Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516
10 illum | Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 Aħbarijiet DIN il-gazzetta qed tagħti ħarsa lejn l-aħħar 20 sena tal-Partit Laburista, 20 sena illi fihom kien hemm quċċati, imma kien hemm ukoll weġgħat, telf u umiljazzjonijiet. Din l-analiżi qed issir biex wieħed jiftakar il-kuntest ta' dak li bħalissa jista' jitqies bħala l-perjodu illi fih il-Partit Laburista jinsab fl- aħjar post li qatt kien mill- 1998. Is-sitwazzjoni li fiha jinsab il-Partit Laburista llum hija fil-fatt frott dirett tal-passat politiku riċenti. Il-ġimgħa l-oħra l-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn l-ewwel 10 snin (1998-2008), snin illi bdew bil-Partit Laburista jitlef il-Gvern wara l-vot ta' dak li kien u għadu ikona Laburista Dom Mintoff u li spiċċaw b'telfa ċkejkna imma mhux mistennija fl-2008. Wara l-elezzjoni tal-2008 u wara r-riżenja ta' Alfred Sant bdiet tiġrija fil-Partit Laburista, li bħal kull tiġrija oħra tħalli rebbieħ u tellief xi ftit jew wisq imbenġlin. L-aħħar tiġrija kienet bejn George Abela u Joseph Muscat. Kienu mumenti ta' stennija għall-Partit Laburista, bl-indikazzjonijiet jkunu li fil-partit il-favorit kien Muscat, filwaqt li barra l-istrutturi tal-partit l-favorit kien Abela. Ta' min wieħed jiftakar illi minkejja li Muscat illum jinżel tajjeb ma' ħafna switchers u eks votanti Nazzjonalisti, dan ma kienx il-każ fit-tiġrija tal-2008, meta fost dawk il-votanti Nazzjonalisti mhux daqstant akkaniti kien jidher illi Abela kien ir-raġel favorit biex joħroġ lil-Labour mill-fondoq li kien fih. Imma ma kellux ikun. Id-delegati Laburisti għażlu lil Muscat. Bejnu u Abela, Muscat kiseb 435 vot minn 874 vot validu, filwaqt li Abela kiseb 200 vot. Il-kandidati l-oħrajn ġabu dan ir-riżultat; Michael Falzon (illum Ministru fil-Kabinett ta' Muscat) 181 vot. Evarist Bartolo (illum Ministru fil-Kabinett ta' Muscat) 32 vot u Marie Louise Coleiro Preca (illum President tar-Repubblika) 26 vot. Ħobbuha lil Michelle...f 'kull rokna tal-pajjiż L-ewwel diskors ta' Muscat kien mimli teatralità. Mill- "ħobbu lil Michelle għax tħobbkom" sal-kant tal- innu Malti filwaqt li beda jħares 'il fuq u jżomm idejh ma' sidru. Iżda kien hemm messaġġ pertinenti. Muscat kien wiegħed 'staġun politiku ġdid' li fih ried joħloq terremot politiku fil-Partit Laburista. Pertinenti għax fil-fatt hekk ġara. Muscat beda żjajjar ma' kull rokna tal-pajjiż f 'kull każin Laburista u minn hemmhekk beda jidher li l-agħar tal- MLP kien għadda. L-ewwel bidliet kienu kożmetiċi, iżda anke jekk kożmetiċi kienu parti minn pjan sħiħ ta' re-branding li ħadem tajjeb biżżejjed biex eluf kbar ta' votanti li sa ftit qabel kienu jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista, ħassewhom komdi jivvutaw lil-Labour għall-ewwel darba. Rebranding: Liberali Muscat beda jbiddel lill- Partit Laburista f 'wieħed verament liberali favur unjoni ċivili bejn żewġ persuni tal- istess sess, xejra li kompliet tul dawn l-aħħar 10 snin bil- Partit Laburista jipproponi u jgħaddi mill-Parlament bidliet fil-liġi tal-IVF, żwieġ għal persuni tal-istess sess, dikriminalizzazzjoni tad-droga u liġijiet oħrajn li lanqas ħadd ma kien jimmaġina li jistgħu jsiru realtà f 'pajjiżna. Bil-liġijiet li introduċa u billi qara s-sinjali taż-żminijiet tajjeb biżżejjed Muscat rebaħ faxxa kbira ta' persuni li qatt qabel ma kienu jivvutaw jew iridu jassoċċjaw lilhom infushom mal-Partit Laburista. Probabilment l-akbar rebħa f 'termini ta' voti kien il-fatt li fost il-komunità LGBTIQ u l-qraba u l-ħbieb tagħhom kien hemm sensazzjoni ta' swing qawwija favur il-Partit Laburista. Tant hu minnu dan, li wara s-suċċess fl-2013 il-Partit Laburista reġa' ffoka fuq dan is-settur ta' votanti fl- 2017 u għal darb'oħra jidher li kellu l-istess suċċess. Ir-rebħa ta' Muscat f 'dak li huwa ideoloġikament iktar liberali ħalla lill-Partit Nazzjonalista mitluf, hekk kif il-mexxej Laburista dejjem lagħab il-karta illi jippreżenta punt illi dwaru jaf li l-PN se jsib problema jew se tinħoloq diskussjoni fih. Għalhekk mal-introduzzjoni tal-Unjoni Ċivili daħħal id-dritt li koppja tal-istess sess tapplika biex tadotta, għax kien jaf li tal-aħħar kienet se tkun inċettabbli għall-PN. B'hekk il-PN astjena (anke jekk kien hemm min ried li l-PN jivvota kontra) u Muscat ħa iktar saħħa fost dan is-settur ta' votanti partikolari. Fl-2017 huwa uża favurieh ukoll il-pass li għamel Gvern Laburista biex jiffaċilita iktar l-użu tal-IVF. Il-Partit Laburista b'suċċess daħħal u uża l-aspett uman ta' din il-kwistjoni biex għal darba oħra jidher li huwa iktar sensittiv għall-bżonnijiet, anke jekk intimi, tal-votant. U għal darb'oħra rnexxielu Rebranding: Pro-Business Jekk il-Partit Laburista mill-2008 sal-2018 irnexxielu jirbaħ settur kruċjali, apparti dak LGBTIQ, kien definittivament dak tan- negozju. F'dan il-qasam Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt 20 sena tal-Labour: mill-agħar Il-ġimgħa l-oħra tajna ħarsa lejn il-Partit Laburista fi s-snin 90; mill- waqa' tal-Gvern ta' Sant sat-telfa mhux mistennija fl -2008. F'din il- ħarġa se nagħtu ħarsa lejn it-tieni 10 snin. Is-snin ta' Muscat... Muscat elett mexxej Daphne Caruana Galizia; avversarju qalil tal-Labour, il-ġurnalista wara 'Egrant', maqtula fl-2017