Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516
illum | Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 Aħbarijiet ILBIERAĦ, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħazagħ (KNŻ) nieda l-kampanja tiegħu fuq is-saħħa mentali, permezz tal-proġett "A holistic approach towards mental health". Dan huwa proġett ta' seba' xhur, li se jseħħ grazzi għall- fondi Ewropej Erasmus+. Dal-proġett se jinqasam f 'sitt avvenimenti differenti, wieħed kull xahar, fejn se jkopru diversi setturi bħax- xogħol, servizzi tas-saħħa u edukazzjoni u kif dawn is-setturi huma reletati mas- saħħa mentali. Apparti minn hekk il- Kunsill beda wkoll stħarriġ li ġie mqassam maż-żgħażagħ ta' bejn il-11 sena u t-30 sena permezz ta' Facebook. "S'issa l-Kunsill kellu 450 persuna li wieġbet u qed jidher evidenti li hawn nuqqas ta' għarfien fuq is- saħħa mentali specjalment fil-qasam tal-edukazzjoni li suppost huwa l-qofol biex niġġieldu l-istigma li għadha tippersisti fis-soċjetà tagħna," sostniet Pamela Cann Rogers, Segretarju Internazzjonali tal-KNŻ. "Apparti minn hekk se nkunu qed nitkellmu fuq il-qasam tax-xogħol, fejn in-nies li jbatu minn mard invisibbli bħal dak mentali qed jiġu diskriminati. Infatti mill-istħarriġ deher ċar li ħafna miż-żgħażagħ ma jafux fuq drittijiet li jeżistu għal dawk li jbatu minn mard mentali." "Dawn it-temi kollha se jkunu diskussi fid-dettall matul ix-xhur li ġejjin, fejn iż-żgħażagħ se jkunu anki mogħtija l-opportunità li jissuġerixxu bidliet fis- sistema biex intejbuha għall- aħjar," kopliet Pamela Cann Rodgers. Min-naħa tiegħu, il- President tal-KNŻ Michael Piccinino sostna illi bħala KNŻ raw illi hemm bżonn ta' ħidma fost iż-żgħażagħ fejn tidħol is-saħħa mentali, "u rajna li ħafna żgħażagħ ma jafux bis-servizzi li hemm offruti f 'dan ir-rigward, eżempju mhux iż-żgħażagħ kollha jafu bis-servizzi ta' councillors fl-iskejjel u inqas nies jafu x'inhuma d-drittijiet tagħhom fejn tidħol saħħa mentali fuq il-postijiet tax-xogħol," sostna Piccicnino. Huwa qal li dan l-istħarriġ sar ukoll sabiex il-KNŻ tara x'riformi hemm bżonn sabiex jitjieb is-servizz fejn tidħol is- saħħa mentali u ż-żgħażagħ." Il-KNŻ tniedi kampanja fuq is-saħħa mentali Stħarriġ mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) juri illi ħafna lanqas biss huma infurmati dwar servizzi offruti u l-effetti tas-saħħa mentali...