Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1002134
illum | Il-Ħadd 08 ta' Lulju 2018 Sports 30 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Minn mindu kont żgħir kont nilgħab il-futbol ma' Tarxien Rainbows u bqajt tiela' magħhom sal-iskwadra tal-kbar. B'xorti ħażina kelli injury persistenti f 'dahri u ma stajtx inkompli nagħti l-kontribut tiegħi. Niftakar li wara ftit kien ġie Edward Darmanin u kien ipproponieli biex immur miegħu ma' St Georges' kemm bħala plejer kif ukoll biex ngħinu fit-tmexxija tat-tim. Ma tantx domt naħsibha u fil-fatt aċċettajt li nkun assistent-kowċ miegħu. Bla dubju kelli nagħmel il-korsijiet neċessarji sabiex inkun kowċ imma jien ma qtajtx qalbi tant illi attendejt kull kors li kelli bżonn u minn hemm bdiet din l-avventura tant sabiħa fit-tmexxija ta' tim tal-futbol. Illum il-ġurnata ninsab impjegat bħala kowċ full-time. Int għidt li kont plejer. X'differenza tgħaddi bejn li tkun plejer u li tkun kowċ? Liema hu l-iktar irwol diffiċli u għaliex? Mingħajr tlaqliq ngħid li meta int tkun plejer aħjar milli tkun kowċ! Meta int tkun plejer kulma trid tagħmel hu li tilgħab, tmur għat-taħriġ, tobdi l-istruzzjonijiet tal-kowċ u daqshekk. Mill-banda l-oħra meta tkun kowċ, int tkun responsabbli għal ħafna affarijiet fost l-oħrajn tal-iskwadra, mal-kumitat, l-eċitament u l-preparazzjoni għal- logħba. Għalhekk ngħid li bħala plejer int tkun iktar rilassat, tagħmel xogħlok u daqshekk. Minkejja kollox, is-sodisfazzjon li tkun kowċ huwa iktar minħabba li jekk iġġib is-suċċessi tkun għamilt bravura kbira. Int kont ukoll assistent kowċ ta' Valletta ma' Gilbert Agius. Kemm tgħallimt minn dik l-esperjenza? Jien inqis din l-esperjenza bħala mument fejn tgħallimt ħafna f 'din il-karriera tant sabiħa ta' kowċ. Gilbert Agius huwa dak il-bniedem li jimpressjonak bix-xogħol kbir illi jagħmel, persuna metikoluża li ġab l-esperjenza tal-futbol meta kien plejer u issa qed jgħaddiha lill-plejers iżgħar minnu. Gilbert kapaċi jwassal din l-esperjenza fil-grawnd u kienet jidher mhux ħażin l-istil tiegħu meta kien imexxi lil Valletta. Jien nista' ngħid li tgħallimt ħafna mingħandu u dawk il-metodi li tgħallimt għadni ingawdi minnhom s'issa. Bħala kowċ ta' Gżira United meta tilagħbu kontra Valletta x'ikunu l-emozzjonijiet tiegħek? Ħa ngħidlek ma nħossx xejn partikolari fis-sens illi llum il-ġurnata jien il-kowċ tal-Gżira, u għalkemm il-familja tiegħi hija kollha mill-Belt, jien illum qed nieħu ħsieb klabb tal- futbol u xogħli hu li dejjem narahom li jġibu r-riżultati, irrilevanti kontra min inkun ser nilgħab. Nifhem u naf kemm in-nies tal-Belt iħobbu lill-klabb tagħhom u dan huwa fattur pożittiv immens. Is-suċċessi li kellhom Valletta f 'dawn l-aħħar snin jagħmluhom klabb uniku. Jekk nitkellmu dwar l-istaġun li kellkom Gżira, kont timmaġina li kontu ser taslu s'hawn? Le, ma kontx nistenna dan kollu għax l-iskwadra li għamilna ma kinitx intiża li t-tim jikseb post fil- UEFA Europa League. Meta bnejna l-iskwadra, aħna ħadna plejers li ma riedx ħaddieħor. Li kieku Andrew Cohen kien jibqa' mal-Hibs u Roderick Briffa kien iżomm postu ma' Valletta. Meta ġibna lil Amadou Samb, kulħadd beda jikkritikana minħabba l-karattru partikolari li kellu. Diġà kellna l-intenzjoni li nużaw żgħażagħ ta' talent bħal Nikolai Muscat u Juan Corbalan li dawn ma tantx kellhom daqshekk esperjenza. Fil-bidu tal-istaġun kont nemmen fl-iskwadra iżda ma kontx nemmen li konna ser naslu s'hawnhekk. Jien nemmen ħafna fil-perseveranza meta int taħdem u tistinka sabiex tilħaq l-objettivi li tixtieq. Jekk int tilħaq dawn l-għanijiet, fl-aħħar mill-aħħar ma ngħidx li hija sorpriża. Kien hemm mumenti partikolari fl-istaġun illi għadda fejn kontu fl-ewwel post u anke fejn kontu qed tissieltu għall-kampjonat. Kont temmen li dak iż-żmien stajtu ħadtu l-kampjonat? Ħa ngħidlek meta jkun hemm it- tama, imbagħad tibda temmen iżda ma rridux ninsew li aħna għamilna skwadra kompletament ġdida fis-sajf u meta ġie Jannar komplejna nbidlu xi affarijiet oħra. Meta t-tim ikun qed jinbena, mhux faċli li tidra malajr. Apparti minn hekk, il-plejers riedu joqogħdu għall-istruzzjonijiet tiegħi u sakemm jidraw kollox mhux faċli. Hawnhekk fejn ikun hemm mument ta' transizzjoni li minkejja kollox nista' ngħid li ma kinitx daqshekk twila għax il-plejers mal-ewwel draw l-ambjent u bdew jipproduċu l-logħob tipiku tagħhom. Ma rridux ninsew li kieku ċertu logħbiet spiċċaw mad-90 minuta, kieku għandna sitt punti oħra. Eżempju tipiku kien meta ġejna dro kontra Mosta u Senglea fejn dawn skorjaw eżatt fit-92 minuta. Li rrid ngħidlek hu li kieku kellna daqsxejn aktar xorti, nemmen li stajna tajna sfida aktar lit-timijiet l-oħra. Minkejja kollox ma rridux ninsew li aħna konna dak li bl-Ingliż jissejħu l-outsiders fejn l-aqwa seba' timijiet Maltin għandhom aktar esperjenza minna, iżda rnexxielna nagħmluha xorta. Fil-verità meta aħna ħallejna warajna timijiet bħal Hibernians u Floriana, ma ngħidx illi huwa ta' diżappunt li ma ħadniex il-kampjonat. M'hemmx dubju li ssib inkoraġġiment kbir mill-president Sharlon Pace u l-kumitat tiegħu. X'tikkumenta? Nista' nikkonfermalek li Sharlon Pace huwa bniedem wisq dedikat għal Gżira United. Impressjonanti x-xogħol illi jagħmel għall-klabb tal-Maroons. Is-sapport tiegħu huwa kbir u jien li ili tliet staġuni u nofs miegħu nista' nikkonferma kemm hu raġel serju b'integrità kbira u jaħdem bla heda sabiex jara lil Gżira dejjem aħjar. Min-naħa tiegħi mhux faċli għall- ebda kowċ fid-dinja li jqatta' daqstant żmien ma' klabb iżda dan kollu jfisser xi ħaġa għalija. Juri li hemm fiduċja reċiproka u armonija sħiħa u għalhekk li jien ninsab għal qalbi ħafna magħhom. Kif ħassejtek meta ddebuttajt fil- UEFA EuropaLeague b'suċċess? Ħassejtni kburi ħafna li qed immexxi lil dan it-tim. Ħarisna lejn dan l-objettiv Ewropew b'ottimiżmu kbir u ilna nippjanaw ferm minn qabel sabiex għamilna l-irtokki neċessarji f 'dak li għandu x'jaqsam akkwisti għalkemm sħaqt li xtaqt inżomm il-qalba tat-tim li kiseb dan is-suċċess. Jien diġà doqt esperjenza Ewropea meta Valletta lagħbu fir-rawnd preliminari tal-UEFA Champions League u għalhekk kont naf x'ser insib f 'dan il-qasam. Meta lgħabna kontra Santa Julia konna pożittivi fil-logħob tagħna, kellna fiduċja li konna se mmorru tajjeb u hekk ġara. Issa ser inżommu saqajna mal-art sabiex nieħdu l-impenn li jmiss b'serjetà kbira. Nerġgħu nitkellmu dwar il-futbol 'Nemmen ħafna fil-perseveranza u nqis li kienet Cristian Antony Muscat Darren Abdilla - kowċ tal-ogħla livell li qed jikteb l-istorja ta' Gżira United b'ittri tad-deheb u li riċentament ġie vvutat ukol bħala l-'Kowċ tas-Sena' għall-istaġun 2017/18. "Meta jkun hemm it-tama, imbagħad tibda temmen iżda ma rridux ninsew li aħna għamilna skwadra kompletament ġdida fis-sajf u meta ġie Jannar komplejna nbiddlu xi affarijiet oħra. Meta t-tim ikun qed jinbena, mhux faċli li tidra malajr." "Fil-bidu tal-istaġun kont nemmen fl-iskwadra iżda ma kontx nemmen li konna ser naslu s'hawnhekk. Jien nemmen ħafna fil-perseveranza meta int taħdem u tistinka sabiex tilħaq l-objettivi li tixtieq. Jekk int tilħaq dawn l-għanijiet, fl-aħħar mill-aħħar ma ngħidx li hija sorpriża."