Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516
Sports 30 illum | Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? L-isport dejjem kien importanti għalija. Twelidt u għext parti minn tfuliti l-Kanada, fejn sports oħra bħall-baseball u ice-hockey kienu aktar popolari. Kont aktar inklinat lejn dawn l-isports, imma missieri dejjem kien iffissat fuq il-futbol, u bdejt nilgħab il-futbol ta' età żgħira. Meta ġejna Malta, kelli l-kuġini diġà jilagħbu man-nursery ta' Ħaż-Żebbuġ, u ddeċidejt li nibda nilgħab hemm jien ukoll. Għamilt il-karriera tiegħi bħala plejer kważi kollha hemm. Saħansitra, bdejt l-ewwel esperjenza tal-kowċing hemmhekk ukoll. X'fissret għalik personali kif ukoll għal Swieqi United bħala tim din il-promozzjoni storika? Din il-promozzjoni hija ħolma li saret realtà. Is-suċċess ta' din is-sena, huwa frott tax-xogħol u ppjanar li beda tliet snin ilu. Hija aktar sodisfaċenti għax kellna pjan mill- bidu, u avolja kien hemm mumenti fejn tibda tiddubita, bqajna nemmnu f 'xulxin, bqajna naħdmu id f 'id u rnexxielna niksbu pass importanti. Kif ippreparajt il-partita tal- play-off deċisiva li wasslet għal din il-promozzjoni kontra Żabbar SP? Ikolli ngħid li l-plejers imxew eżattament fuq l-istruzzjonijet tiegħek għax kelhom partita mill- aqwa u għelbu l-isfida taż-Żabbarin bl-iskor konvinċenti ta' 3-0. L-ewwel ħaġa li kellna nieħdu ħsieb kien il-moral tal-plejers. Wara t-telfa kontra Marsaxlokk, il-moral kien baxx u kien hemm bżonn li nibnu ambjent pożittiv. Bħalma nagħmlu għal kull logħba, studjajna lil Ħaż-Żabbar, rajna fejn kienu b'saħħithom, u fejn stajna nieħdu vantaġġ minn xi dgħjufijiet, kemm individwali u kemm bħala tim. Minn hemm fassalna t-training sessions. Il-plejers kienu eċċellenti fil-logħba, kif kienu matul l-istaġun. Għandna grupp ta' zgħażagħ li lesti jisimgħu u jitgħallmu, li tagħmel xogħolna bħala kowċis ħafna eħfef u ħafna aktar sodisfaċenti. Iddominajtu l-Kampjonat tat- Tieni Diviżjoni għal żmien twil fejn saħansitra kontu fl-ewwel post għal ġimgħat twal. Madankollu, fl-aħħar partita kontra Marsaxlokk inkredibbilment tliftu bl-iskor ta' 3-1. Wara din il-partita, kenm bżajt li din il-promozzjoni setgħet tabilħaqq taħarbilkom minn idejkom? Ma ngħidx li ddominajna l-Kampjonat. Kien kampjonat sabiħ ħafna, b'ħafna riżultati sorpriżi matul l-istaġun. Sa l-aħħar tliet logħbiet kien hemm sitt timijiet li kienu biċ-ċans li jitilgħu. Inkun qed nigdeb jekk ngħid li ma konniex ddiżapuntati li tlifna l-ewwel post fl-aħħar ftit logħob, imma dejjem emmint f 'dan il-grupp. Ovjament tinkwieta li x-xogħol kollu seta' jintilef fuq logħba waħda. Kienet importanti li nżommu pożittivi, nibqgħu nemmnu fix-xogħol tagħna, u nuru fiduċja fil-plejers. Fl-aħħar mill-aħħar il-plejers urew li konna kapaċi, u li kien ħaqqna nieħdu l-promozzjoni. X'taħseb li kien is-sigriet li wassal għal dan is-suċċess? Mhux sigiret. M'hemmx formula speċjali. Is-suċċess wasal minħabba x-xogħol siewi li għamel kull min kien involut - mill-President u l-Kumitat, il-kowċis u staff ieħor u speċjalment il-plejers. Is-suċċess ma wasalx fil-play-off ma' Żabbar; is-suċċess beda disa' snin ilu, meta l-klabb twaqqaf. Kien hemm pjanar fil-fond, paċenzja biex l-affarijiet isiru sew u mhux ifittxu s-suċċess immedjat. B'hekk aħna il- kowċis nistgħu naħsbu fit-tul. Meta bdejt jien ma' Swieqi United – tliet snin ilu, fassalna pjan li fi żmien 3 sa 5 snin ikollna tim mibni bi plejers tagħna, biex niġġieldu għall- promozzjoni. Bdejna nfittxu plejers żgħażagħ li jippromettu, minflok plejers stabbiliti. Ħafna minn dawn il-plejers, issa ilhom magħna bejn sentejn u tliet snin, fejn issa draw is- sistema ta' kif naħdmu u qed iħaddnu l-filosofija tal-klabb. Ovvjament, ma jistax ikollok is- suċċess jekk ma jkunx hemm l-għaqda – speċjalment bejn il-plejers. L-għaqda li hemm fiż-żewg skwadri (minors u kbar) hija r-raġuni prinċipali li kellna s-suċċess fuq iż-żewġ fronti. Il-plejers mhumiex biss kollegi, imma saru ħbieb kbar, li fl-opinjoni tiegħi tagħmel ħafna differenza meta jiġu l-logħob diffiċli. Taħseb li dan it-tim huwa b'saħħtu biżżejjed biex issa jżomm postu fl- Ewwel Diviżjoni jew hemm bżonn ta' xi rtokki? Iva, nemmen li dan it-tim kapaċi jżomm postu. Għandna ħafna plejers żgħar li se jkomplu jitjiebu. Għandna wkoll 'minors' li telgħin li huma ta' kwalità għolja, li lesti jiġġieldu għal posthom. Barra min hekk, lgħabna kontra timijiet mill-Ewwel Diviżjoni matul l-istaġun, fejn kellna prestazzjonijiet tajbin ħafna, fejn il- plejers urew li huma kapaċi jilagħbu kontra timijiet li huma kkwotati iktar minna. Ovvjament bħal kull staġun se jkun hemm xi rtokki żgħar, imma l-ħsieb hu li l-qofol ta' dan it-tim se jibqa' hawn. X'kollaborazzjoni u għajnuna ssib mill-kumitat ferm organizzat ta' Swieqi United? Il-kumitat jagħmel dak kollu possibli biex aħna l-kowċis kemm jista' jkun niffokaw fuq il-parti teknika. Personalment dejjem sibthom meta kelli bżonn. Is-setup tal-klabb huwa professjonali ħafna, u dan huwa biss possibli minħabba ix-xogħol kontinwu ta dawn in-nies li għandhom għal qalbhom il-klabb. 'Din il-promozzjoni għal Swieqi ħolma li saret realtà' Cristian Antony Muscat Rodney Bugeja - kowċ ta' Swieqi United li flimkien ma' oħrajn kien wieħed mill-imħuħ ewlenin biex wassal lil dan it-tim minn lokalità żgħira iżda b'qalb tassew kbira għas-suċċess uniku li jikseb il- promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni. "Is-suċċess wasal minħabba x-xogħol siewi li għamel kull min kien involut - mill-President u l-Kumitat, il-kowċis u staff ieħor u speċjalment il-plejers. Is-suċċess ma wasalx fil-play-off ma' Żabbar; is-suċċess beda disa' snin ilu, meta l-klabb twaqqaf. Kien hemm pjanar fil-fond, paċenzja biex l-affarijiet isiru sew u mhux ifittxu s-suċċess immedjat. B'hekk aħna l-kowċis nistgħu naħsbu fit-tul." "Ma jistax ikollok is-suċċess jekk ma jkunx hemm l-għaqda – speċjalment bejn il-plejers. L-għaqda li hemm fiż-żewġ skwadri (minors u kbar) hija r-raġuni prinċipali li kellna s-suċċess fuq iż-żewġ fronti. Il-plejers mhumiex biss kollegi, imma saru ħbieb kbar, li fl-opinjoni tiegħi tagħmel ħafna differenza meta jasal il-logħob diffiċli."