Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1002134
illum Il-Ħadd 08 ta' Lulju 2018 Sports 28 Ray Azzopardi maħtur President Onorarju għal għomru ta' Valletta Subbuteo Club RAY Azzopardi ġie maħtur president onorarju għal għomru ta' Valletta Subbuteo Club. Huwa ngħata dan it-titlu waqt żjara tiegħu fil-klabb, bħala apprezzament tax-xogħol kontinwu tiegħu lejn il-klabb. Azzopardi esprima l-gratitudni tiegħu għal dan l-unur u wera l-ap- prezzament tiegħu għal dan il-klabb li dejjem iġib l-unuri lejn il-Belt Valletta. Faħħar ukoll l-inizzjativa tal-ftuħ tal- akkademja, biex b'hekk iż-żgħażagħ ikollhom post fejn jitħarrġu dan l-isport u fl-istess waqt iżommu 'l bogħod mill- vizzji. Il-president tal-klabb is-Sur Felix Rizzo, f'isem il-klabb feraħ lis-Sur Azzopardi għal din il-ħatra. "Nin- sabu ċerti, illi inti żgur tagħmlilna unur, kif bħal fl-imgħoddi, u nkom- plu naħdmu flimkien għall-ġid ta' dan il-klabb Vallettan." Is-Sur Rizzo u s-Sur Az- zopardi tkellmu wkoll fuq proġetti u inizjattivi li ser isiru fil-futur qrib. Felix Rizzo jippreżenta memento lil Ray Azzopardi Il-Volleyball lokali mil-lenti tal-Kowċ u l-Captain taċ-Champions Minn Cristian Antony Muscat FOST l-aktar sport li qed jikber fil-popolarità f 'pajjiżna, m'hemmx dubju li nsibu l-volleyball. F'dan l-artiklu se nkunu qed nagħtu ħarsa iktar dettaljata lejn dan l-isport b'intervista simultanja mal-kowċ u l-captain taċ-champions tal- volleyball lokali, Fleur De Lys Royal Panda, Silvan Gauci u Maria Costa, rispettivament. Kif għażilt il-volleyball fost sport ieħor? SILVAN GAUCI Jien persuna li għandi passjoni lejn l-isport kollu speċjalment logħob bil-ballun li jinvolvi tim kontra tim. L-ewwel darba li sirt naf bih lokalment kienet il-Maratona tal-volleyball u minn mindu pparteċipajt fiha bqajt involut. Għażilt il-volleyball għax jinvolvi ħafna teknika u ħafna tattika fi spazju ristrett ta' disa' metri. MARIA COSTA Xtaqt nibda xi tip ta' team sports meta kelli 13-il sena u ħabibti xtaqet tibda vol- leyball u bdejna flimkien. Sirt inħobbu bħala sport u ovvja- ment komplejt u dħalt ma' tim ta' 14-il sena. Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek mat-tim ta' Fleur-de- Lys Royal Panda? SILVAN GAUCI Issa ili ma' Fleur de Lys għal dawn l-aħħar tmien snin. Bde- jt bħala plejer-kowċ mal-irġiel fejn irbaħna l-unuri kollha lokali u issa qed nieħu ħsieb it-tim tan-nisa fejn dis-sena rnexxielna nirbħu erba' unuri minn ħamsa. Barra minn hekk involut f'ħafna affarijiet oħra fosthom li nġibu fondi minn sponsors għall-klabb, li niddisinja l-kits, norganizzaw tournaments tal-beach volley u li anke nistiednu klabbs barranin biex jiġu jittrenjaw hawn Malta. MARIA COSTA Ilni ħames snin nilgħab ma' Fleur De lys u nista' ngħid li kelli ħafna esperjenzi sbieħ speċjalment fl-ewwel staġun fejn konna rbaħna tliet Tazzi u dis-sena li rbaħna erba' Tazzi. Għandna relazzjoni sabiħa ħafna bejnietna fejn m'aħniex team mates biss imma anke ħbieb. Sibt ħbiberija sinċiera u sabiħa fosthom. Ir-relazzjoni mal-kowċ Silvan Gauci hija tajba wkoll. Ilu jikkowċjana għal dawn l-aħħar sentejn u nista' ngħid li vera dedikat għat-tim u dejjem żammna magħqudin. Jaċċetta l- opinjonijiet tagħna, ikellimna u jgħinna fejn ikun hemm bżonn. X'tikkummenta fuq l-MVA immexxija mill-president Jes Saliba? SILVAN GAUCI L-MVA mhi ħadd ħlief aħna l-klabbs. Jes huwa l-persuna li dejjem jipprova jgħaqqad il-klabbs flimkien biex jimxu lejn id-direzzjoni ġusta. Mhux dejjem faċli għax kull klabb iħares lejn l-interess tiegħu però sar progress kbir taħt it-tmexxija tiegħu flimkien mat-tim tiegħu li jaħdmu ħafna. Biss biss introducew il-volleyball ġol-iskejjel u għamlu kuntatti mas-CEV biex ġabu fondi u apparat u 'l quddiem isiru tournaments internazzjonali hawn Malta. Ovvjament hemm affarijiet li jien ma naqbilx magħhom però meta tara x-xogħol li sar bir-riżorsi li hemm ma tistax ma tfaħħarx l-operat tal- assoċjazzjoni taħt it-tmexxija ta' Jes Saliba. MARIA COSTA Naħseb li l-MVA qed jagħmlu xogħol tajjeb, speċjalment bil-proġett li qed jagħmlu biż- żgħar u li jduru l-iskejjel billi juruhom l-isport u jħajruhom biex jibdew jipprattikawh. Naħseb li dik hija waħda mill-aktar affarijiet importanti li ntellgħu ż- żgħar biex jikber iktar l-isport f'Malta. Apparti minnhekk is-sena l-oħra reġa' kellna l- opportunità bħala nazzjonal li nieħdu sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Issa qed inkomplu naħdmu biex nitilgħu anke s-sena d-dieħla. Kif tqis il-livell tal-volleyball f'Malta? SILVAN GAUCI Il-livell tal-volleyball Malta tjieb ħafna speċjalment meta bdew jiġu barranin jaħdmu hawn Malta. B'hekk il-livell tal-logħob għola u l-plejers Maltin qed jibbenefikaw ħafna. MARIA COSTA Il-livell dal-aħħar snin żdied sew speċjalment fl-irġiel. Żdiedu l-barranin u bis-saħħa tagħhom qed ikollna logħob ta' livell aħjar u isbaħ. Bis- saħħa tal-barranin jgħinu lilna ukoll biex niżdiedu fil-livell. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-volleyball? SILVAN GAUCI Il-futur tiegħi fil-volleyball hu dak li ngħin lill-klabb biex insaħħu u nkabbru n-nursery biex ikollna plejers li 'l qudd- iem jilagħbu fit-tim tal-kbar u li anke jirrapreżentaw lill- pajjiżna fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar u li nistiednu iktar timijiet u nurseries internazz- jonali biex jiġu hawn Malta. MARIA COSTA Nixtieq inkompli fis-snin li ġejjin mhux biss mal-klabb imma anke man-Nazzjonal. Nibqa' nipprova nagħti l-100% biex inkun ta' għajnuna lit-tim tiegħi imma anke lin- Nazzjonal is-sena li ġejja. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera fil- volleyball. SILVAN GAUCI Il-volleyball huwa sport nadif, bla korruzzjoni u jof- fri ħafna opportunitajiet li 'l quddiem tirrapreżenta lil pajjiżek. Huwa sport fejn barra li trid tkun fiżikament b'saħħtek trid tkun mental- ment iffukat. Huwa team sport li kull individwu għandu l-irwol speċifiku tiegħu li magħquda flimkien iwassluk għall-esperjenzi u tragwardi importanti bħal fil-ħajja ta' kuljum. MARIA COSTA Lit-tfal inħeġġiġhom biex jib- dew dan l-isport. Il-volleyball għenni nifforma l-karattru tiegħi aħjar fejn jidħlu leader- ship skills u dixxiplina. Huwa sport sabiħ ħafna fejn kelli ħafna esperjenzi sbieħ kemm hawn Malta kif ukoll meta sifirna. U wara kollox huwa mod kif iżżomm ruħek fit u tagħmel ħbiberiji ġodda! Silvan Gauci jgħaddi l- istruzzjonijiet lill-plejers tiegħu