Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516
14 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 F'LULJU li għadda l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, inawgura ċentru rinovat tal-patoloġija tal- lingwa mitkellma jew kif magħrufa aħjar speech and language pathology, ġewwa Ħal Luqa. Id-dipartiment tal-lingwa mitkellma kien ġie stabillit fl-1982 bħala kura tas-saħħa primarja. Forsi ħafna jaħsbu li dan it-trattament jiġi offrut biss għat-tfal iżda x-xogħol tal-patoloġisti tal-lingwa mitkellma jmur altru minn hekk. Dan is-servizz huwa offrut b'xejn fi 88 lokalità differenti f 'Malta u anke f 'Għawdex. Dan ifisser li, persuna tista' tibbenifika minn dan is- servizz bil-kumdità kollha u mingħajr ħlas. Apparti minn hekk, dan id-dipartiment tas- saħħa primarja, m'għandux lista ta' stennija bl-għan li l-klijenti jinqdew b'mod aktar effiċċjenti. Nagħtu ħarsa dwar is-servizz tal-patoloġija tal-lingwa mitkellma f 'Malta, dwar kif minn dipartiment ġie mgħoti l-isem ta' ċentru ta' eċċellenza, u x'għandek tagħmel f 'każ li tinnota xi diffikultajiet f 'dawk qrib tiegħek. L-ILLUM tkellmet ma' Dr Rita Micallef, li ilha fil-qasam tal-patoloġija tal-lingwa mitkellma għal dawn l-aħħar 37 sena, jiġifieri sa mill-bidu nett li s-servizz beda jingħata f 'Malta. Matul iż-żmien Micallef ġiet maħtura bħala l-kap ta' dan id-dipartiment. Micallef hija wkoll għalliema fl-Università ta' Malta fejn fost l-oħrajn tgħallem il-lingwa u l-psikjatrija u anke l-awtiżmu u l-imġiba. Micallef tispjega kif qabel infetaħ il-kors tal-ispeech and language pathology, kien hawn erba' patoloġisti biss f 'Malta. Illum il-ġurnata hawn 99 patoloġist tal-lingwa mitkellma impjegata mal- Gvern. Dan is-servizz beda jingħata miċ-ċentri tas-saħħa fejn wara nfirex anke fil- bereġ u skejjel, sakemm illum il-ġurnata qed jingħata kważi minn kull lokalità f 'Malta u Għawdex. Is-servizzi kibru mhux biss għaliex infirxu f 'aktar lokalitajiet iżda anke bħala speċjalizzazzjonijiet. Micallef tkompli tgħid li s-servizz tagħhom hu kollu fuq livell speċjalizzat fuq komunikazzjoni, il-lingwa mitkellma u anke kif persuni jġibu ruħhom f 'aspetti soċjali. "In-nies jaħsbu li aħna ngħallmu lill-pazjenti biex jitkellmu biss". Micallef tispjega kif xogħolhom mhux biss li jgħallmu lin-nies itejbu l-lingwa mitkellma iżda anke l-grammatika u s-sintassi, pereżempju kif persuna tgħaqqad sentenzi u kemm qed jgħatu tifsir lill-kliem. Tingħata wkoll għajnuna lill-persuni li jbatu minn afażja jiġifieri meta persuna ddum ma ssib il-kelma li trid tuża waqt il-komunikazzjoni. Din id-diffikultà hi komuni wara puplesija jew trawma fir-ras. Micallef tispjega kif saħansitra tingħata għajnuna f 'aspetti soċjali, bir-regoli ta' kif tagħmel konverżazzjoni pereżempju, id-distanza li għandek iżżomm meta tkun qed titkellem ma' persuni oħra u x'tip ta' azzjonijiet għandek tuża u ma tużax. Parti mix-xogħol tal-patoloġisti hu, li jgħinu fl-aspett tal- fonoloġija jiġifieri, x'tip ta' ħsejjes jintużaw waqt il- konverżazzjoni. Għalkemm bosta nies ma jassoċċjawx il-litteriżmu mal-patoloġija tal-lingwa mitkellma, tingħata wkoll għajnuna f 'dan il-qasam fejn persuni jiġu mgħallma kif jaqraw u jiktbu l-kliem. Persuni li wkoll jistgħu jirrikorru għall- għajnuna tal-patoloġisti tal-lingwa mitkellma huma dawk bi problemi fil-kordi vokali. Id-disfaġja, meta persuna ssib diffikultà biex tibla' l-ikel, hi wkoll waħda mid-diffikultajiet li dawn il-patoloġisti jitrattaw, b'għajnuna ta' professjonisti li jaħdmu id f 'id fuq każijiet bħal dawn. Micallef tkellmet magħna dwar kif 60% tan- nies li jġarrbu puplesija, isibu diffikultà biex jibilgħu l-ikel. Dawn il-każijiet jiġu trattati b'mod individwali, skond is-serjetà tal-każ. L-ILLUM staqsiet lil Micallef dwar liema huma l-etajiet Il-patoloġija tal-lingwa mitkellma...l-ewwel Sarah Debattista Minkejja l-ebda lista ta' stennija, isiru 'l fuq minn 70,000 żjara fi s-sena fi ċ-ċentru tal-patoloġija tal-lingwa mitkellma