Illum previous editions

illum 19 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 | illum 'Ninsab kuntent ħafna li fis-sentejn li ġejjin se nkun qed nilgħab ma' St Andrews' - Kurt "Maxi" Magro Minn Cristian Antony Muscat FIL-JIEM li għaddew, il- midfielder ta' 32 sena, Kurt 'Maxi' Magro laħaq ftehim ma' St.Andrews sabiex ikun parti mill-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej. Magro għandu esperjenza twila fl-ogħla diviżjoni tal- futbol lokali fejn lagħab ma' Mosta u Valletta f 'diversi staġuni, kif ukoll ma' Tarxien Rainbows, Balzan, Qormi u Msida St Joseph. L-ILLUM tkellmet ma' Magro nnifsu fejn tana dawn il-kummenti: "Filwaqt li minn qalbi nixtieq nirringrazzja lill-klabb kollu ta' Mosta speċjalment lill-president George Galea u Adrian Farrugia ta' dawn l-aħħar żewġ staġuni li għamilt bħala captain tat- tim ninsab ferħan li ser nibda avventura ġdida - avventura li ser teħodni mal-klabb sabiħ ta' St Andrews - klabb li b'wiċċi minn quddiem ngħid li missieri wara karriera eċċezzjonali kellu jirtira bl- aħħar tliet staġuni ma' dan it-tim. Ninsab kuntent ħafna li l-captain tat-tim Joseph Farrugia avviċinani u wera interess fija u tajjeb ngħid li f 'dan it-trasferiment kienu ta' għajnuna kbira wkoll Jason Falzon u Craig Butler li huma l-aktar uffiċjali għolja ta' dan il-klabb. Kif jaf kulħadd, jew aħjar kull min isegwi l-futbol lokali, kont biss pass 'il boghod milli niffirma mal-klabb ta' pajjiżi Valletta li għalija sinċeramnet kien ta' unur kbir li avviċinani persuna ta' kariga għolja fil-klabb. Però, għal xi raġuni li jiena sa issa għadni ma nafhiex u ħadd ma tani spjegazzjoni, dan it trasferiment ma seħħx. Issa li ġara ġara, però jiena ninsab kuntent ħafna li ngħaqadt mat-tim sabiħ ta' St Andrews biex għas-sentejn li ġejjin, nilgħab għal dan il-klabb." Suċċess għat-tim nazzjonali tan-nisa tal-handball f'Londra Kurt 'Maxi' Magro flimkien ma' Joseph Farrugia u Craig Butler waqt l-iffirmar tal-kuntratt ta' sentejn ma' St Andrews Minn Cristian Antony Muscat FIL-JIEM li għaddew, it-tim nazzjonali tan-nisa tal-handball ipparteċipa fi CBIHC jew aħjar il- Copper Box International Handball Cup li saret fil-belt kapitali Ingliża, Londra. Is-selezzjoni Maltija kienet magħmula minn taħlita ta' plejers ta' esperjenza għal oħrajn żgħażagħ bil-għan li t-talent li tiela' jibda jitrawwem f 'dawn it- tip ta' kompetizzjonijiet u jassigura futur sabiħ għall-handball tan-nisa. Il-preparazzjoni tat-tim kienet fdata f 'idejn il- kowċis Matthew Mamo, Daniel Tanti bil-parti fiżika titħejja minn Joseph Tanti. It-tim Malti kien seeded fi grupp li kien jinkludi timijiet mill-Ingilterra, il-Ġermanja u Dubai. Il-wirja kienet waħda pożittiva tant li t-tim wasal sal-kwarti tal-finali ta' din il-kompetizzjoni. F'din il- fażi rajna logħob pożittiv mit-tim immexxi minn Matthew Mamo u Daniel Tanti tant li sal-ewwel taqsima kienu qed jirbħu b'vantaġġ ta' 6 gowls, li wara kollox kienu biżżejjed sabiex jiksbu passaġġ għas- semifinali. Fil-fażi tal-aħħar erbgħa, il-livell beda jitjieb u Malta ltaqgħet kontra tim Brittaniku b'logħba li kienet waħda inċerta sal-aħħar. Tant hu hekk illi sa tmiem l-ewwel taqsima ż-żewġ timijiet spiċċaw fi draw. Fit-tieni taqsima, in-nisa Maltin komplew jilagħbu tajjeb u 40 sekonda mit-tmiem, il-captain Brenda Mamo rnexxielha ssib ix-xibka sabiex tat vantaġġ lit-tim Malti bil-goalkeeper Dorianne Tabone twaqqaf tajjeb xutt mill-attakkanta avversarja li seta' kien perikoluż. B'hekk Malta għaddiet għall-finali fejn iltaqgħet kontra selezzjoni Ġermaniża li kienu tilfu magħhom fil-fażi tal- gruppi. Fl-ewwel taqsima, il-Ġermaniżi ħadu r-riedni tal-partita f 'idejhom u temmew l-ewwel taqsima b'vantaġġ komdu. Għalkemm in-nisa Maltin wettqu reazzjoni u rebħu t-tieni taqsima, it-total kumplessiv tar-riżultat kien jgħid li l-Ġermaniżi rebħu din il-kompetizzjoni. B'hekk Malta spiċċat fit-tieni post ta' CBIHC biex rebħu l-midalja tal- fidda bil-captain Maltija Brenda Mamo tirbaħ l-unur tal-Aħjar Plejer tat- Tournament. It-tim jinsab ferm kuntent b'dawn ir-riżultati u l-esperjenza li ħadu minn dan it-tournament kienet kbira. It-tim nazzjonali tal-Handball ser ikompli jaħdem sabiex jerġa' jipparteċipa f 'tournament ieħor internazzjonali filwaqt li jkompli jtejjeb il- livell tiegħu. It-Tim Nazzjonali tan-Nisa tal-Handball f'Londra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 August 2018