Illum previous editions

illum 19 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 | illum Aħbarijiet li jitrattaw u meta hu l-aħjar perjodu li wieħed jirrikorri għat-trattament. Micallef twieġeb li huma jitrattaw nies ta' kull età, minn trabi sa anzjani. Persuna għandha tirrikorri għall-għajnuna minnufih meta tiġi osservata xi tip ta' diffikultà. Dan sabiex, it-trattament ikun jista' jingħata minn stadju bikri. Il-klijenti jistgħu mal- ewwel jirrikorru għand patoloġista tal-lingwa mitkellma mingħajr ebda referenza ta' tabib. La darba każijiet ma jkunux jaqgħu taħt dan is-settur, issir referenza għand professjonisti speċjalizzati. X'inhu l-għan tal- patoloġisti tal-lingwa mitkellma? Meta nisimgħu bit-titlu ta' dan is-servizz wieħed jista' jissaponi li din it-tip ta' terapija tgħin fil-lingwa mitkellma u fil-komunikazzjoni, iżda mhux biss. Fil-fatt l-għan ta' dawn il-patoloġisti hu li jassessjaw u jidentifikaw id-diffikultajiet li wieħed jista' jkollu biex jikkomunika u jibla' l-ikel. Wara li jiġu identifikati d-diffikultajiet, jiġu ddisinjati u implimentati programmi ta' intervenzjoni li jkunu bbażżati fuq evidenza. Dan kollu, iżid l-abiltà fil-komunikazzjoni ta' min ikun qed jagħmel użu minn dan is-servizz. Riżultati pożittivi jiġu miksuba billi jsir assesjar tal-kommunikazzjoni u l-abiltà ta' kif il-pazjent jiekol u jibla' l-ikel. Wara li ssir id-dijanjosi, tibda t-terapija b'mod individwali jew fi grupp. Isir intervent indirett bir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa lill-pazjent, bl- għajnuna tal-patoloġisti u l-membri tal-familja li wkoll għandhom sehem importanti fit-terapija. Iż-żieda fl- għarfien issarraf f 'ammont akbar ta' żjarat… Hekk kif huwa stmat li l-patoloġisti jkollhom madwar 70 elf żjara fis-sena, Micallef tgħid li din iż-żieda kienet bis-saħħa ta' aktar għarfien. Dan il-fattur iħalli effett pożittiv kemm fuq il- patoloġisti iżda wisq aktar fuq il-klijenti. Dan hekk kif aktar kemm persuna tirrikorri kmieni għall- għajnuna, il-probabbiltà ta' progress tkun iktar għolja u t-trattament jieħu inqas fit-tul. Micallef żiedet tgħid li jorganizzaw 'workshops' għall-ġenituri u anke professjonisti fejn jingħataw noti u saħansitra ċertifikat tal-attendenza. Ġenituri u individwi li huma mħajra jattendu dawn il-'workshops' jistgħu jidħlu fuq is-sit http://www. deputyprimeminister.gov. mt/ għal aktar tgħarif. Ir-rata ta' suċċessi ta' każijiet… Is-suċċess jiddependi mis- serjetà tal-każ u l-appoġġ mill-familja jew carers. Meta l-klijenti joħorġu mill-klinika għandhom jipprattikaw dak li jkunu ġew mgħallma waqt is- sessjonijiet sabiex it- trattament ikun wieħed iktar effiċċjenti u effettiv. Micallef tgħid li kull klijent ikollu xi tip ta' suċċess iżda l-effiċċjenza tiddependi minn diversi fatturi fosthom: id- determinazzjoni u l-motivazzjoni tal-klijent. Micallef iżżid, li meta l-familjari jimxu id f 'id mal-patoloġisti, il-progress ikun wieħed evidenti. Micallef irrakkontat magħna, każ partikolari li taha sodisfazzjon kbir. Tispjega kif kienet tara klijent sa minn età żgħira li kellu diffikultà fil-kommunikazzjoni. Minħabba bullying fl- iskola t-triq tat-trattament kienet waħda itwal. Dan il-klijent għamel progress kbir u llum il-ġurnata kiseb suċċessi kbar fl-istudji tiegħu. Il-logħob fit-tfal jgħin fil- kommunikazzjoni… "Kulma nagħmlu biex ngħallmu lit-tfal, nagħmluh permezz tal-logħob, inkella kif se tasal timmotivahom?". Micallef tispjega kif il-logħob jiżviluppa l-abbiltajiet konjittivi. It-tfal jużaw l-immaginazzjoni u l-kreattività waqt li jkunu qed jilagħbu, li eventwalment, qed jgħinu fil-lingwa. Micallef iżżid tgħid li l-lingwa hi sistema ta' simboli. Dan hekk kif meta t-tfal jitgħallmu ħoss ta' oġġett jew annimal, ikunu jistgħu jassoċċjaw mal-kelma u joħolqu storja. Tappella li dan it-tip ta' logħob b'materjali tanġibli għandu jibqa' biex it-tfal jiġu mgħejuna fl-aspetti simboliċi. Għalkemm apparat elettroniku bħal 'tablets' jistgħu jgħinu fl-edukazzjoni tat- tfal dan jista' jkun qed inaqqas l-aspett kreattiv u immaġinarju. Id-dipartiment tal- patoloġija tal-lingwa mitkellma f 'Malta, ingħata ċ-ċertifikat tal-'ISO' Bis-saħħa ta' żvilupp fil- proċeduri u konsistenza fis-servizz fil-patoloġija tal- lingwa mitkellma f 'Malta, issa huma l-ewwel fil-qasam tal-kura primarja li kisbu iċ-ċertifikat 'ISO'. Dan iċ- ċertifikat internazzjonali, japprova li l-istandards tal-organizzazzjoni huma milħuqa. Minn investimenti ta' taħriġ għall-pubbliku u anke professjonisti, u anke żieda fis-servizzi offruti li huma iżjed aċċessibli, issa l-patoloġija tal-lingwa mitkellma saret ċentru ta' eċċellenza. Dr Micallef issostni li l-ħidma tagħhom se tkompli minkejja s-suċċessi li kisbu. Dawn il-punti jgħinuk tagħraf meta għandek tfittex l-għajnuna: • Jekk it-tifel/tifla mhux qed juża kliem minn età żgħira • Jekk it-tifel/tifla ma jurix li qed jifhem vokabularju sempliċi minn età żgħira • Jekk hu diffiċli li tifhem lit-tifel/tifla • Jekk it-tifel/tifla juża grammatika ħażina kontinwament • Jekk persuna mhix qed tifhem jew tisma' lil ħaddieħor sewwa • Jekk tifel/tifla jew adult għandu diffikulta' biex jiekol u jibla' l-ikel • Jekk tifel/tifla jew adult għandu diffikultà biex jaqra u jikteb b'ortografija tajba • Jekk persuna titkellem b'varjazzjoni mhix normali fit-ton u l-volum tal-vuċi Jekk tinnota waħda jew uħud minn dawn id- diffikultajiet, għandek tfittex l-għajnuna billi żżur l-eqreb klinika jew iċċempel fuq 21230822. mitkellma...l-ewwel fis-saħħa primarja Dr Rita Micallef Is-suċċess jiddependi mis-serjetà tal-każ u l-appoġġ mill- familja jew carers. Meta l-klijenti joħorġu mill- klinika għandhom jipprattikaw dak li jkunu ġew mgħallma waqt is-sessjonijiet

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 August 2018