Illum previous editions

illum 8 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1002134

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Il-Ħadd 08 ta' Lulju 2018 | illum Sports 29 LAIPS, li hi l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Media tal-Isport, tagħti importanza kbira lil Jum Dinji ddedikat għall-Ġurnaliżmu Sportiv, u ċċelebrat dan il-jum nhar it-Tejn li għadda - it-2 ta' Lulju, fejn tfakkar lil dawk il-ġurnalisti kollha li ħadmu fil-passat u li għadhom qed jaħdmu għal ġid ta' din il- professjoni. L-AIPS kienet twaqqfet fit-2 ta' Lulju tas-sena 1924 f 'Pariġi fi Franza, fejn l-ewwel laqgħa kienet saret fuq ring tal-boxing u għalhekk l-Assoċjazzjoni baqgħet għal dawn is- snin kollha ġġor l-isem bil-Franċiż: 'Association Internationale de la Presse Sportive'. Għal din l-okkażjoni l-President tal-AIPS, it- Taljan Gianni Merlo,bagħat messaġġ ta' solidarjeta' u kuraġġ lill-media sportiva madwar id-Dinja hekk kif dan qal li qegħdin ngħixu f 'era ta' sfidi kbar biż-żieda tal-popolarita' tal-mezzi soċjali u ż-żieda tal-Fake News. Charles Camenzuli, li hu l-President tal-fergħa Ewropeja tal-AIPS, min- naħa tiegħu qal li dawn huma żminijiet eċitanti għall-media tal-Isport fi żminijiet ta' sfidi kbar b'mod partikolari sfidi teknoloġiċi fl-industrija tal-media. Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sport Sandro Micallef f 'messaġġ fuq Facebook qal li l-membrital-Media Sportiva Maltija jridu jingħaqdu aktar u jgħinu iżjed lil xulxin billi jsellfu r-riżorsi kollha irrispettivament ma' liema Media House huma rreġistrati. Hu tenna li fejn hemm l-għaqda hemm is- saħħa u din hi l-unika triq sabiex il-media sportiva tibqa' togħla fil-kwalita' u tgħin aktar fl-iżvilupp tal- Isport Malti. Il-Media Sportiva tiċċelebra l-Jum Dinji ddedikat għall-Ġurnaliżmu Sportiv "Li erġajt sirt Champion ta' Malta, huwa dejjem sabiħ" - Massimo Cremona Minn Cristian Antony Muscat MASSIMO Cremona, preżentament numru 3 fir-Rankings Mondjali Open, fl-istaġun li ġej, se jkun qed jilgħab mat-tim tas-Serie A, Napoli Fighters, klabb ambizzjuż, li żgur li bl-esperjenza vasta ta' Cremona ħa jgħinhom biex jippruwaw jilħqu l-miri tagħhom wara disa' snin konsekuttivi jilgħab ma' F.illi Bari Reggio Emilia. Dan il-ġurnal tkellem ma' Massimo Cremona nnifsu fejn qal li: "Kelli nbiddel il-klabb għar- raġuni li l-Federazzjoni Internazzjonali għamlet ir-regola li kull tim, fil-logħba jista' jilgħab barrani wieħed biss, kif ukoll kelli bżonn motivazzjoni ġdida. Ma' F.illi Bari Reggio Emilia fid-disa' staġuni li għamilt, irbaħt kull unur li joffri t-Table Football Internazzjonali, kif ukoll fil-Federazzjoni Taljana, fosthom ħames edizzjonjiet taċ- Champions League, li minnhom irrijonfajt fl-aħħar tliet staġuni konsekuttivi, 17-il Major Tournament, waqt li fl-Italja, irbaħt it-titlu ta' Champion tas-Serie A ħames darbiet, u rbaħt tliet darbiet il-Coppa Italia. Bla dubju dan huwa l-aktar klabb li rebaħ unuri. Kif kien evidenti, ġejt ikkuntattjat minn diversi klabbs biex nissieħeb magħhom. Jien plejer li rrid niġġieled għall- Unuri, għallhekk ċerti offerti minn klabbs żgħar irrifjutajthom. Kont viċin ħafna li niffirma ma' Pisa, pero' meta ġejt avvicinat minn Napoli Fighters, l-offerta li għamluli kienet ħafna iktar attraenti. Dan kien klabb li wera li ried il- firma tiegħi. Napoli Fighters huwa tim żagħżugħ li fl-aħħar Kampjonat spiċċa fir- raba' post tas-Serie A. Rebaħ ukoll is-Super Cup kontra F.illi Bari (eks tim tiegħi) u s-semi- finali taċ-Champions League. Dan huwa tim kompost, minn Luca Battista, l-aħwa Mato u Andrea Cicarelli u Efrem Intra. Tim li bija magħhom żgur li ħa nkunu sfidanti f 'kull kompetizzjoni, li ħa niehdu sehem fiha - Champions League, Serie A, Coppa Italia, il-Majors ta' Milan u Bologna u l-Gran Prix ta' Napoli. Nemmen li Napoli Fighters huwa klabb li għandu futur sabiħ quddiemu. Luca Battista, Matteo Cicarelli u Efrem Intra ġew magħżula mat- tim Nazzjoni Taljan għat- Tazza tad-Dinja ġewwa Ġibiltà. Massio Cremona tana l-fehmiet tiegħu rigwrad il-fatt li sar Champion ta' Malta fejn qal: "Li erġajt sirt Champion ta' Malta, huwa dejjem sabiħ. Kien Kampjonat kumbattut bejni u Samuel Bartolo, li aħna t-tnejn minn 22 loghba, ma tlifniex waħda fejn ksibna 18-il rebħa u 4 draws (tnejn minnhom kontra xulxin). Konna bla dubju l-aqwa żewġ plejers ġo Malta fl- aħħar żewġ staġuni." Massimo Cremona imkien ma' Samuel Bartolo u plejer ta' Bormla Subbuteo Club Mark Marlow ikkonfermat fil- Kumitat Eżekuttiv tal-European Federation for Company Sport ILPRESIDENT tal-Malta Employees Sports Association (MESA), Mark Marlow, fil-jiem li għaddew ġie kkonfermat bħala Membru fil-Kumitat Eżekuttiv tal-European Federation for Company Sport (EFCS) għall-erba' snin li ġejjin waqt il-Kungress tal-Federazzjoni Ewropeja f 'Ljubljana, is- Slovenja. Dan se jkun it-tieni term għal Marlow, li kien ġie elett għall- ewwel darba fl-2014 f 'Riccione, l-Italja. Din id-darba Marlow ingħata vot qawwi mid-delegati ta' aktar minn 30 pajjiż Ewropew li attendew għall-Kungress, meta kiseb it-tielet l-akbar ammont ta' voti minn sitta li ġew eletti bħala Membri fil-Kumitat Eżekuttiv. Il-Kungress f 'Ljubljana ddeċieda wkoll il-belt li se torganizza l-24 edizzjoni tal-European Company Sport Games fl-2023 bil-belt rebbieħa tkun Bordeaux (Franza) minn fost tliet kandidati li kkontestaw, bit-tnejn l-oħra jkunu Fredrikshavn (Danimarka) u Ljubljana (Slovenja). Dawn il- Logħob isiru kull sentejn u wara s-suċċess li kellhom Gent (Belġju) s-sena li għaddiet meta ħadu sehem aktar minn 5,000 atleta fi 23 sport differenti, is-sena d-dieħla l-belt Awstrijaka ta' Salzburg qed timmira li taqbeż is-6,000 atleta meta se torganizza t-22 edizzjoni, waqt li t-23 edizzjoni fl-2021 se ssir f 'Arnhem, l-Olanda. Mark Marlow f'Ljubljana s-Slovenja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 July 2018