Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 Kważi lest l-iskrutinju tal-kuntratt li l-VGH iffirmat mat-Technoline L-ILLUM tiżvela li Steward Health Care, wara proċess twil, waslet biex tikkonkludi l-iskrutinju tal- kuntratt esklussiv li l-VGH iffirmat mat-Technoline għax-xiri tat-tagħmir mediku IL-GAZZETTA ILLUM tista' tiżvela li riesaq lejn it-tmiem l-iskrutinju li Steward Health Care qed tagħmel fuq il- kuntratt esklussiv li l-VGH kienet iffirmat ma' Technoline LTD u li permezz tiegħu, din l-istess kumpanija ħadet f 'idha l-proċess kollu għax-xiri tat- tagħmir mediku. Kelliema għall-kumpanija Steward, li għandha f 'idejha t-tmexxija tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-isptarijiet San Luqa u Karin Grech, ikkonfermat li d-deċiżjoni dwar jekk Technoline hux se tibqa' responsabbli mix-xiri tal-apparat mediku għat-tliet sptarijiet, mistennija tittieħed fil-ġimgħat li ġejjin. "Qed naħdmu kemm nistgħu biex l-iskrutinju fuq dan il-kuntratt partikolari jkun konkluż fil-ġimgħat li ġejjin," saħqet il-kelliema. Il-kelliema għal Steward Health Care kompliet tispjega mal-gazzetta ILLUM li anke jekk ikun hemm raġunijiet validi, il-kumpanija ma tistax taqbad u twaqqaf il-kuntratt li l-VGH iffirmat mat-Technoline ġaladarba meta ħadet il- konċessjoni, din wirtet il- kuntratti kollha li daħlet fihom il-VGH u li jorbutha legalment. Saħqet li l-proċess kien wieħed twil, tant li beda sitt xhur ilu, immedjatament meta Steward ħadet f 'idha t-tmexxija tal- isptarijiet u kien jinkludi esperti legali, finanzjarji u oħrajn li jispeċjalizzaw fl-għoti tal- kuntratti. Intant, kelliema għall- Ministeru għas-Saħħa kkonfermat ukoll mal-ILLUM li Steward ikkonkludiet l-iskrutinju ta' aktar kuntratti li ffirmat il-VGH. Il-kuntratt esklussiv li l-Vitals Global Healthcare kienet iffirmat mal-kumpanija Technoline kien qajjem ftit tal- mistoqsijiet mhux ħażin, anke għax kien ifisser li kumpaniji oħra li bħat-Technoline jipprovdu tagħmir mediku qed ikollhom jgħaddu minn idejn il- kompetitur tagħhom jekk ikunu jridu jbigħu lill-VGH. Fil-fatt, sorsi li tkellmu mal- ILLUM, kienu ddeskrivew dan il-kuntratt bħala "kunflitt ta' interess." Technoline tbiddel apparat 'ġdid' Apparti minn hekk, sorsi oħra kienu spjegaw ma' din il-gazzetta kif minkejja li bejn l-2013 u l-2014 il-Gvern kien għadu kemm xtara ammont sostanzjali ta' apparat mediku, Technoline LTD kienet tqabbdet tbiddel ammont minn dan it-tagħmir minkejja li kien għadu 'fi stat tajjeb.' Fil-fatt, fit-18 ta' Frar li għadda, l-ILLUM kienet analizzat ħames tenders li kienu nħarġu mill- Gvern bejn Ottubru tal-2013 u Mejju tal-2014 għax-xiri ta' apparat mediku għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. B'kollox, f 'dawn it-tmien xhur, il-Gvern kien investa aktar minn €3.6 miljun f 'apparat mediku għall- Isptar ta' Għawdex. Inqas minn sentejn wara, il-Gvern kien biegħ lill-VGH dan l-apparat u ieħor li kien diġà jeżisti qablu, għal €1. Ivan Vassallo, MMXVI u Brian Tonna Is-sid tal-kumpanija Technoline LTD huwa Ivan Vassallo. Sa ftit xhur qabel mal-kumpanija ħadet il- kuntratt mal-VGH, l-istess Vassallo kien marketing manager tagħha iżda fi ftit xhur, permezz tal-kumpanija Gateway Solution, kien xtara l-kumpanija bl-assi kollha tagħha mingħand iż-żewġ sidien oriġinali. Isem Vassallo kien jidher ukoll bħala direttur ta' tliet kumpaniji oħra iżda spikka l-aktar fil-kumpanija MMXVI hekk kif wieħed mill-azzjonisti tagħha kien Brian Tonna ta' Nexia BT, l-istess kumpanija li kienet għenet lill-Ministru Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff Keith Schembri, biex fetħu kumpaniji fil-Panama. L-unika informazzjoni li kienet teżisti dwar din il- kumpanija kienet li twaqqfet fit-12 ta' Frar tal-2016 u li kien beda l-proċess biex tiġi xolta. L-indirizz tagħha kien 30, Triq Santa Marija Ħal Luqa, iżda kuntatt tagħha qatt ma deher imkien. Mas-sit Lovin Malta, Vassallo kien qal li waqqaf din il- kumpanija biex tagħmel xogħol dwar teknoloġija tal-ġenetika iżda għax qatt ma qabdet kien iddeċieda li jxolljiha. ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cioffi IL-VITALS Global Healthchare u l-kumpanija Technoline kienu ħabbru li daħlu fi ftehim flimkien fit-22 ta' Lulju tal-2017, wara li l-VGH kienet rebħet il- konċessjoni għat-tmexxija tat- tliet sptarijiet fis-27 ta' Ġunju tal-2015. Bla esperjenza... Qabel dan iż-żmien ftit kien magħruf dwar din il-kumpanija u mill-ewwel intefa' dubju fuq x'esperjenza kellha fis-settur tas-saħħa, minkejja li wieħed mid-diretturi, Ram Tumuluri, kien assigura li l-kumpanija kellha l-esperjenza meħtieġa. Madanakollu kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat kif Ram Tumuluri, li kien qed jieħu ħsieb l-operat ta' VGH Global Healthcare f 'pajjiżna, ma kellu l-ebda esperjenza fil-qasam tas- saħħa u wisq inqas esperjenza ta' suċċess fin-negozju. Fost oħrajn kienet żvelat kif żewġ kumpaniji li kien imexxi kellhom jiġu xolti, waħda għax ma kinitx konformi mal-liġi u l-oħra għax falliet. F'Mejju tal-2016, Daphne Caruana Galizia kienet allegat ukoll li Tumuluri kellu 'rabtiet mill-qrib ma' uffiċjali għoljin Maltin' u li l-proġett kien inbeda wara li l-eks Kummissarju Ewropew John Dalli kien tela' Dubaj, anke jekk Dalli dejjem ċaħad l-allegazzjonijiet. Sid anonimu... Mhux hekk biss imma lanqas ma kien ċar min hu s-sid tal- kumpanija. Kien sar magħruf biss li Vitals hija proprjetà ta' Oxley Capital PTE Limited (Group), kumpanija rreġistrata f 'Singapore. Din kellha sehem fil-kumpanija Bluestone li kellha lil Mark Edward Pawley u lil Ram Tumuluri bħala diretturi. Din il-kumpanija kienet il- 'holding company' ta' Vitals, jiġifieri kumpanija li tikkontrolla kumpanija oħra, f 'termini ta' politika u amministrazzjoni. L-uniku azzjonist tal- kumpanija Bluestone kien anonimu anke jekk Vitals dejjem saħqet li l-benefiċċjarju huwa Pawley. L-indirizz ta' dan il-benefiċċjarju bla isem kien fil-British Virgin islands. ...iżda kollox jibqa' miexi Minkejja dawn id-dubji kollha, il-ftehim bejn il-Gvern u l-VGH kien iffirmat f 'Marzu tal-2016. Il-ftehim oriġinali kien jorbot lill-kumpanija biex tagħmel investiment ta' €200 miljun f 'sentejn, anke jekk baqa' mhux magħruf x'wettqet il-Vitals, ġaladarba wara biss 21 xahar (jew 30 sena qabel skada l-kuntratt), fil-21 ta' Diċembru 2017 faqqgħet l-aħbar li din biegħet il-konċessjoni tagħha lil Steward Health Care. Paġni suwed u flus ħerġin... Minkejja li 28 paġna mill- kuntratt kienu ġew iċċensurati, il-gazzetta ILLUM kienet żvelat kif minkejja li l-VGH kellha tagħmel dan l-investiment kollu u anke minkejja li t-Technoline kellha kuntratt esklussiv għax-xiri tat-tagħmir mediku, il-Gvern kien baqa' jixtri għall- isptar ta' Għawdex Sorsi kienu spjegaw kif minkejja li f 'partijiet tal-kuntratt hemm iswed fuq l-abjad li huwa l-konċessjonarju li għandu jinvesti fit-tagħmir u f 'teknoloġija ġdida, partijiet oħra ċċensurati jinkludu klawżoli li jgħidu li l-Gvern qabel li jibqa' joħroġ l-ispiża rikorrenti għall-Isptar ta' Għawdex. Qabel li kull sena joħroġ l-ewwel €1.8 miljun u magħhom iżid persentaġġ li jkun ikopri l-inflazzjoni. Fil-fatt, fil-25 ta' Frar 2018, din il-gazzetta kienet analizzat tender maħruġ fit-30 ta' Jannar 2018 għax-xiri ta' apparat mediku għall-Isptar ta' Għawdex biex jintuża fl- operazzjonijiet, fosthom dawk li jsiru bil-proċedura inqas invażiva tal-laparoscopy. Il-VGH, il-misteri li dawruha u xiri tal-apparat mediku It-tmexxija ta' Steward Health Care f 'laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat