Illum previous editions

illum 8 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1002134

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Il-Ħadd 08 ta' Lulju 2018 | illum Aħbarijiet qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea "jekk pajjiż ma jaċċettax immigranti għax m'għandux obbligu jaċċettahom, ma jkun qed jikser ebda liġi. Jekk dawn jibqgħu fi l-baħar minkejja problemi ta' saħħa jew potenzjalment mewt jista' jkun li jkun qed jikser konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem" Jaqdu d-dmirijiet u l-obbligi jew inkella jagħlqu l-portijiet u jappellaw għall- votanti lokali Politiku jew mexxej ta' pajjiż kif ukoll il-partiti fl-oppożizzjoni għandhom jaraw illi l-obbligu li għandu pajjiż josservah. Jiġifieri jekk pajjiż għandu jieħu l-immigranti, għax jinsabu eqreb għall-kosta tiegħu għandu jagħmilha. Jekk josserva l-liġijiet u anke konvenzjonijiet il-Gvern tal-pajjiż, bħal Malta jew l-Italja, ikun qiegħed jaqdi dmiru skont il-liġijiet kif inhuma fil-preżent, xi ħaġa li kif nafu ma niżlet tajjeb xejn ma' ħafna popli, bħal dak Taljan li għażel partiti tal-lemin illi telgħu fil-Gvern proprju fuq l-għajta li titwaqqaf l-immigrazzjoni. Il-każ tal-Italja, flimkien ma' oħrajn bħar-Renju Unit (BREXIT), is-sehem tal-lemin estrem fil-Gvern tal-Awstrija, il-fatt li Le Pen ġiet qrib li tkun fil-gvern u anke l-instabilità fil-Gvern ta' Merkel, wera illi l-osservanza tal-obbligi internazzjonali qed tkun issagrifikata fuq l-altar tal-populiżmu u l-assolutiżmu. Ta' 'kollha barra', 'issiġillaw il-fruntieri', 'ibnu l-ħitan' u 'go back to your country'. Dan il-politiċi jafuh u jafuh sew u naturalment qed iħossu l-pressjoni dejjem tiżdied ta' votanti li mhumiex lesti jivvutaw lill-kandidati u partiti li għandhom politika illi tiftaħ wisq il-bibien għall-immigranti u b'viżjoni ta' pajjiż kożmopolitan, fejn it-taħlit tal-kulturi huwa ċċelebrat. Dan jgħodd ukoll għall-partiti tal-Oppożizzjoni, li qegħdin jew se jkollhom jagħmlu għażla ċara dwar x'pożizzjoni se jieħdu. Jekk hux appoġġ bla kundizzjoni lill-Gvern, jekk hux appoġġ aktar kawt b'aċċenn aktar uman jew inkella hux se jfittxu il-kisba tal-voti fuq kollox u jwiegħdu ħitan, issiġġillar, 'pushbacks' li ma jistgħux isiru jew inkella f 'każ estrem (imma li diġà rajna bħalu) il-proposta biex il-pajjiż jitlaq mill-UE. UE: Ewropa miftuħa imma biċ-ċans ta' aktar Gvernijiet 'Populisti' bħal tal-Italja u l-Ungerija L-Unjoni Ewropea għandha quddiemha test qawwi u serju li wħud, forsi xi ftit jew wisq pessimisti, qed jgħidu li tista' tifred lill-Ewropa. Id-dilemma hija din; jew tkompli tinsisti illi trid Ewropa miftuħa, mibnija fuq it-taħlit tat-tradizzjonijiet, razez u kulturi u allura tilqa' fi ħdanha immigranti, kemm legali kif ukoll dawk li ġejjin bla dokumenti jew inkella tingħalaq u tagħlaq il- fruntieri, bil-ħsieb li tippreserva soċjetà iktar omoġenja, li jkollha allura lingwa, etniċità u kultura simili. Jekk L-Ewropa se tiftaħ il-bibien u tkun kontinent aktar kożmopolitan se tkun qed tkompli fuq il-prinċipji u l-politika li dejjem segwiet. Se jkompli jkollha ħafna ħaddiema biex jimlew il-postijiet tax-xogħol, biex iħallsu t-taxxi u biex jiġġeneraw aktar ġid. Min-naħa l-oħra, id-dħul ta' aktar immigranti jfisser ukoll aktar iffullar, aktar nies u aktar problemi li popolazzjoni ikbar ġġib magħha. Min-naħa l-oħra iżda jekk l-UE se tinsisti li timxi f 'din it-triq tista' tistenna aktar oppożizzjoni, li aktar partiti lemini jikbru u jespandu u li Gvernijiet bħal dak ta' Merkel ikun instabbli minħabba din il-kwistjoni. F'dan il-każ Malta, s'issa, għadha xi ftit tal-eċċezzjoni hekk kif ma ntlaqtitx mill-mewġa qawwija favur politika aktar leminija, anti-immgrazzjoni, favur soċjetà aktar omoġenja, tradizzjonalista u aktar soċjalment koservattiva. Iktar Gvernijiet bħal dak ta' Salvini jistgħu jfissru inkwiet serju għall-Ewropa, li minflok waħda federali kif inhi l-ħolma ta' ħafna pro-Ewropejisti, issir Ewropa ta' pajjiżi li qed jaqdfu għalihom infushom f 'dak li jirrigwarda kontrolli tal-fruntieri, xi ħaġa li tmur dijametrikament kontra l-prinċipju ta' moviment ħieles. L-Ewropa kollha tinsab f 'dilemma. Issostni l-valuri tas-solidarjetà jew inkella tħalli l-immigrazzjoni tkun il- fattur ewlieni li jtella' u jwaqqa' Gvern? Issalva jew tieħu lura? Tiġġedded b'aktar nies ġodda jew tippreserva?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 July 2018