Illum previous editions

illum 19 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet RAĠEL li gidem żewġ pulizija li kienu se jeħduh f 'xelter ta' persuni li m'għandhomx fejn jgħixu, inżamm taħt arrest. Ir-raġel, li ġej minn Burkino Faso deher quddiem il- Maġistrat Aaron Bugeja kien akkużat illi attakka u rreżista lill-pulizija filwaqt li weġġa' liż-żewġ uffiċjali, li kienu qed jaqdu dmirhom. Huwa kien akkużat li meta attakkahom ikkaġunalhom feriti ħfief, kien akkużat li m'obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija, li heddidhom, li kiser il-paċi pubblika u li hu riċediv. Dan ir-raġel kien diġà l-Qorti erbat ijiem ilu biss fuq akkużi ta' vjolenza domestika. Hu kien ordnat ma jersaqx lejn il-vittma, liema ordni hu ma obdiex. Huwa gidem lill-pulizija meta dawn kienu qed jeskortawh lejn Dar Papa Franġisku. illum | Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 60 68 78 72 14 33 2 9 Tlugħ Nru. 737 Floriana Dispensary, 29, Triq Vincenzo Dimech, Floriana San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Marsa Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Qormi Ħerba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta' Ta' Xbiex, Msida Spiżerija Merħba, Shop 2, Triq Lapsi, Ta' Giorni, San Ġiljan Mrabat Pharmacy, 5, Triq l-Imrabat, Sliema Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, Iklin St. Louis Pharmacy, Triq Cali', Mosta El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Qawra Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija Milia's Pharmacy, 73, Triq il-Kotto- nera, Birgu St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbel- lika, Żabbar St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Għaxaq Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Żurrieq De Rohan Pharmacy, 24, Triq Sant'Antnin, Żebbuġ Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Rabat Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Sannat Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 24˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab li jsir ftit jew wisq imsaħħab b'ħalbiet iżolati tax- xita li jistgħu jkunu bir-ragħad u l-buffuri tar-riħ f'xi waqtiet VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra f'xi ħalbiet tax-xita RIĦ: Punent għall-Majjistral forza 3 għal 4, lokalment forza 2 għal 3 għall-ewwel u aktar tard. Isir mill-Majjistral it-Tramuntana filgħaxija. L-OGĦLA: 32˚Ċ L-INQAS: 24˚Ċ TEMP: Sabiħ li jsir ftit imsaħħab, lokalment pjuttost imsaħħab bil-possibilta' ta' xi ħalbiet iżolati tax-xita li jistgħu jkunu bir-ragħad u l-buffuri tar-riħ għal xi ħin VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba RIĦ: Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir Tramuntana għall-Majjistral forza 3 loklament forza 3 għal 4 BAĦAR Ħafif Lura l-Qorti wara tlett ijiem...din id- darba għax gidem lil żewġ pulizija L-NGO Sea Watch tappella lill-Gvern Malti biex ma jibqax 'jipperikola l-ħajjiet tan-nies' "WAQT li l-vapur Aquarius tħalla jitlaq mill-port tal- Belt Valletta...il-vapur tas- Sea-Watch 3 ilu jinżamm milli jitlaq għal 51 jum minkejja li l-kundizzjonijiet kollha legali huma osservati u r-reġistrazzjoni hija disponibbli." Hekk sostniet l-NGO Seawatch li appellat ukoll lill-Gvern Malti biex "ma jkomplix jipperikola l-ħajjiet umani" filwaqt li qalet illi l-fatt li l-vapur mhux qed jitħalla jitlaq mill-port hija azzjoni motivata politikament. B'hekk Sea Watch hija t-tieni entità li għamlet din l-akkuża f 'temp ta' ġimgħa, b'Amnesty International takkuża lil Malta illi falliet milli tassigura s-sigurtà u l-ħajja tal-immigranti fuq id-dgħajsa Sarost 5, li spiċċat fl-ibħra tat-Tuneżija. Amnesty International stqarret li t-Tuneżija ma jistax jitqies bħala port sigur. L-NGO saħqet illi tibqa' inkwetata u mħassba b'dawk li ssejjaħ bħala azzjonijiet sistematiċi kontra dawk kollha li jsalvaw ħajjet il-bniedem. "Anke jekk l-NGOs u d-dgħajjes kollha tagħhom ikunu qed joperaw, xorta jkollna nuqqas ta' mezzi biex jissalvaw l-immigranti kollha fuq il-baħar...il-Gvern Malti, bl-għajnuna tal-Unjoni Ewropea mhumiex ikkonċernati dwar is-saltna tad-dritt. Din hija kampanja politika għas-spejjeż ta' nies fil-bżonn," allegat Sea Watch. Johannes Bayer membru tal- bord tas-Sea Watch sostna illi l-politiċi Ewropej "qed itaptpu fuq dahar xulxin talli ddaħħlu n-nies li kienu fuq l-Aquarius, bil-PM Malti jitkellem dwar dan bħala eżempju konkret ta' solidarjetà, imma din ma jixraqilhiex tissejjaħ suċċess meta kull refuġjat qed ikun abbużat u vapuri tas-salvataġġ mhux qed jitħallew isalvaw in- nies," sostniet l-NGO li fakkret kif "il-fatt illi ħames vapuri baqgħu għaddejjin minn ħdejn dgħajsa li kellha nies fil-bżonn u li kienu jeħtieġu salvataġġ, turi l-irresponsabilità tal-politika tal-Unjoni Ewropea."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 August 2018