Illum previous editions

illum 19 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet F'DAWN l-aħħar ġranet, bħal fl-aħħar ġimgħat reġgħet qamet il-kwistjoni tal-immigranti u kull darba li tqum din il-kwistjoni ħafna persuni fuq il-midja soċjali jinsistu illi kulħadd dieħel u ħiereġ pajjiżna mingħajr ebda forma ta' kontrolli. Imma dan minnu? Veru li kulħadd dieħel u ħiereġ pajjiżna mingħajr ebda skrutinju qabel jingħata l-permess tax-xogħol? L-ILLUM tkellmet ma' Clyde Caruana li jmexxi l-Aġenzija Jobsplus u li iktar kmieni din is-sena ħabbret illi se tkun qed 'timporta' madwar 30,000 ħaddiem barrani, minn pajjiżi terzi (barra l-Unjoni Ewropea) sabiex jimlew postijiet tax-xogħol li m'hawnx biżżejjed ħaddiema biex jimlewhom. Imma allura l-Jobs Plus se taqbad 30,000 persuna barranija u ġġibhom pajjiżna mingħajr ebda skrutinju? 'Aħna ma nimportawx ħaddiema...' Caruana huwa ħerqan biex jiċċara illi l-Jobsplus mhi se 'timporta' ebda ħaddiema minn barra. "Aħna la ġibna u lanqas qatt nistgħu nġibu ħaddiema barranin. Li tagħmel JobsPlus huwa tiffaċilita l-proċess illi permezz tiegħu jiġu l-ħaddiema." Caruana sostna illi Jobsplus titkellem ma' aġenziji simili fil-pajjiżi minn fejn ikunu ġejjin il-ħaddiema, biex minn hemm tieħu stampa ta' x'tip ta' ħaddiema hemm li qed ifittxu x-xogħol. B'hekk JobsPlus ikollha stampa ta' liema tip ta' impjieg hemm domanda qawwija għalih f 'dak il-pajjiż, liema domanda mhux qed tintlaħaq minħabba nuqqas ta' xogħol u kemm hemm ħaddiema li lesti jagħmlu dak ix-xogħol. Minn hemmhekk imbagħad Jobsplus tkellem lill-impjegaturi Maltin u tinfurmahom dwar kemm huma l-ħaddiema disponibbli u f 'liema settur. 'Il-Pulizija jagħmlu l-iskrutinju... mhux Jobs Plus' Caruana spjega pass, pass kif inhu l-proċess illi bih persuna barranija minn pajjiż barra l-UE ssib xogħol f 'pajjiżna. Qabel iżda fakkar li, "hawn qed nitkellmu dwar ħaddiema minn pajjiżi terzi, mhux mill- Unjoni Ewropea għax dawn għandhom kull dritt li jiġu pajjiżna u jaħdmu hawn mingħajr ma jgħaddu mill- ebda proċess ta' skrutinju." Jispjega mbagħad illi, kuntrarjament għall-perċezzjoni, kull ħaddiem jgħaddi minn proċess rigoruż bl- applikazzjoni tiegħu tidher quddiem tliet entitajiet; Identity Malta, Jobsplus u l-Pulizija. Caruana jispjega kif Identity Malta tgħaddi l-applikazzzjoni għand Jobsplus u l-Pulzija. Min- naħa tagħha l-aġenzija tara jekk hix ġustifikata t-talba tal-impjegatur għall-ħaddiema barranin, jiġifieri jaraw (fost oħrajn) jekk kienx hemm attentati oħrajn biex jimpjega Maltin u jekk iva għalfejn dawk l-attentati fallew. U ġieli kien hemm sitwazzjonijiet fejn il- JobsPlus ħasset li t-talba tal-impjegatur ma kinitx ġustifikata? Caruana jwieġeb fil-pożittiv u jgħid illi madwar 5% tal-applikazzjonijiet mill-impjegaturi ma jkunux aċċettati. Mal-ILLUM Caruana jiżvela illi kull sena pajjiżna jkollu medja ta' 2,000 ħaddiem barrani minn pajjiżi barra l-UE li japplikaw biex isibu impjieg f 'pajjiżna. Dan allura jfisser illi mal-100 applikazzjoni jiġu miċħuda kull sena. Caruana ċċara illi minkejja kull idea l-kontra, biex ħaddiem minn barra l-UE jiġi jaħdem Malta hemm proċess rigoruż li jdum bejn sitt u tmien ġimgħat. "Tant hu rigoruż li ħafna drabi l-impjegaturi jgergru li l-proċess jieħu wisq żmien." Intant l-applikazzjoni tgħaddi mingħand Jobsplus għal għand l-Ambaxxata minn fejn tkun ippubblikata l-Visa meħtieġa biex il- persuna taħdem f 'pajjiżna. Caruana jisħaq illi huwa xogħol il-Pulizija li permezz tal-kuntatti tagħha tevalwa l-kondotta tal-persuna li qed tapplika, għalkemm qal ukoll li kien hemm ċirkostanzi fejn il-proċess kollu jitwaqqaf mill-Ambaxxata minħabba raġunijiet diversi, fosthom ta' sigurtà. Huwa temm ifakkar lil din il- gazzetta illi huwa importanti li kull diskussjoni dwar ħaddiema barranin f 'pajjiżna issir f 'kuntest illi madwar 70% minnhom ġejjin minn pajjiż fl-UE u allura għandhom kull dritt jgħixu u jaħdmu f 'pajjiżna. U dawk li jidħlu pajjiżna illegalment? Għal mument qasir Caruana jagħmel referenza għall- immigranti li din il-ġimgħa ħafna tkellmu dwarhom, dawk l-immigranti li nstabu f 'razzett. Caruana jfakkar illi dawn ma jistgħux jaħdmu Malta u jekk kellhom impjieg dan kien illegali. Huwa jfakkar illi ladarba dawn ingħataw l-ażil mill- Italja, għalkemm kellhom dritt ikunu Malta, ma kellhomx dritt jaħdmu hawn.Għandhom biss dritt jaħdmu l-Italja. Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 | illum Hawn qed nitkellmu dwar ħaddiema minn pajjiżi terzi, mhux mill-Unjoni Ewropea għax dawn għandhom kull dritt li jiġu pajjiżna u jaħdmu hawn mingħajr ma jgħaddu mill-ebda proċess ta' skrutinju agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Medja ta' 2,000 ħaddiem barrani fis-sena – JobsPlus Ħafna jinsistu li pajjiżna tilef il-kontroll ta' min dieħel u ħiereġ. Imma Clyde Caruana jfakkar li dawk minn pajjiż barra l-UE jgħaddu minn għarbiel rigoruż. L-ILLUM tirrapporta...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 August 2018