Illum previous editions

illum 8 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1002134

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 08 ta' Lulju 2018 | illum Sports 25 SPORTSillum L-Ingliżi jkomplu jimpressjonaw u jagħmluha għas-semi-nali tat-Tazza tad-Dinja minn Cristian Antony Muscat Svezja ...................... 0 Ingilterra.................. 2 LINGILTERRA kompliet tikkonvinċi u meritatament għelbet lill-Isvezja bl-iskor ta' 2-0, biex b'hekk l-Ingliżi kisbu post fis-semi-finali bl-aħħar li rnexxiehom jagħmlu dan imur lura għat-Tazza tad-Dinja tal- 1990. L-Ingliżi fetħu l-iskor man-nofsiegħa logħob meta Ashley Young xeħet corner mil-lemin lejn Harry Maguire li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fix-xibka. Fil-45 minuta, huma setgħu faċilment irduppjaw l-iskor meta Jordan Henderson għadda ballun fit-tul lejn Raheem Sterling li wiċċ imb'wiċċ mal- goalkeeper Svediż Robin Olsen dam biex ikkonkluda u spiċċa biex tilef okkażjoni tad-deheb li jsib ix-xibka. Fid-59 minuta, l-Ingliżi ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tieni gowl meta Jesse Lingard xeħet kross sabiħ lejn Dele Alli li b'daqqa ta' ras mill-viċin tefa' ġewwa. L-Isvediżi, li f 'din il-partita xejn ma mpressjonaw, wieġbu fil-71 minuta u resqu ferm viċin li jnaqqsu l-marġni tal-iskor meta John Guidetti xeħet kross preċiż għan-nofs lejn Marcus Berg li kellu x-xutt bid-dawra tiegħu minn ġol-kaxxa jiġi mdawwar f 'korner b'mod spettakolari mill-goalkeeper Ingliż Jordan Pickford. Svezja Olsen, Lindelof, Granqvist, Augustinsson, Larsson, Ekdal, Berg, Forsberg (Olsson 65'), Krafth (Jansson 85'), Claesson, Toivonen (Guidetti 65') Ingilterra Pickford, Walker, Stones, Maguire, Lingard, Henderson (Dier 85'), Kane, Sterling (Rashford 90'), Trippier, Young, Alli (Delph 77') Referi Bjorn Kuipers (OLA) HARRY MAGUIRE Skorja l-ewwel gowl mit- tnejn tal-Ingliżi. Dan kien l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali Ingliż. Jilgħab bħala difensur ma' Leicester City fl-Ingilterra. Dele Alli jifraħ wara li ssiġilla r-rebħa Ingliża permezz tat-tieni gowl

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 July 2018