Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1002134
illum | Il-Ħadd 08 ta' Lulju 2018 16 Opinjoni "Stilla" Għawdxija timmira 'l fuq Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Mela ż-żagħżugħ Għawdxi Ryan Mercieca, li din il-ġimgħa tilef libell bil- fjokki kontra l-eks Editur tal-Orizzont Josef Caruana dwar taħwid finanzjarju li kien involut fih, anke waqt li kien kandidat tal-PN, jirriżulta li għadu qed jimmira 'l fuq, ħafna 'l fuq, fil-politika. Mercieca, miskin, għadu kemm iżżewweġ. Miskin mhux għax iżżewweġ tafx, imma għax ħafna qed iċaqċquhielu issa f 'Għawdex li, bl-iskop li ismu jagħmel il-qabża l-kbira fil-polza tal-vot f 'elezzjoni oħra, ħa kunjom il-mara tiegħu – Cefai. Allura issa, bħala Ryan Cefai Mercieca, awtomatikament spara ftit postijiet mhux ħażin 'il fuq. Skont il-lista ta' kandidati li l-PN ippreżenta fl-aħħar elezzjoni, issa jitla' fit-tieni post u jekk Frederick Azzopardi jerġa' jiddeċiedi li jirriżenja mill-politika, allura jkollu anke l-pole position. Ma nafx kif ma ppreżentax ċertifikat falz taż-żwieġ, kif għamel b'irċevuta fil-libell ta' din il-ġimgħa, flok qagħad jieħu l-briga u l-ispiża li jiżżewweġ. Insomma hu x'inhu, ta' min jgħid prooooooooooosit lil Ryan, għax hekk ikun l-ispirtu kompetittiv!! Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle Robert Abela għadu kif ħabbar li mhux ser jikkontesta għall-post ta' leader tal-Partit glorjuż tagħna għax irid jagħti ċans għall-onestà u l-integrità ta' Chris Fearne, li ħafna jixtiequ li jsir hu għax l-iktar wieħed li jaf jaqdi n-nies! L-għassies taċ-ċimiterju Minn Carmel Cacopardo M alta, bir-raġun kollu, akkużat lill-Italja li kisret id-dritt internazzjonali meta ddikjarat li l-port ta' Lampedusa kien magħluq għall-vapuri tal-għaqdiet mhux governattivi li kienu fuq missjoni ta' salvataġġ fiċ-ċentru tal- Mediterran. Wara li faqqgħet l-istorja ta' MV Lifeline, Malta, imbagħad, għamlet l-istess billi għalqet il-portijiet kollha għal dawn l-għaqdiet. Matteo Salvini, il-bully ta' ħdejna, pubblikament sforza lill-Gvern Malti biex jaddotta l-valuri tiegħu: valuri li jinjoraw id-dinjità tal-bniedem. Ġejna bbumbardjati mill- aħbarijiet li l-Kunsill Ewropew kien jaqbel mal-pożizzjoni ta' Malta dwar l-immigrazzjoni. Imma l-qbil tal-Kunsill kien li l-prattika tas-solidarjetà fil- qasam tal-immigrazzjoni kellha tkun fuq bażi volontarja. Ma hemm xejn ġdid f 'dan. Ilna nafu b'din il-pożizzjoni żmien: sa minn meta Lawrence Gonzi kien għadu jokkupa l-Berġa ta' Kastilja! Il-Prim Ministru ta' Malta Joseph Muscat issa huwa qrib fil- ħsieb mal-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban, il-Kanċellier Awstrijakk Sebastian Kurst u l-Prim Ministru pupazz tal-Italja Giuseppe Conte, li magħhom dalwaqt tingħaqad il-Kanċellier Ġermaniża Angela Merkel, li kellha ċċedi għat-talbiet ta' Horst Seehofer, mis-CSU, Ministru tal-Intern fil-koalizzjoni tagħha. Ilkoll kemm huma "jittolleraw" is-solidarjetà, sakemm din tkun ipprattikata minn ħaddieħor. Nifhem il-ħtiega għat-teatrin li ħass Muscat biex iċaqlaq lil diversi pajjiżi ħalli jipparteċipaw biex joffru t-tama lill-immigranti fuq MV Lifeline, avolja l-234 persuna umana abbord batew tul l-istennija f 'nofs il-Baħar Mediterran, sakemm disa' stati ddeċidew li kellhom jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom. Imma dan kollu kien segwit mill-azzjoni kriminali kontra l-kaptan tal-vapur MV Lifeline, il-ħaruf tas-sagrifiċċju fuq l-artal tal-populiżmu kif prattikat minn Joseph Muscat. Għax donnu kien meħtieġ għal Joseph Muscat li jinnewtralizza l-azzjoni tajba li għamel meta aċċetta li l-MV Lifeline jorbot mal-moll tal-Isla. Dawk li jissugraw ħajjithom biex isalvaw dik ta' oħrajn jispiċċaw jaqilgħu fuq rashom. L-ordni biex il-vapuri f 'idejn l-għaqdiet mhux governattivi ma jbaħħrux fl-ibħra ta' salvataġġ responsabbiltà ta' Malta, anke jekk taparsi hi ordni temporanja, tagħti l-mano libera lill-gwardja tal-kosta Libjana biex "twettaq dmirha" u tassigura li dawk li jitilqu mil-Libja jkollhom għażla bejn żewġ destinazzjonijiet: iċ-ċentri ta' detenzjoni Libjani inkella qiegħ il-baħar. Biex jassigura li l-mewt bl- għarqa tkun l-unika għażla realistika l-Gvern Malti issa pprojbixxa wkoll li ajruplani għat-tiftix u s-salvataġġ operati mill-għaqdiet mhux governattivi Sea Watch u Swiss Humanitarian Pilots Initiative jitwaqqfu immedjatament. Dan wara li diġà waslu biex ġew salvati madwar 20,000 persuna umana. Il-mistoqsija inevitabbli hi: dan kollu għaliex? Is-soċjoloġi Ungeriżi Vera Messing u Bence Ságvári fl- istudju tagħhom intitolat Looking behind the Culture of Fear. Cross-national analysis of attitudes towards migration, li kien ippubblikat bl-għajnuna tal- Fondazzjoni soċjaldemokratika Ġermaniza Friedrich Ebert Stiftung u l-European Social Survey, f 'Marzu li għadda, jistħarreġ tweġiba għal din il- mistoqsija. "L-attitudni kontra l-immigranti, ftit li xejn għandha x'taqsam mal-immigranti", ikkonkludew Messing u Ságvári. "Dawk f 'pajjiżi b'livell għoli ta' fiduċja fl-istituzzjonijiet, ftit li xejn korruzzjoni, ekonomija stabbli u li taħdem tajjeb, livell għoli ta' koeżjoni u inklużjoni soċjali (inkluż tal- immigranti) jibżgħu l-inqas mill-immigrazzjoni" jinnotaw l-awturi. Min-naħa l-oħra jibżgħu dawk li "qegħdin f 'pajjiżi fejn in-nies ma tafdax, la lil xulxin u l-anqas l-istituzzjonijiet tal-istat u fejn il-koeżjoni soċjali u s-solidarjetà huma dgħajfa." Hi tabilħaqq sfortuna li l-familji politiċi ewlenin ġew kontaminati minn din il-kultura tal-biża' u b'hekk irrendew ruħhom ostaġġi tal-bulijiet li hawn madwarna. Il-posizzjoni ġejografika ta' Malta ma tinbidilx: mhix negozjabbli. Flok ma niġu mbeżża' biex b'mod passiv nagħmluha tal-għassiesa taċ- ċimiterju li qed jiżviluppa madwarna nistgħu nkunu proattivi u nfittxu li ninkoraġixxu oħrajn biex jingħaqdu magħna biex inkunu l-port tat-tama fiċ-ċentru tal-Mediterran. Dik dejjem kienet il-missjoni tagħna tant li wieħed mill-isbaħ ċertifikati li għandu pajjiżna huwa dak iffirmat minn San Luqa fl-Atti tal-Appostli meta huwa u jiddeskrivi n-nawfraġju ta' San Pawl jgħid li l-Maltin "ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha. Laqgħuna tajjeb lilna lkoll..." Sfortunatament l-għeluq tal- portijiet tagħna għall-vapuri operati mill-għaqdiet mhux governattivi fuq missjoni ta' salvataġġ (wara l-eċċezzjoni tal-MV Lifeline) tindika li Joseph Muscat, imniġġeż kif inhu minn Matteo Salvini, abbanduna kull tama u minflok għażel ir-rwol ta' għassies taċ-ċimiterju. carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com Ittra miftuħa lill-qarrejja kollha tal-Illum mingħand Pierre Portelli, factotum ta' Adrian Delia u strateġista tal-Partit tagħna. Għeżież qarrejja, Jien Pierre Portelli u nixtieq niftaħ qalbi magħkom. Mhux għax għandi qalbi kbira tafux. Dawn l-aħħar ftit jiem jiena ġejt attakkat b'kunflitt ta' interess minn David Thake u nies oħra li jgħiru għas- suċċessi tiegħi. Danakollu għax jien immexxi n-NET u ser ikolli programm tal-mara fuq in-NET. Nibda biex ngħid li jien ma għandix naqsam aktar mal-kumpanija tal-mara tiegħi. Naf li tafu li mhux veru imma emmnuni meta ngħidilkom li aħna professjonali u aħna ma naqsmux u nħalltu. Għax aħna, tinsiex, Nazzjonalisti u bħala Nazzjonalisti aħna qatt ma nfottu. Jiena tlaqt mill-Independent u tlift balla liri għax inħobb lill-partit u fuq kollox ma nħobbx il-but. Tul ħajti qatt ma ħdimt għall-flus imma ħdimt għall- ideal u l-prinċipju. Huwa għalhekk li meta smajt u qrajt x'qal David Thake jiena weġġajt. Weġġajt għax naf li David Thake huwa bniedem sinċier u onest. Bniedem li huwa rispettat għall- intelliġenza kbira tiegħu minkejja l-fatt li hawn min jaħseb li huwa imbeċilli u kretin. Kretin mhuwiex minkejja li jidher li qisu kretin imperjali. Jiena nerġa' ngħid li dan mhux kunflitt ta' interess, il-kunflitti ta' interessi ser tarawhom jekk nirbħu l-elezzjoni li bħalma tafu hija ħolma li biex isseħħ irid isir miraklu. Imma bħalma tafu mirakli jsiru l-ħin kollu. Il-mirakli huma l-uniku tama li jista' jkollna li npoġġu lil Adrian u lil Nicky ġewwa Kastilja. U mbagħad mhux programm fuq in-NET ikolli imma programmazzjoni fuq TVM u TVM2. Imbagħad x'għala l-maws jekk tgħiduli kunflitt ta' interess, busuli l-kukki, x'nitnejjek. Jien nagħmel li rrid u lil David Thake ngħidlu, cry baby cry għax xejn mhu ser iwaqqafni. Sliem, Pierre STOP PRESS STOP PRESS Għadu kif sar magħruf li Toni Bezzina ser jippreżenta lilu nnifsu għal lie detector li għadhom kif xtraw il-pulizija ta' Malta. Hemm inkwiet kbir li l-mudell li ġabu l-Pulizija ta' Malta, ma għandux biżżejjed inka u karta għall-gideb kollu li l-magna ser tkun qed tagħraf waqt l-esperiment volontarju ta' Toninu tagħna.