprovazzjoni, għax kieku nkunu qed ngħixu f 'dittatura. Il-problema mhix li mijiet jew eluf ta' votanti jeżerċitaw id-dritt sagrosant li juru diżapprovazzjoni jew li jopponu deċiżjonijiet tal- Gvern preżenti jew inkella li jistrajkjaw jew joħorġu jipprotestaw, il-problema hija li fuq in-naħa l-oħra tal-Gvern hemm partit li xi kultant jidher li jinsab f 'battalja miegħu nnifsu jew ma' elementi li kienu parti minnu. It-telfa mill-ġdid b'36,000, anzi iktar, kienet devastanti ħafna għall-Partit Nazzjonalista u din tifhimha. Kienet telfa li ftit bassru li verament se sseħħ, l-aktar meta l-PN kien deher illi ngħaqad wara l-eks Kap tal- PN Simon Busuttil bl-għajta favur governanza tajba u kontra l-korruzzjoni. S'hemmhekk kollox sew, għax kienet reazzjoni naturali. Li llum sena wara l-PN għadu fl-istess 'ħofra' li kien sena ilu, minkejja li Adrian Delia issa riesaq għall-ewwel sena minn meta ħa t-tmexxija hija pjuttost inkwetanti. Kważi fuq kollox, membri tal-PN jidhru li qed jieħdu pożizzjonijiet kunfliġġenti. Anke fl-immigrazzjoni. Minn naħa għandek il-Kap tal-PN jgħid li se jaqbel u jappoġġja lill-Gvern u min-naħa l-oħra għandek MEPs u Deputati jgħidu li dan huwa Gvern populist u parti mir-raġuni għaliex nies qed imutu fil-baħar. Issa vera li d-diversità fil-ħsieb hija sabiħa, imma meta jkollok l-istess nies, kważi l-ħin kollu qed jieħdu pożizzjoni li jew tikkontradixxi jew li tvarja minn dik li qed jieħu l-partit, ikun sinjal mhux ta' diversità imma ta' dissens. Huwa pjuttost ovvju, naturalment għal min ma jridx ideffes rasu fir-ramel, li l-PN mhux magħqud wara Delia. Indika dan il-kandidat tal-PN u l-Viċi Sindku ta' San Ġiljan Albert Buttigieg f 'artiklu l-ġimgħa l-oħra fuq din il-gazzetta illi fih jgħid hekk; "Lil hinn minn kull diskors ta' rettorika, preżentement il-Partit għaddej minn esperjenza ta' firda. Għalkemm xi wħud jippreferu bħal donnhom idaħħlu rashom fir-ramel, personalment nippreferi li nħares lejn ir-realtà, anke jekk din hija għafsa ta' qalb. Li wieħed jinjora r-realtà ma jasalx biex isolvi l-problemi li wieħed ikollu!" U jekk Buttigieg indikaha, ħafna oħrajn qed juruha apertament jew inkella fil- privat. Din il-ġimgħa David Thake ma tantx ħalla wisq għall-immaġinazzjoni, meta tkellem dwar "it-tmexxija tal-PN" u dawk li tkellmu dwar in-"New Way". Aħna mhux se nidħlu fil-kwistjoni ta' min għandu raġun, jekk hux Pierre Portelli jew David Thake (anke jekk li ddaħħal lil martek biex tagħmel programm fuq l-istazzjon li qed tmexxi huwa kunflitt ta' interess oħxon). Imma li jkollok wieħed mill-akbar portavuċijiet u wieħed mill-aktar pedini importanti fil-magna ta' propoganda tal-Partit Nazzjonalista, jingħata l-ġenb huwa sinjal ħażin. Joseph Muscat rebaħ u rebaħ bil-kbir, għax inkluda mhux eskluda. Għax aċċetta nies li sa ftit qabel daħal hu fit-tmexxija kienu jaħilfu li qatt ma jivvutaw Labour. Il- PN min-naħa l-oħra, b'40,000 vot 'il bogħod mill-Partit Laburista jħoss li għandu l-lussu li jagħti l-ġenb lin-nies għax mhumiex ma' dak jew mal-ieħor. Huwa inutli li t-tmexxija tal-PN tilmenta illi hemm min fil-PN li m'għandux rieda tajba. Huwa xogħol l-istess tmexxija illi fejn m'hemmx ir-rieda ta' ħaddieħor isibuha huma u jipperseveraw, jiddjalogaw u jipperswadu. Ikun hemm min jistaqsina; imma din il-gazzetta x'jinteressaha mill- benesseri diretti tal-Partit Nazzjonalista? Ir-risposta hija 'ladarba d-demokrazija f 'dan il-pajjiż tistrieħ, primarjament, fuq il-PN u l-PL, mela allura u għalhekk jinteressana ħafna fil-PN u l-PL. Għax il-PN, bħal PL, mhumiex organizzazzjonijiet li jaħdmu f 'iżolament għalihom infushom, imma organizzazzjonijiet li qed jaħdmu biex imexxu pajjiż! Il-prospett li l-PN jaf jitlef b'distakk ikbar fl-2019, fl- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, hija verament dipressanti. Dipressanti, mhux għax aħna rridu lill-PN jitlef jew jirbaħ imma għax tkun daqqa oħra qawwija għall-PN u għax b'hekk l-Oppożizzjoni għall-Gvern, ingredjent importanti għal demokrazija, terġa' tieħu daqqa 'l isfel. Adrian Delia jeħtieġ jirrealizza l-gravità tar-responsabilità li għandu fuqu. Jiġifieri dik li joffri lilu nnifsu bħala Prim Ministru alternattiv b'partit magħqud qaqoċċa warajh. Jekk mhux se jirnexxielu jgħaqqad il-partit warajh b'mod illi joffri oppożizzjoni b'saħħitha, magħquda li tattira l-masses, Delia jkollu jerġa' jistaqsi lilu nnifsu jekk fejn jinsab illum, huwiex il-post li fih irid ikun u huwiex il-post li jrid lill-partit li jmexxi jkun. U dan għandu jagħmlu għalih. Għall-Partit Nazzjonalista. Għal dawk kollha li jridu alternattiva għall-Gvern ta' Muscat. Għad-demokrazija u għall- pajjiż. Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 July 2018