Illum previous editions

illum 8 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1002134

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 08 ta' Lulju 2018 Aħbarijiet ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Wara li din il-ġimgħa ntlemaħ Blue Shark fi ż-Żurrieq, il-gazzetta ILLUM tistaqsi lil Alan Deidun dwar kemm huma komuni l-klieb il-baħar fl -ibħra Maltin "ISSAJJIEDA ta' sikwit jiltaqgħu ma' klieb il- baħar imma ma jkollhomx mowbajls fuqhom biex itellgħu r-ritratti fuq Facebook." Dan kien kliem l-Ambjentalista Alan Deidun meta kien qed jitkellem mal-gazzetta ILLUM dwar il-kelb il- baħar li aktar kmieni din il-ġimgħa ntlemaħ bejn iż-Żurrieq u Filfla. Immaġina x'jibqa' fik kieku bħal dan iż-żagħżugħ kont fuq jetski u jgħaddi minn ħdejk kelb il-baħar. Mhux ta' b'xejn li l-filmat malajr ġera fuq Facebook b'diversi jikkummentaw, jesprimu l-biża' u saħansitra l-iskantament għax kelb il- baħar intlemaħ Malta. Imma fil-verità hija ħaġa tal- iskantament li kelb i l - b a ħ a r jintlemaħ f 'Malta? Assolutament le, anzi fi kliem Alan Deidun "ma għandux isir għaġeb." Deidun saħaq li l-ibħra Maltin ma għandhom xejn differenti minn ibħra oħra u bħalma jeżistu l-klieb il-baħar f 'ibħra oħra, jeżistu wkoll f 'Malta. 'Sajjieda jiltaqgħu ta' spiss ma' klieb il-baħar' Fi kliem Alan Deidun, minkejja li mhux komuni li kelb il-baħar jintlemaħ viċin il-kosta jew inkella max-xatt, huma ħafna dawk is-sajjieda li jiltaqgħu ma' klieb il-baħar meta jkunu qed jistadu ftit 'il barra mill-kosta Maltija. "Dawn ma jkollhomx kameras jew mowbajls magħhom biex jiffilmjaw kull kelb il-baħar li jilmħu," saħaq Deidun. Il-kelb il-baħar li ntlemaħ din il-ġimgħa huwa tar- razza blue shark, bil- Malti: il-ħuta l-kaħla. Fi kliem l-Ambjentalista, il-fatt li dan il-kelb il-baħar għandu isem bil-Malti, huwa prova li s-sajjieda Maltin huma familjari miegħu. Dan il-kelb il-baħar inzerta mhux perikoluż għall- bniedem, iżda kif wieħed jista' jobsor il-biża' ma naqsitx, anke meta Deidun ipprova jispjega dan fuq il-midja soċjali. "Huma għandhom jibżgħu minnha mhux aħna," saħaq Deidun. "Din hija razza ta' klieb il-baħar li jdumu ħafna biex jirriproduċi." Kien hemm żmien meta saħanistra l-Forzi Armati ta' Malta kienu jisparaw fuq ħut kbir li jilmħu u li jaħsbu li jkunu perikolużi. Il-gazzetta ILLUM iċċekkjat mal-Forzi Armati u tista' tikkonferma li din il-prattika hija waħda tal-passat. Illum, meta tintlemaħ ħuta kbira, tinħareġ stqarrija biex twissi lill-pubbliku, l-istess kif għamlet il-pulizija f 'Settembru tal-2015 meta ħuta kbira ntlemħet 'il barra mill-Port il-Kbir. Imma klieb il-baħar perikolużi jeżistu viċin Malta? Fi kliem Deidun, il-biża' "esaġerata" mill-klieb il-baħar hija frott ukoll films, bħalma kien 'Jaws,' li fi kliemu għamlu ħsara kbira fil-mod kif in-nies tħares lejn il-klieb il-baħar. Tant hu hekk li meta wieħed jisma' li ntlemaħ kelb il-baħar moħħu malajr jiġri għar- razza l-aktar magħrufa għax l-aktar perikoluża, jiġifieri dik tal-Great White. Imma dan jeżisti fil-Mediterran u fl-ibħra Maltin? Iva, jeżisti, iżda Alan Deidun saħaq li tant kemm sar rari, li ftit li xejn jista' jkun hemm indikazzjoni kemm għad fadal fil-Mediterran. Fuq nota aktar pożittiva, l-Ambjentalista qal kif wara li ttella' dan il-filmat kien sodisfatt bil-fatt li kienu diversi dawk li kkummentaw u mill-ewwel indikaw li din kienet ħuta kaħla u mhux perikoluża għall-bniedem. Fi kliem Deidun dan ifisser li qed tikber l-edukazzjoni. Saħaq li aktar ma jkun hawn edukazzjoni, aktar se jiġu protetti dawn l-ispeċi li qed isiru dejjem aktar rari, anke għax ċertu speċi mhumiex protetti. Madanakollu saħaq li għad fadal ħafna xi jsir biex tikber l-edukazzjoni, mhux biss fuq il-klieb il- baħar imma anke dwar ħut u speċi oħra tal-baħar. "Ma hemmx għalfejn kull darba li nilmħu brama, kulħadd joħroġ jiġri mill- baħar," saħaq Deidun waqt li spjega li mhux il-bram kollu jniggeż jew huwa perikoluż. KELB ILBAĦAR JEW ĦUTA KBIRA? • Fl-1987: is-sajjied Alfredo Cutajar jaqbad Great White twil 7.13-il metru viċin Filfla • Settembru tal-2015: il-Pulizija jilmħu ħuta kbira 'l barra mill-Port il-Kbir • Marzu 2016: Blue Shark salvat minn fuq il-blat f 'Pembroke • Ġunju 2017: Tresher Shark jittella' mejjet iċ-Ċirkewwa • Awwissu tal-2017: persuni fuq dgħajsa jilmħu 'ħuta kbira' viċin Kemmuna Klieb il-baħar fl-ibħra Maltin; 'Xejn ġdid' jgħid Deidun Is-settur agrikolu Għawdxi mistenni jingħata spinta permezz tal-impjant tan-New Water PERMEZZ tat-tieni impjant tan-New Water tal- Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, is-settur agrikolu Għawdxi se jingħata nifs ġdid bi proġett li jipproduċi ilma ta' kwalità għolja ħafna biex fost l-oħrajn jintuża fl-agrikoltura u fl-industrija. Il-proġett ġie inawgurat mill-Ministri Joe Mizzi u Justyne Caruana u mis- Segretarji Parlamentari Aaron Farrugia u Clint Camilleri. Il-Ministru Joe Mizzi ddeskriva dan il-pass bħala sinifikanti għas-sostenibbiltà tal-gżira Għawdxija, li seħħ wara ħidma li bdiet snin ilu biex il-Korporazzjoni rnexxielha tistabbilizza l-kwalità u l-profil tad-drenaġġ li jidħol fl-impjant ta' Ras il-Ħobż. Dan ifisser li d-drenaġġ trattat li kien jintrema l-baħar issa jiġi trattat permezz ta' tliet stadji: ultra-filtration, reverse osmosis u advanced UV-oxidation biex jinbidel f 'ilma ta' kwalità għolja biżżejjed wara li jgħaddi minn testijiet rigorużi ħafna li jagħtu s-sigurtà neċessarja lil kull min jużah. Il-bdiewa tan-naħa ta' fuq ta' Malta diġà qed igawdu minn dan l-ilma permezz tal-ewwel proġett li sar fil-Mellieħa u li qed jiġi mqassam minn erba' punti fit-Tramuntana ta' Malta. Il-Ministru Joe Mizzi ħabbar li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru investimenti importanti u speċifiċi dwar in-network li jqassam dan l-ilma. Barra minn hekk għal dawn l-aħħar xhur kien għaddej xogħol intensiv fit-tielet impjant ta' Barkat fix-Xgħajra li jinsab fin-naħa ta' isfel ta' Malta biex minn hemm ukoll fil-ġimgħat li ġejjin jibda jitqassam dan l-ilma. Il-Ministru Mizzi fakkar li apparti dan il-proġett il- Korporazzjoni diġà bdiet twettaq l-istudji neċessarji biex jinbena l-impjant ġdid ta' desalinizzazzjoni f 'Ħondoq ir-Rummien b'kapaċità li jipproduċi madwar 9,000 metru kubu ta' ilma kuljum bl-iskop li tiġi eliminata d-dipendenza fuq l-impjant tar-reverse osmosis fiċ-Ċirkewwa u fuq il-pipeline taħt il-baħar li jgħaqqad iż-żewġ gżejjer. Il-Ministru Justyne Caruana faħħret din l-inizjattiva mnedija mill-Water Services Corporation f 'Għawdex u qalet li wara ħafna snin ta' stennija issa l-bdiewa Għawdxin se jkollhom ilma b'xejn. Qalet li s-settur tal- biedja għandu potenzjal kbir f 'Għawdex ukoll fil-kuntest tal-viżjoni EkoGħawdex imma wkoll kwantu għall-aspett ta' ruralità - pilastru ewlieni tal- istrateġija tal-iżvilupp reġjonali għal Għawdex. Fil-fatt, matul l-aħħar sena, 1,250 bidwi Għawdxi irrikorrew għal xi tip ta' għajnuna jew ta' assistenza mill-Ministeru għal Għawdex. Dan juri li l-bdiewa Għawdxin huma għatxana biex itejbu l-operat tagħhom u jinvestu fil-prodott lokali. Il-Ministeru għal Għawdex hu kommess li jkompli jassisti lill-bdiewa Għawdxin permezz ta' skemi u ta' għajnuniet diversi. Il-Ministru Caruana semmiet li waħda mill-għajnuniet riċenti li nieda l-Ministeru għal Għawdex kienet skema biex tassisti lill- bdiewa sabiex jirrestawraw bjar u ġwiebi eżistenti għall-ħażna tal-ilma. Il-Ministru faħħret il- kollaborazzjoni u l-ħidma li qed issir mal-WSC u mal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 July 2018