Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516
Intervista 13 Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 | illum tagħżel hi stess jekk tkunx segwita b'GPS' mbassar li t-tul tal-għomor, se jkompli tikber. Fil-fatt, l-età tibqa' l-akbar riskju marbut mad-dimensja u filwaqt li l-Maltin diġà jgħixu ħafna, sal-2050 l-istennija tal-għomor se titla' sa 88 sena. Dan huwa wieħed mill-ftit riskji li ma jistax ikun immodifikat. Interessanti wkoll li r-riskju tad-dimensja huwa aktar b'saħħtu fost in-nisa mill-irġiel, anke jekk apparti l-fatt li n-nisa jgħixu aktar, hemm raġunijiet oħra. "Jien dejjem nirreferi għad-dimensja bħala femminili. Mhux biss għax in-nisa huma aktar f 'riskju, imma għax anke studju wera kif in-nisa huma aktar involuti fil-kura. Anke jekk ommi għandha d-dimensja, il-mara tiegħi se tkun involuta aktar fil-kura." L-importanza tal- ħaddiema barranin... Età akbar u infertilità inqas tfisser ukoll inqas persuni fis-settur tax-xogħol li bit-taxxi 'qed iħallsu' għas-servizzi li offruti lill- anzjani, fosthom dawk bid- dimensja. Hawn tidħol ukoll l-importanza ta' ħaddiema barranin, li jimlew il-vojt u jiġġeneraw ekonomija li tiflaħ tħallas għal dawn is- servizzi. "Għandna ninvestu aktar minn dan il-ġid nazzjonali li hawn biex inħarrġu aktar persuni f 'dan is-settur," kompla Scerri. "Għandna bżonn nies b'għeruq fondi f 'dan il-qasam." IMMA d-dimensja tista' xi darba tiġi eradikata? "Studji hemm ħafna imma għadna 'l bogħod biex insibu kura," spjega Scerri. "Biss biss fl-aħħar 13-il sena, intefqu mas-$60 miljun biex tinstab mediċina li mhux tfejjaq iżda tmewwet ftit il- progress. L-aħħar mediċina ħarġet fl-2003." Waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex huwa diffiċli li tinstab kura għad-dimensja huwa l-fatt li l-ewwel sintomi jidhru bejn 15 u 20 sena wara li tibda l-ħsara f 'dik il-parti tal-moħħ li tirċievi l-informazzjoni li tkun ġdida. Propju għalhekk li l-ewwel sintomi jkunu nuqqas ta' memorja, fejn persuna tinsa affarijiet li jkunu għadhom kemm ġraw u tispiċċa tirrepeti l-istess mistoqsijiet, għax it- tweġiba li qed tingħata mhux qed tirreġistraha. "Meta tindunaw b'xi ħaġa simili, fittxu mill-ewwel l-għajnuna," saħaq Scerri. Minħabba l-fatt li l-ħsara tkun ilha li bdiet issir, din il-parti tal-moħħ tkun diġà mietet kważi għalkollox. "Jista' jkun li għandi d-dimensja u se ninduna 20 sena oħra," kompla Scerri. Għalhekk diffiċli ħafna biex isir l-istudju neċessarju għall-iżvilupp tal-mediċina, għax dan dejjem jirrikjedi n-nies. "Lil min se ssib li ma għandux sintomu u se jipparteċipa fir-riċerka?" Iżda liema huma l-fatturi l-aktar li jwasslu għad- dimensja? •L-età •Il-ġeneru •In-nuqqas ta' eżerċizzju fiżiku •In-nuqqas ta' eżerċizzju mentali •Daqqiet ripettitivi fuq ir-ras •L-obeżità u n-nuqqas ta' ikel tajjeb għas-saħħa •Id-dijabete •L-abbuż mid-droga, l-alkoħol u s-sigaretti •Il-pressjoni għolja Għalhekk filwaqt li qatt ma tista' tevitaha għalkollox, tista' tnaqqas ir-riskju li taqbdek id-dimensja billi tieħu ħsieb dawn il-fatturi. "Jekk int sportiv dejjem ipproteġi rasek, agħmel l-eżerċizzju, naqqas jew waqqaf is-sigaretti, jekk għandek pressjoni għolja ħu l-mediċina," spjega Scerri waqt li insista b'mod partikolari dwar l-importanza li nerġgħu ndaħħlu fl-istil tal-ħajja tagħna d-dieta Mediterranja li hija bbilanċjata u tajba għas- saħħa. "Tista' tagħmel dan kollu u xorta taqbek id-dimensja. Tevitaha 100% ma tistax iżda tnaqqas ir-riskju tista'," temm jgħid Scerri. L-ewwel sintomi joħorġu 20 sena wara li tibda l-ħsara Il-Professur Charles Scerri 60% tal-persuni li għandhom id-dimensja x'aktarx se joħorġu u jintilfu