Illum previous editions

illum 8 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1002134

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 08 ta' Lulju 2018 Aħbarijiet Waslet fi tmiemha l-evalwazzjoni dwar proġett li jfakkar it-Tieqa tad-Dwejra ...dan se jwassal biex wara 13-il sena jitwaqqaf id-Dwejra Heritage Park Minn Yendrick Cioffi LAWTORITÀ għall- Ambjent u l-Ippjanar waslet biex tlesti l-proċess ta' evalwazzjoni dwar dak li se jkun qiegħed isir fid- Dwejra biex, fost affarijiet oħra, ifakkar it-Tieqa li kienet waħda mill-aktar attrazzjonijiet popolari tal- Gżejjer Maltin. Kelliem qal mal-gazzetta ILLUM li l-Awtorità waslet fil-fażi finali biex tlesti l-proċess ta' evalwazzjoni tal-Preliminary Market Consultation biex jitwaqqaf dak li qed jissejjaħ id-Dwejra Heritage Park. It-twaqqif ta' dan il-park ilu jissemma mill-2004 iżda ostaklu wara l-ieħor wasslu biex dan qatt ma mmaterjalizza. Lura f 'Diċembru tal-2005, dak iż-żmien l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar kienet saħansitra nediet pjan ta' azzjoni biex jitwaqqaf dan il-Park li kellu jkun implimentat fi żmien ħames snin. Minkejja dan, kellha tkun it-Tieqa tad-Dwejra, jew inkella n-nuqqas tagħha, biex 13-il sena wara, reġgħet feġġet it-tama għad-Dwejra Heritage Park. Il-gazzetta ILLUM staqsiet lill-Awtorità jekk tistax tindika fiex wasal il-proċess biex ikun imniedi proġett li jfakkar it-Tieqa tad-Dwejra, kemm ġew sottomessi proposti u anke jekk jistax jindika wħud mill-proposti. Iżda fir-risposta tiegħu, il-kelliem semma biss il-proċess ta' evalwazzjoni għat-twaqqif tad-Dwejra Heritage Park u dan minkejja li fit-tender, li għalaq f 'Jannar li għadda, it-Tieqa tad- Dwejra ma tissemma mkien. Id-dokumenti mhumiex aċċessibbli. L-istess kelliem qal ukoll li l-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u t-Tibdil fil-Kliema, se jkun qed iħabbar l-informazzjoni kollha 'aktar 'il quddiem.' X'ideat kienu qed jissemmew? It-Tieqa tad-Dwerja, magħrufa mad-Dinja kollha u protagonista ta' Clash of the Titans u s-serje Game of Thrones, waqgħet fit-8 ta' Marzu tas-sena li għaddiet. Kien propju l-għada li għebet it-Tieqa meta l-Prim Ministru Joseph Muscat kien ħabbar inizjattiva internazzjonali dwar l-aħjar mod kif it-Tieqa tad-Dwejra tista' tkun imfakkra. Kienu diġà bdew jissemmew diversi ideat ta' x'jista' jsir. Kien hemm min ippropona li l-blat jittella' mill-baħar u jitħalla għall-wiri, oħrajn semmew ċentru ta' interpretazzjoni fejn it-Tieqa tkun ikkreata b'mod virtwali, min ippropona struttura artifiċjali li tfakkarha u kien hemm min saħansitra qal li jippreferi li s-sit jitħalla kif inhu u ma jkunx minsus. Minkejja dan, minn dak iż- żmien baqa' qatt ma ssemma xejn dwar il-proposti u x'se jkun qed isir. F'Marzu li għadda, fl-ewwel anniverarju mingħajr it-Tieqa tad-Dwejra, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana kienet qalet li l-Gvern irid ibiddel din it-telfa f 'opportunità u kienet ħabbret it-twaqqif tad-'Dwejra Opportunity Fund.' Dan il-fond jinkludi donazzjonijiet minn kumpaniji u anke fondi oħra mill-Ministeru għal Għawdex. Dawn il-kumpaniji li jagħtu d-donazzjonijiet ikunu eliġibbli għal benefiċċji marbuta mal-ħlas tat-taxxa. L-għan huwa li dawn il- fondi jintużaw minn dawn l-organizzazzjonijiet u individwi li jagħmlu riċerka fuq siti ta' patrimonju naturali u anke minn min ikun qed jaħdem fuq proġetti ta' natura kulturali f 'Għawdex. Ritratt tal-ġimgħa Fil-25 ta' Ġunju li għadda, fekruna tal-baħar iddeċidiet li t-tfal tagħha jkunu Maltin u telgħet fuq il- bajja tal-Ġnejna u wara li ħejjiet bejta, ħalliet il-bajd tagħha hemm. Minħabba li l-bajd tal-fkieren huwa fraġli ħafna u tista' faċilment issirlu ħsara, anke bl-istorju u d-dawl arti ċjali żejjed, mill-ewwel ittieħdu l-miżuri neċċessarji biex dawn ikunu protetti u mgħassa 24 siegħa kuljum. Lura -2016, fekruna kienet biedet fuq fuq il-Bajja ta' Għajn Tu eħa u kellha 66 fekkruna żgħira 56 ġurnata wara. Ritratt: James Bianchi It-Tieqa tad-Dwejra kif kienet tidher qabel Marzu 2017 Id-Dwejra dakinhar stess li waqgħet it-Tieqa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 July 2018