Illum previous editions

illum 19 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 Fidda għal Hannah Pace fil-Kampjonati Ewropej tal-Triathlon fl-Estonja MALTA għal darb'oħra ħadet post fuq il-podju meta iċ-Ċampion Nazzjonali tat-Triathlon Hannah Pace rebħet medalja tal-Fidda fit- Triathlon, fuq Distanza Standard (1.5km għawm, 40km rota, 10km ġirja). Pace li kienet qeda tikkompeti fil-Grupp ta' Età ta' bejn il-25 u d-29 sena kellha kompetizzjoni iebsa ħafna minħabba li dan il-Grupp ta' Età kien wieħed mill-ikbar wieħed ikkontestat. Miżmumin f 'Tartu l-Estonja, dawn il- Kampjonati huma avveniment li jattira iktar min elf atleta minn madwar l-Ewropa. Minkejja t-temperaturi friski, l-uffiċjali tat- tellieqa ddikjaraw li l-għawm ma kienitx ser tkun bil-wetsuit, minħabba li t-temperatura tal-ilma kienet ta' 22.6 gradi u għalhekk titqies li hija sħuna biżżejjed. Din id-deċiżjoni hija meqjusa bħala żvantaġġ min ħafna atleti, iżda l-abbiltà ta 'Pace li ttellaq f 'kwalunkwe kundizzjonijiet rata tagħti prestazzjoni konsistenti. Pace ħarġet mil-ilma fit- tieni pożizzjoni. Ir-rotta ta' 40 kilometru li fiha kien hemm it-taqsima tar-rota, għalkemm kienet meqjusa bħala rotta ċatta, ir-riħ qawwi li kien hemm f 'diversi partijiet tar-rotta għamluh iktar diffiċli għal-atletli. Il-ġirja ta' 10 kilometri ħadet l-atleti biswit ix-xmara u spiċċat fiċ-ċentru tal-belt. Pace spiċċat it-tellieqa f 'ħin ta' sagħtejn, 7 minuti 53 sekonda. Il- prestazzjoni ta' Pace ratha tiksebi ir-raba post fit- taqsima tan-nisa. Pace mhux wiċċ ġdid fuq il-podju ta'dawn il- kampjonati. Minbarra l-midalja tal-fidda li rebħet illum f 'Tartu, Pace kisbet ġabra sostanzjali ta'midalji mill-ewwel parteċipazzjoni tagħha fl-2013. Minn dakinhar, Pace rebħet tliet midalji tal-bronż (Geneva (Sprint) , Dusseldorf (Sprint), Kitzbuhel (Standard), tnejn Fidda (Liżbona - Sprint u Standard) u Deheb fit- Turkija (Standard). "Għalkemm nippreferi ngħum bil-wetsuit, ma qgħadtx naħseb fuq hekk u tajt dak kollu li stajt sabiex inġib riżultat tajjeb għal Malta. Din is-sena, l-attenzjoni u l-konċentrazzjoni tiegħi kienu prinċipalment fuq tlielaq fuq distanza twila, specjalment minħabba it-tellieqa Ironman li jmiss fil-ġimgħat li ġejjin. Minkejja l-fatt li t-taħriġ għat-tlielaq Standard u Ironman ivarjaw sostanzjalment, jien sodisfatta ħafna bir-riżultat peressli l-kombinazzjoni ta' taħriġ ħadem tajjeb," qalet Hannah Pace. Il-kontinġent Maltai fil-kampjonati Ewropej ġewwa Tartu kien kompost minn Graham Borg, Stefan Borg, Josef Bonavia, Isabelle Caruana, Joseph Cremona, Matthew Dalli, Suzanne Farrugia, Warren Muscat, Hannah Pace, Anjelika Ruggier, Margaret Seguna, Kersten Theuma, Maria Vella- Galea and Lindsey Zammit. Pace hija appoġġjata minn Garmin Malta, Eurosport, Starbene, Team Barry. Pace hija grati għall-assistenza pprovduta mill-Kumitat Olimpiku Malti u l-Federazzjoni Triathlon ta 'Malta. Hannah Pace fl-azzjoni fuq ir-rota fl-Estonja Topspin Table Tennis Academy lura Malta b'iżjed enerġija TOPSPIN Table Tennis Academy għadha kif irritornat f 'Malta wara ġimgħa intensiva f 'wieħed mill-akbar kampijiet ta' taħriġ li qatt ġew organizzati barra minn xtutna. Dan hekk kif l-Akkademja, bil-parteċipazzjoni ta' 18-il student b'etajiet li jvarjaw minn taħt it-tlettax u jibqgħu telgħin sa 28 sena, telgħet Sabadell ġewwa Spanja fejn hemmhekkrebħet iż-żewġ kategoriji li ħadet sehem fihom waqt tournament li ttella' f 'għeluq il-kamp ta' taħriġ. Waqt dan l-istess taħriġ, li ġie organizzat mill-Kowċ Edward Baldacchino u mmexxi minn wieħed mill-aqwa kowċis ta' Spanja, Joan Nogueras Gracia, tnieda l-flokk uffiċjali tal- Akkademja bl-għajnuna ta' Citadel PLC. Matul il-ġimgħa li l-Akkademja damet Sabadell,l-istudenti kellhom l-opportunità li jżuruwkoll CampNou, il-grawnd tat-tim ta' Barċellona. L-Akkademja tixtieq tfakkar li bħalissa għaddejja bi tliet xhur ta' skola sajf, liema attività saret appuntament annwali. Dis-sena, l-iskola sajf għandha s-sehem ta' erba' kowċis, wieħed minnhom inġiebmill-Ukrajna u l-ieħor mill-Portugallproprju għal matul dan iż-żmien. Saħansitra, il-kowċ Portugiż kien anki kowċfl-Olimpjadi tal-2012 li ttellgħu ġewwa Londra. Bħalissa,TopspsinTable Tennis Academy qed tipprepara għall-kalendarju l-ġdid tal-Malta Table Tennis Association hekk kif f 'Settembru li ġej jerġa' jiftaħ l-istaġun tal-logħob. Għal iktar tagħrif dwar l-Akkademja u l-attivitajiet marbutin magħha, wieħed jista' jċempel lill-Kowċ Edward Baldacchino fuq 99470278 jew inkella jżur is-sit, il-paġna tal- Facebook jew Instagram. Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu jmur għal Lara Michelle Camilleri u Matthew Micallef. Membri ta' Topsin Table Tennis Academy f'Sabadell fi Spanja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 August 2018