Illum previous editions

illum 19 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 Minn Yendrick Cioffi ISSINDKU tal-Għarb, David Apap Agius, qal li s-sidien tal-farmhouses għandhom jibdew jikkontribwixxu u jagħtu xi ħaġa lura lill-komunità, l-istess kif jagħmlu s-sidien ta' ħwienet u anke ta' lukandi. Huwa qal dan mal-gazzetta ILLUM li tkellmet miegħu u anke mas-Sindku ta' San Lawrenz, Noel Formosa wara li rċeviet diversi lmenti minn għadd ta' residenti Għawdxin dwar l-istorbju li qed ikollhom jiffaċjaw kontinwament minn persuni li jkunu qed joqogħdu fil-farmhouses li aktar ma jmur aktar qed isiru popolari fil-gżira Għawdxija. Iż-żewġ sindki ma qagħdux jomogħdu l-kliem u insistew li din hija problema li qed ikollhom jiffaċċjaw ir-residenti Għawdxin ta' kuljum u mhux fis-sajf biss. Kien għalhekk li t-tnejn li huma insistew li s-sidien tal-farmhouses għandhom ikunu aktar responsabbli tan-nies li jkollhom u saħqu dwar il-bżonn li l-kunsilli jingħataw aktar saħħa biex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni huma stess. "Bħalissa ftit li xejn nistgħu nagħmlu ħlief li nilmentaw u nqajmu kuxjenza,' saħqu ż-żewġ sindki. "Ġieli kelli nċempel il-Pulizija u mhux l-ewwel darba li mort jien stess inħabbat il- bibien biex jieqaf l-istorbju, bil-biża' li naqla' xi daqqa ta' ponn," qal is-Sindku tal-Għarb. 'Ma għandniex l-infrastruttura biex inlaħħqu mal-kummerċ kollu' Apap Agius kompla jinsisti li l-problema li qed tinħoloq fl-irħula żgħar Għawdxin ma tikkonċernax biss l-istorbju iżda anke l-pressjoni li qed tinħoloq fuq l-iskart u l-parkeġġ. Spjega kif fl-Għarb biss, raħal li għandu popolazzjoni ta' 1,266 ruħ, hemm 45 B&B (lukandi żgħar) li qed ikunu mimlija mhux fil-ġranet tas-sajf biss iżda s-sena kollha. Filwaqt li saħaq li dan jawgura tajjeb għall-ekonomija Għawdxija, għax fi kliemu fl-aħħar sitt snin it-turiżmu ħa spinta kbira 'l quddiem, insista li l-irħula Għawdxin ma għandhomx l-infrastruttura biżżejjed bex ilaħħqu mal-kummerċ kollu li qed jinħoloq. Il-Kunsill Lokali saħansitra jikkalkula li minħabba żviluppi u anke għax ħafna minn dawk li jikru jkollhom il- karozzi, l-Għarb spiċċa b'250 parkeġġ inqas milli jirrikjedi. 'Aktar iħarsu l-interessi tas- sidien milli tar-residenti' Kien hawn li s-Sindku tal-Għarb saħaq li s-sidien tal-farmhouses għandhom huma wkoll jintalbu jikkontribwixxu u jħallsu kif jagħmlu s-sidien ta' lukandi u negozji oħra biex jagħmlu tajjeb għall-pressjoni li tinħoloq u l-parkeġġ li jnaqqsu. Fil-fatt teżisti dik li tissejjaħħ il- Commuted Parking Payment Scheme fejn meta żvilupp ikun se jnaqqas il-parkeġġ jew inkella ma jkunx se jipprovdi biżżejjed parkeġġ skont il-kobor tiegħu, is-sid jintalab iħallas 'multa' liema multa tmur għand il-Kunsill Lokali biex tintuża għal xogħlijiet fil-komunità, l-aktar fejn jidħol l-ambjent. "Is-sidien qed jaqilgħu l-flus għad- dettriment tar-residenti," saħaq is- Sindku. "Għandhom jintalbu jħallsu huma wkoll." Kien hawn li kkritika wkoll lill- awtoritajiet responsabbli, fosthom l-Assoċjazzjoni għat-Turiżmu f 'Għawdex li fi kliemu "tħares aktar l-interessi tas-sidien milli tal- lokalitajiet." 'Bżonn li jiġu aġġornati l-liġijiet' Żewġ sindki Għawdxin iridu aktar • Residenti Għawdxin jilmentaw mal-ILLUM dwar l-istorbju mill-farmhouses • Sindki jitkellmu dwar il-pressjoni li qed tinħoloq fl -irħula ż-żgħar • L-abbozz ta' Liġi kontra t-tniġġis mill-istorbju għadu qed jinħadem Is-sidien qed jaqilgħu l-flus għad-dettriment tar-residenti... għandhom jintalbu jħallsu huma wkoll David Apap Agius

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 August 2018