Aħbarijiet
6
illum | Il-Ħadd 08 ta' Lulju 2018
Michelle terġa' tgħumha: mill-Qawra sal-Għadira
Michelle Muscat terġa' tgħumha għall-Marigold Foundation
Ritratti:
DOI
L-MUMN twaqqaf id-
direttivi…kuntenta
bil-proposti tal-Gvern
IDDIRETTIVI li ħabbret
li l-Unjin għall-Infermiera
u Qwiebel (MUMN) aktar
kmieni din il-ġimgħa se
jitwaqqfu wara li l-Gvern
ressaq il-proposti tiegħu.
F'komunikat lill-ħaddiema
membri is-Segretarju Ġenerali
tal-unjin Colin Galea qal li
d-direttivi li kienu mħabbrin
aktar kmieni din il-ġimgħa se
jitwaqqfu. Fil-fatt, fil-messaġġ
tiegħu lill-membri Galea qal
illi l-Gvern offra proposti
"tajbin ħafna" bil-kwistjonijiet
prinċipali li fuqhom tħabbru
id-direttivi jkunu riżolti.
Id-direttivi kienu tħabbru
għall-infermiera u/jew
qwiebel fl-Isptar Mater Dei,
inkluż dawk li jaħdmu fl-
Emerġenza u d-Dipartiment
tal-Out Patients, l-Isptar
Pawlu Boffa, fiċ-ċentri kollha
tas-saħħa madwar il-pajjiż,
fl-Isptar tal-Onkoloġija
Sir Anthony Mamo, fiċ-
Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat
Għawdex, fl-Isptar Ġenerali
ta' Għawdex, fl-Isptar Monte
Carmeli, San Vinċenz De
Paule, il-Unit tal-Endeskopija
u fit-teatri kollha tal-
operazzjonijiet.