Illum previous editions

illum 19 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

illum | Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 16 Opinjoni D war il-Prim Ministru Joseph Muscat hemm ħafna x'wieħed jgħid. Hawn min ifaħħru għax l-ekonomija sejra tajjeb. Hawn min imaqdru għax ċerti nies ħallihom madwaru, għax il-kera tħalliet togħla sas- smewwiet, għax mhux jagħmel limiti għat-turiżmu skont ma jiflaħ jieħu l-pajjiż, għax id-droga qed tkompli tinvadina, anzi qiegħda tinfirex iżjed. Ngħid għalija l-akbar ċertifikat li ngħata lil Joseph Muscat u martu Michelle kien dan l-aħħar meta ġie ppruvat li safa akkużat dwar il- kumpanija Egrant, intqal li kienet ta' martu, hu ċaħad kollox, stqarr li jekk jinstab li l-akkuża hi vera kien lest li jirreżenja minnufih. Issa din l-istqarrija tal-Prim Ministru nstab li kienet minnha, li l-firem li kien hemm fl-akkuża kienu foloz. Għalija l-konklużjonijiet tal- Maġistrat Aaron Bugeja jagħtu l-aqwa ċertifikat lill-Prim Ministru. Instab li l-kelma tiegħu kienet vera u min akkużah kien qed jigdeb. Meta mexxej politiku jieħu l-fama li dak li jgħid ikun il-verità, m'hemmx fejn jista' jasal iktar. Naturalment dawk li gidbu, dawk li għamlu firem foloz u setgħu ġabu l-inkwiet ħaqqhom il-kundanna ta' kulħadd, ħaqqhom jisparixxu mix-xena pubblika. Taqbel miegħu jew ma taqbilx, wieħed iserraħ rasu li dak li għandu l-akbar responsabbiltà fil- qasam politiku jinstab li l-kelma tiegħu qiegħda fuq in-naħa tal- verità. Dil-ġrajja fakkritni f 'politiku li jien nammira, l-eks President Jimmy Carter tal-Amerika. Meta sar President, deher quddiem il-poplu Amerikan u għamel stqarrija. Qalha bl-Ingliż: "Look at my lips: I will never tell a lie". Bil- Malti: "Ħarsu lejn xuftejja: qatt ma jien se ngħid gidba." Dan hu l-akbar ċertifikat morali li kiseb il-Prim Ministru Malti. L-Isqof Galea Curmi Nawgura minn qalbi lill-Isqof Awżiljarju l-ġdid li kien ikkonsgrat nhar l-4 t'Awwissu fil-Katidral tal- Imdina. Ftit ilu kont qed nitħaddet ma' ekkleżjastiku ieħor u d-diskors waqa' fuq l-Isqof il-ġdid u dan għaddieli rimarka: "Inxebbhu mal- Isqof Galea, l-awżiljarju tal-Isqof Gonzi." Ħadt pjaċir bil-kumment tiegħu. Għax jiena u ż-Żwieten kollha nafuh tajjeb lill-Isqof Galea. Kien ġie refuġjat fiż-Żejtun fl-aħħar gwerra flimkien ma' ħuh, il- Kanonku Dun Franġisk u l-bqija tal-familja tiegħu u baqa' ż-Żejtun għall-bqija ta' ħajtu. Kien bniedem sempliċi, żgħir żgħir, jgħix mas-sorijiet ta' Ġesù Nazzarenu, kull nhar ta' Sibt jingħata għall-qrar fil-knisja tal- kunvent tagħhom. Kuljum in-nies kienet tarah għaddej bil-karozza, sejjer jaqdi dmirijietu fil-Kurja tal-Arċisqof li dak iż-żmien kienet il-Belt. Kien bniedem sieket, fil-kitba u fil-kelma tiegħu ma kontx tinnota kelma żejda. Il-preżenza tiegħu fiż-Żejtun kienet apprezzata minn kulħadd. Kont nieħu gost narah għaddej bil-mixi mill-kunvent tas-sorijiet għad-dar tal-familja tiegħu kantuniera ma' Triq Santu Wistin imur jara lil niesu. L-Isqof il-ġdid se jkun ta' għajnuna kbira għall-Arċisqof Scicluna u l-preżenza tiegħu fost il-poplu tagħna se tkun ta' inkoraġġiment għal dawk kollha li jridu jagħtu sehemhom għall- miġja tas-saltna t'Alla f 'pajjiżna. Intervista esklussiva ma' Simon Busuttil Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Poodle: Kif inti? Simon: Jiena ħażin, għax qiegħed waħdi u qed nibża' li xi ħadd ser jagħmilli xi ħaġa. Poodle: Kellek xi theddid? Simon: Iva, mingħand nies ta' Adrian. Dawn huma nies kattivi, infatti iktar kattivi minni. Poodle: Tista' tgħidli x'qalulek li se jagħmlu? Simon: Mhux il-mument li niżvela issa, meta jkun opportun niżvela kollox. Poodle: Int f 'intervista mal-Euobserver għedt li int l-aħħar ġellied għall-ħelsien f 'Malta. Ma taħsibx li qed tesaġera? Simon: Għaliex taħseb li jien qed nesaġera? Ħadd ma jagħraf is-sewwa daqsi. Lanqas Jason Azzopardi, ara x'għamel lill-mara tiegħu. Poodle: Imma Jason jaqbeż għalik… Simon: Insomma mhux dejjem u xorta naħseb li missu kien aktar kawt fil-mod kif telaq il-mara. Imma jekk trid staqsini fuq Muscat. Poodle: Iva, imma qabel xejn, mhux anke int kellek problemi familjari. Simon: Jien mhux lest niddiskuti ħwejjeġ personali. Daqshekk. Poodle: Kif tħossok wara li l-eżitu tar-rapport tal-Maġistrat Aaron Bugeja wasal għall-konklużjoni li Egrant kienet gidba. Simon: Dan int qed tgħidu għax ir-rapport ma rajtux. Poodle: Imma hemm il-konklużjonijiet. Simon: X'għala l-maws, jien ir-rapport irrid nara. U għaliex qed tiddefendi lil Muscat, xtrak ukoll? Poodle: Jiġifieri ma tħossx li waqajt għan-nejk? (tidħol Kristina li kienet ġo kamra oħra) Kristina: Look here, you Muscat crony, Simon is Malta's knight in shining armour. Stop being a hamallu. Simon: Okay Kristina calm down. Kristina: X'okay l-ostra, qisek pastizz, don't let them do this to you. Tell them that you will fight until the end. These qatta' żibel from Magħtab. Poodle: Kristina, kemm taħseb li Simon għandu jibqa' fil-politika? Simon: Tirrispondix. Tirrispondix. Kristina: SHUT UP. Mela jien I am scared of this little shit. Simon's place is at the head of the PN not that corrupt bighead Adrian and saving this country from dak ix-xitan Joseph Muscat. Simon: Kris, please. Ara ħa ngħidlek, jien ħa nkompli niġġieled għall-ħelsien f 'pajjiżi. Dan il-pajjiż sar dittatura… u mhux bil-pulit. Poodle: Imma inti tirrispetta lil Adrian Delia? Kristina: Of course he does not, kif tista' tirrispetta bniedem bħal dak? Simon: Kristina, please, please wegħedt li ma nibqax naqla' inkwiet. Kristina: What a pastizz you are! I'm going għax xbajt. Simon: Kris, no. Please don't go…. Poodle: Okay, aħjar nieqfu hawn. Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle DUN ANG SEYCHELL L-akbar ċertifikat

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 August 2018