Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516
Sports 29 Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 | illum William Hili jikseb it-tieni rebħa tal-Elite u tasal it-tielet rebħa għal Marie Claire Aquilina IL-KAMPJONAT tat- Time Trial organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu ġie fi tmiem tiegħu is-Sibt li għadda 11 ta' Awwissu 2018 bit- tielet u l-aħħar tellieqa fil-limiti tal-Mizieb. Fil-kategorija Elite, William Hili ta' Mosta AF Sign Studio CC rebaħ it-tiġrija ta' kontra l-ħin fuq distanza ta' kilometru f 'ħin ta' 02:24.82. 03.50 sekondi warajh spiċċa l-Għawdxi Brandon Sultana ta' Gozo C.C. li kellu tiġrija ferm impressjonati. Alexander Pettett ta' Pro Action - Volata CT spiċċa t-tielet f 'ħin ta' 02:33.10. Marie Claire Aquilina tat-Team Greens għal darb'oħra spiċċat l-ewwel fil-kategorija tan-Nisa meta daħlet f 'ħin ta' 02:58.94, vantaġġ rispettiv ta' 1:44.34 u 2:06.97 fuq Marion Pullicino ta' Mosta AF Sign Studio CC u Michelle Vella Wood tat- Team Greens. Isaac Spiteri ta' The Cyclist għal darb'oħra reġa rebaħ it-tigrija tal- kategorija tal-Juniors meta spiċċa fuq quddiem f 'ħin ta' 02:45.63, vantaġġ ta' 0:20.41 fuqGianluca Camilleri ta' Birkirkara St. Joseph SC. Il-kategorija Masters 40+ intrebħet minn Ivan Zammit ta' Birkirkara St. Joseph SC meta spiċċat l-ewwel f 'ħin ta' 02:38.05. It-tieni u t-tielet post spiċċawrispettivament Malcolm Cachia ta' The Cyclist (02:38.62) u Alan Piscopo ta' Mosta AF Sign Studio CC (02:59.08). Il-kategorija Masters 50+ ġiet mirbuħa minn Steve Mifsud ta' Mosta AF Sign Studio CC f 'ħin ta' 03:19.38. Il-kategorija Under-16 ġiet mirbuħa għal darb'oħra minn Sean Enriquez tal-Mosta AF Sign Studio CC Micallef f 'ħin ta' 02:52.40, vantaġġ żgħir ta' 0:01.21 fuq id- debuttant Għawdxi Darren Sultana ta' Gozo CC. Malcolm Vassallo ta' Mosta AF Sign Studio CC daħal it-tielet f 'ħin ta' 02:56.00. Il-kategorija tal- Under-14 Tfajliet reġgħet inrebħet minn Christina Spiteri ta' The Cyclist li spiċċat quddiem f 'ħin ta' 03:36.13, vantaġġ ta' 0:14.13 fuq Justine De Giorgio ta' Mosta AF Sign Studio CC. Matthew Galea Pirotta ta' Mosta AF Sign Studio CC rebaħ it-tielet tiġrija tiegħu fil-kategorija tal- Under-14 Subien f 'ħin ta' 03:11.36. Warajh daħlu rispettivament Tristan Aquilina ta' Mosta AF Sign Studio CC (03:32.90) u Luca Vella ta' B'Kara St.Joseph SC (03:43.04). Il-kategorija tal- Under-12 Subien reġgħet inrebħet minn Miguel Galea tat-Team Greens f 'ħin ta' 03:26.49. Warajh daħlu żewġ ċiklisti oħra ta' Mosta AF Sign Studio CC, Jonas Micallef u Adam Camilleri b'ħinijiet rispettivi ta' 04:20.15 u 06:19.24. IL-MALTA Mountain Bike Assocation reċentement organizzat Kids Bike Ride bħala parti min numru ta' tentattivi sabiex jattiraw iktar nies, speċjalment atletli żgħar lejn l-isport. L-iniżjattiva bdiet u spiċċat ġewwa il-Bidnija u kienet miftuħa għat-tfal u żgħażagħ ta' bejn 10 snin u 16 il-sena. Ir-rotta kienet tikkonsisti f 'dawra offroad, mhux teknika, ta' 13-il kilometru. Matul ir-rotta, it-tfal kienu akkumpanjati minn diversi ċiklisti ta' esperjenza li l-preżenza tagħhom iffaċilitat is-sigurtà. Minkejja l-umdità u s-sħana, dawk kollha li ħadu sehem urew is-sodisfazzjon tal-parteċipazzjoni tagħħhom f 'din l-esperjenza. "Konna ferm sodisfatti bil-parteċipazzjoni u l-entużjażmu ta' dawn iċ-ċiklisti żgħar. Dan l-avveniment kien mod tajjeb ħafna biex jintroduċu t-tfal lejn dan l-isport f 'ambjent sigur. Il-laqgħa li kellhom miċ-ċiklisti ta' iktar esperjenza żgur għenet biex tikkontribwixxi għal esperjenza posittiva ", spjega Pierre Zammit Endrich, President tal-Malta Mountain Bike Association. "Nittamaw, li din l-iniżjattiva tkun bidu ta' iktar interess u parteċipazzjoni minn dawn iż-żgħażagħ f 'dan l-isport" Fl-aħħar tar-rotta, dawk kollha li ħadu seħem ingħataw goody bag li ġie mogħti bl-għajnuna ta'Pash - The Healthy Option, Enervit Malta, Jardinland u AF Sign Studio. Għal iktar informazzjoni żuru il-websajt tal- assoċjazzjoni - http://www. maltamountainbike.org.mt/ jew il-paġna ta' Facebook tagħha. Marie Claire Aquilina u William Hili Il-Malta Mountain Bike Association b'inżjattiva għaż-żgħażagħ Il-parteċipanti kollha li ħadu sehem fil-Kids Bike Ride