Illum previous editions

illum 19 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 Numru rekord ta' atleti Maltin jtemmu b'suċċess it-triathlon 'Ironman' fl-Awstrija IŻ-ŻIEDA fil-popolarità fit-triathlon fuq distanzi twal mat-triatleti Malti hija murija fil- parteċipazzjoni fi tlielaq Ironman madwar id-dinja. It-tellieqa Ironman hija meqjusa bħala l-isfida aħħarija għat-triatleti. Malta mhix eċċezzjoni u l-lista ta' gradwati "Ironman" żdiedet f 'dawn l-aħħar ftit snin. Filwaqt li xi atleti biss jieħdu sehem f 'tellieqa waħda, atleti oħra jikkompetu regolarment. Ironman Awstrija hija bla dubju waħda mill-iżjed tlielaq imfittxija mill-atleti Maltin, fejn biżżejjed jingħad li l-edizzjoni ta' din is-sena rat total ta' 19-il atleta Maltin, ħamsa minnhom jirrappreżentaw lil Mosta Tri Team. Xi wħud mill-atleti kienu qegħdin jaffaċċjaw din ir-rotta għall- ewwel darba, oħrajn kienu qed jirritornaw. Iċ-Champion Nazzjonali tat-triathlon Graham Borg huwa atleta li hu sinonimu mat-tlielaq fuq distanzi twal. Borg għandu ammont t'esperjenza sostanzjali tal-Ironman 70.3, inkluża kwalifika fil-Kampjonati tad-Dinja Ironman 70.3. L-Awstrija serviet bħala ritorn għat-tlielaq tal- Ironman għal Borg, meta kellu inċident matul Ironman Mexico erba' snin ilu. Borg, li jikkowċja lilu nnifsu, spjega "Din id- distanza tirrikjedi taħriġ speċifiku u għalhekk kelli nitlef tlielaq iqsar sabiex inkun nista niffoka fuq dawn id-distanzi. Għandi aġenda sħiħa ta' tlielaq li jinkludu tlielaq tal-Ironman 70.3 - Polonja, Kampjonati tad-Dinja fl-Afrika t'Isfel filwaqt li ser inkun qed nagħlaq il-kalendarju ta' dawn it-tlielaq bl-Ironman ta' Barcelona. Dan ifisser siegħat twal ta' taħriġ fis- sħana tas-sajf iżda ninsab preparat". Josef Bonavia huwa atleta ieħor li f 'medda ta'erba' snin biss ħa sehem f '14-il Ironman 70.3 u 6 Ironman. Fl-Awstrija, għalkemm irnexxielu jikseb ħin tajjeb, ma rrnexielux jilħaq il-mira li jinżel taħt l-għaxar siegħat, għal 24 sekonda biss. "Ħadt żball kemmxejn banali min-naħa tiegħi meta bl-eċitament tat-tellieqa insejt nilbes in- numru, u għalhekk tlift ħin prezzjuż – tgħallimna minn dan l-iżball li żgur mhux ser iseħħ ġewwa Barcelona f 'Ottubru. William Brydon huwa probabilment l-uniku atleta Malti, bl-ikbar preżenzi f 'din it-tellieqa. Brydon li ħa sehem għall-ewwel darba fl-2006, ħa sehem għal sitt darbiet. Hu spjega li din it-tellieqa hija kkunsidrata bħala waħda mill-isbaħ fl-Ewropa u peressli ssir fil-bidu tal-Lulju, ma jkunx hemm bżonn ta' taħriġ fl- eqqel tas-sajf Malti. L-Ewwel Esperjenza Felicienne Mercieca, hija l-ewwel triatleta mara Għawdxija li spiċċat Ironman. Mercieca spjegat li t-taħriġ għall-atleti Għawdxin m'huwiex faċli. "F'Għawdex, il-faċilitajiet huma nieqsa, m'hemmx pixxini ta' 25 metru, għalhekk kelli ninżel Malta bosta drabi fil-ġimgħa kmieni filgħodu sabiex nitħarreġ. Sfida oħra kienet it-taħriġ fuq ir-rota, meta wieħed jkollu jkopri distanzi ta fuq minn 100 kilometru, it-toroq huma ripetitivi u tedjanti. Iżda l-esperjenza tal-Awstrija kienet waħda mill-aqwa, xenarju u l-atmosfera mill-isbaħ li tinsa l-uġigħ u s-sagrifiċċji kollha li tkun għamilt tipprepara! Żgur nerġa nieħu sehem f 'Ironman oħra!" Atleta li mhux beħsiebha tagħmel bħal Mercieca, hija Isabelle Caruana li bdiet titħarreġ fit- triathlon wara li temmet l-Alive Cycling Challenge. Minkejja in-nuqqas t'esperjenza fit-triathlon Caruana temmet b'suċċess it-tellieqa. Madankollu, huwa improbabbli ħafna li Caruana se tkun qed tirritorna għal dawn id-distanzi minħabba li t-taħriġ tiegħu żammewha 'l bogħod mill-familja tagħħa. Atleti Maltin fl-Ironman Awstrija L-atleti Maltin fl-Awstrija li spiċċaw b'suċċess it- tellieqa kienu Steven Apap Bologna, Claire Azzopardi Lane, Stephen Banavage, Nicholas Bilocca, Josef Bonavia (Mosta Tri Team), Graham Borg (Mosta Tri Tim), Samuel Borg, Stefan Borg (Mosta Tri Team), William Brydon, Victor Calvagna, Isabelle Caruana (Mosta Tri Team), Anthony Fenech, Elaine Fenech, Edmond Friggieri, Mark Galea, Michael Galea (Mosta Tri Team), Felicienne Mercieca, Marvic Mizzi, Daren Zahra. Graham Borg u Felicienne Mercieca fl-Awstrija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 August 2018