Illum previous editions

illum 19 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 illum | Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 TV/Ċinema The Darkest Minds din il-ġimgħa MILL-EWROPA qed jaslu diversi films animati ta' livell sodisfaċenti, tassew addattati għaż-żgħar u l-familja kollha. The Giant Pear hu bbażat minn fuq ktieb satiriku Daniż għat-tfal, ta' Jakob Martin Strid. Din il-produzzjoni hi tassew imfawra b'avventuri eżileranti, mimlija inċidenti li mhux iż-żgħar kollha jistgħu jlaħħqu magħhom. Il-protagonisti huma Sebastian u Mithco, iljunfant żgħir beżżiegħi u qattusa kuraġġuża. Meta d-dar ta' dawn f 'villaġġ pittoresk ħdejn il-baħar tiġġarraf, billi mal-faċċata tinbet b'ħeffa lanġasa enormi, huma aċċidentalment jintbagħtu fuq il- baħar, ġo din l-istess lanġasa żvojtata minn ġewwa li sservi bħala darhom u anki bħala bastiment. Fil-vjaġġ tagħhom biex ifittxu lis-sindku tal- post li jinsab itturufnat fuq gżira eżotika, huma flimkien mal-Professur Glucose jiltaqgħu ma' ċorma pirati storbjużi, riċerkaturi u iħirsa li jtiru madwarhom. Il-viljakk hu l-Viċi Sindku qsajjar tal-post li jrid jibni torri għoli u b'hekk iħassar l-estetika ta' Sunnytown. The Giant Pear jagħti lemħa lill-film animat ieħor, ta' madwar 20 sena ilu, Jack and the Giant Peach u lil dawk dwar il-Kaptan Nemo, bis-sottomarin tiegħu. Il- fattizi tal-karattri umani huma murija apposta xi ftit esaġerati, bħal geddum ġej għall-ponta, mnieħer pjutost rotund u kbir, saqajn xi ftit ħoxnin fuq xi raġel matnazz, però l-animazzjoni u t-tpinġija hija ċara, u attraenti. THE Darkest Minds huwa l-ewwel adazzjoni għaċ- ċinema tal-ktieb bestseller ta' Alexandra Bracken, li hu l-ewwel ukoll minn trijologija mmirata għaż- żgħażagħ adulti (l-oħrajn huma Never Fade u In The Afterlight ). Nerġgħu nsibu ruħna f 'dinja fejn qed tirrenja atmosfera apokaliptika. Fl-Amerika, pajjiż fi stat imqalleb ta' rivoluzzjoni, marda fatali misterjuża qatlet% tat-tfal. Dawk il-ftit li rreżistew għal din il-kalamita akkwisaw kapaċitajiet tal-biża' li ma jistgħux ikunu kkontrollati. B'hekk, l-istat qed iqis lil dawn li salvaw bħala għedewwa u qed jiġu kkaċċjati mill-militar. Fil-ftuħ, Ruby, tifla ta' għaxar snin twerwer lill- ġenituri tagħha bil-poteri li għandha fuqha. Huma jsakkruha fil- garaxx sakemm jiġu l-pulizija biex jeħduha f 'Thurmond, kamp brutali ta' riabbilitazzjoni. Meta tagħlaq 16-il sena, il- verità toħroġ fl-apert u bil-ħniena tiskappa minn hemm. Hi tingħaqad ma' oħrajn tamparha li sejrin lejn East River, post ta' kenn. Hemmhekk, pjan dijaboliku qed jitħejja li se jġib lil Ruby (Sternberg) bejn ħaltejn kif l-aħjar li tirreaġixxi. The Darkest Minds juri l-intriċċi u s-sagrifiċċji li dawn l-imsejknin iridu jgħaddu minnhom. Forsi l-agħar fost dawn hu li Ruby ma tistax tressaq ġuvni lejha għax tinqala' sitwazzjoni splussiva! The Giant Pear Vuċijiet Ewlenin: Alfred Bjerre Larsen; Liva Elvira Magnussen; Peter Frodin; Henrik Koefoer. Diretturi: Amalie Naesby Fick; Jurgen Lerdan u Philip Lipsch. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 79 min. Ċert. U Atturi Ewlenin: Amandla Sternberg; Mandy Moore; Bradley Whitford; Harris Dickinson; Gwendoline Christie. Direttrici: Jennifer Yuh Nelson. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 105 min. Ċert. 12A A Sicilian Ghost Story, film Taljan dirett b'manjiera innovattiva minn Fabio Cassadonia u Antonio Piazza, mhuwiex film tas- soprannaturali minkejja t-titlu, iżda xogħol traġiku/romantiku bbażat minn fuq reat faħxi ta' madwar tletin sena ilu li seħħ fi Sqallija. Luna (Jedlikowska), tfajla ta' 12-il sena tinkaram bil-kbir wara s-sieħeb tagħha tal-klassi, Giuseppe (Fernandez), li ġej minn familja sinjura. Kontra l-parir t'ommha, hi tibda ssus warajh u meta jisparixxi tazzarda ħafna ġo foresta ta'qrib ir-raħal tagħha biex tipprova ssibu. Madwarha, kulħadd fommu sieket qisu hemm xi seħer. B'kuraġġ sfiq, hi tinvadi dinja oskura u misterjuża u li trid tidħol fiha minn għadira kbira. Il-misteru li jkollha tħabbat wiċċha miegħu hu wieħed potenti u tkun biss l-imħabba soda u ġenwina tagħha għalih li tippermettilha r-rotorn lejn iċ-ċivilizzazzjoni. Din hi produzzjoni li jżommok fi stat inkwetanti, b'andament kurjuż ta' fissazzjoni estrema u impatt fuq is-saħħa mentali li ġiet ippremjata fil-festival ta' Cannes. Il-film li hu bis-sottotitoli jaqbad perfettament l-atmosfera ta' bruda u omertà ta' post taħt id-dwiefer tal-mafja. A Sicilian Ghost Story Atturi Ewlenin: Julia Jedlikowska; Gaetano Fernandez; Corinne Musallari; Andrea Falzone. Diretturi: Fabio Cassadonia u Antonio Piazza. Maħruġ minn SIDE STREET Films, Eden Cinemas. Tul: 122min. Ċert. 15.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 August 2018