Illum previous editions

illum 19 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 | illum SPORTSillum Tottenham Hotspur u AFC Bournemouth fil-quċċata b'punti massimi minn Cristian Antony Muscat TOTTENHAM Hotspur ġewwa darhom għelbu lil Fulham li kellhom wirja ferm qalbiena bl-iskor ta' 3-1. Kien Lucas Moura li fetaħ l-iskor għall-Ispurs fit-43 minuta bis-Serb Aleksandar Mitrovic iġib l-iskor indaqs għal Fulham permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin fit-52 minuta. Madankollu, l-internazzjonali Ingliż Kieran Trippier irdoppja l-iskor għal Tottenham Hotspur fl-74 minuta, waqt li l-captain tat-team nazzjonali Ingliż, Harry Kane, issiġilla r-rebħa permezz tat- tielet gowl għalihom fis-77 minuta. Everton ġewwa darhom f 'Goodison Park għelbu lil Southampton bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ goals għalihom jaslu minn Theo Walcott u Richarlison fil-15 u fil-31 minuta rispettivament. Min-naħa l-oħra Danny Ings naqqas il-marġni tal-iskor għas-Saints fl-54 minuta. Bl-istess skor intemmet il-partita bejn AFC Bournemouth u West Ham United b'tal-ewwel ikunu huma li joħorġu rebbieħa u dan wara li kienu gowl minn taħt hekk kif kien l-attakkant Awstrijakk Marko Arnautovic li fetaħ l-iskor għall- Hammers fit-33 minuta minn penalty. Callum Wilson ġab l-iskor indaqs għal AFC Bournemouth fis-60 minuta qabel ma Steve Cook skorja l-gowl tar-rebħa għalihom sitt minuti biss wara. Leicester City ġewwa darhom fil-King Power Stadium għelbu lil Wolverhampton Wanderers bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn awto-gowl tal-plejer ta' Wolves Matt Doherty fid-29 minuta u James Maddison fil-45 minuta. Ta' nota huwa l-fatt li fis-66 minuta il-Foxes spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom l-attakkant internazzjonali Ingliż Jamie Vardy permezz ta' karta ħamra diretta. Madankollu, il-Foxes, irnexxielhom iżommu l-kmand li kellhom sal-aħħar tal-partita. Intant, Cardiff City u Newcastle United, temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls. Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 18 ta' Awwissu Cardiff City vs Newcastle United 0-0 Everton vs Southampton 2-1 Leicester City vs Wolv. Wanderers 2-0 Tottenham Hotspur vs Fulham 3-1 West H. Utd vs AFC Bournemouth 1-2 FIXTURES Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 14:30 Burnley vs Watford 14:30 Manchester City vs Huddersfield Town 17:00 Brighton & Hove Albion vs Manchester United It-Tnejn 20 ta' Awwissu 21:00 Crystal Palace vs Liverpool Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 18:00 Torino vs Roma 20:30 Bologna vs Spal 20:30 Empoli vs Cagliari 20:30 Parma vs Udinese 20:30 Sassuolo vs Inter It-Tnejn 20 ta' Awwissu 20:30 Atalanta vs Frosinone Harry Kane jiskorja t-tielet gowl li ssiġilla r-rebħa għall-Ispurs Jamie Vardy jitkeċċa għal Leicester City permezz ta' karta ħamra diretta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 August 2018