Illum previous editions

illum 19 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 | illum Int ukoll il-kowċ tat-tim ta' taħt id-19-il sena ta' Swieqi United li fil-ġimgħat li għaddew rebaħ il- Kampjonat ta' din il-kategorija. X'fisser għalik personali ir-rebħ ta' dan il-Kampjonat? Li tirbaħ kampjonat dejjem huwa sabiħ u ta' sodisfazzjon kbir, imma l-għan ewlieni hu l-iżvilupp tal- plejers, kemm bħala plejers tal-futbol, imma aktar bħala rġiel. L-iskop prinċipali tat-tim ta' taħt id-19-il sena huwa li nibnu sens ta' kommunita' ibbazata fuq valuri ta' dixxiplina, għaqda, impenn u 'teamwork'. B'dan il-mod nimmiraw li nippromwovu edukazzjoni ħolistika waqt li qed jieħdu gost jilagħbu l-logħba li tant inħobbu. Li tara grupp ta' żgħażagħ jimxu id f 'id, b'għan wieħed flimkien, jiġġieldu għal xulxin hija xi ħaġa pożittiva ħafna. Tutilizza plejers minn dan it-tim fl- iskwadra tal-kbar ta' Swieqi United? Ħdimna matul is-sajf biex nibnu tim li seta' jisfida għall-kampjonat ta' taħt id-19-il sena, imma fl-istess ħin li kienu lesti li jiġġieldu għal posthom fl-iskwadra tal-kbar. L-iskwadra tal-kbar diġà magħmula minn ħafna plejers żgħar (bejn 19 u 25 sena), imma meta kien hemm il-bżonn li jidħlu plejers mit-tim ta' taħt id-19-il sena dejjem urew li kienu kapaċi u rnexxielna nikbsu riżultati importanti. Fil-fatt għamilna żmien fejn kellna numru sostanzjali ta' injuries u sospenzjonijiet, fejn dawn il-plejers kellhom parti importanti kontra timijiet ikkwotati iktar minnha. Fl-opinjoni tiegħi dawn il-plejers urew kambjament kbir matul l-istagun, u għandi fiducja kbira fihom, li jekk jibqgħu jaħdmu bl-istess impenn li wrew s'issa, kapaċi jaslu sa fejn jixtiequ fil-futbol. Taqbel li tim f 'kull Diviżjoni tal- futbol Malti, fosthom fl-Ewwel Diviżjoni, ikun jista' jutilizza numru mingħajr limitu ta' plejers barranin? Fl-opinjoni tiegħi, il-problema mhix in-numru ta' barranin, imma l-kwalità. Jekk tim ikollu barranin ta' kwalità għolja, il-plejers Maltin iridu jaħdmu iżjed biex jikkompetu, li hija ħaġa tajba, għax fl-aħħar mill- aħħar irridu ngħollu il-livell. Imma ċertu klabbs qed ikollhom barranin li mhumiex ahjar mill-Maltin, allura dawn qed iwaqqfu l-iżvilupp ta' dawn l-istess plejers Maltin. Il-futbol Malti marid? Ovvjament, ir-riżultati li qed niksbu mhumiex l-aħjar, imma li nista' ngħid hu, li ħafna nies li jaħdmu fil-futbol Malti huma nies ddedikati li jiddedikaw ħinhom biex jaraw il- futbol jimxi 'l quddiem. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek, bħala kowċ tas-Swieqi? Bħalissa qed naħdmu għall-kwarti tal-finali tal-'Youth Knockout', allura ma tantx qed naħseb daqsekk fil-futur, imma m'għandix ħsieb li niċċaqlaq. U l-futur ta' Swieqi United... Swieqi United huwa klabb li bla dubju se jibqa jimxi 'l quddiem. Hawn struttura professjonali ħafna, fejn kulħadd għandu xogħlu. Ma wasalniex hawn b'kumbinazzjoni, imma b'impenn kbir minn ħafna nies differenti u pjan fit-tul, fejn ma nfittxux suċċess immedjat. Finalment, jekk tixtieq għaddi xi ringrazzjamenti lil diversi persuni li għamlu dan is-suċċess wieħed possibli għal Swieqi United. Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li taw is-sapport tagħhom matul dawn it-tliet snin. Ħa nsemmi ftit minnhom: lill-president Justin Fenech u l-viċi president Michael Calleja li wrew fiduċja fija mill-bidu nett; lill-kumitat kollu li jaħdem minn wara l-kwinti; lill-kowċ Billy Mock li tgħallimt ħafna minnu; lill-assistent tiegħi, Paul Gatt u lil Andrea Vella tas-sapport kontinwu tagħhom; lill-kowċis tal-kategoriji l-oħra li sirna aktar bħala ħbieb milli kollegi, lis-sapporters kollha li jiġu bi ħġarhom il-grawnd u finalment lill- plejers kollha li kelli x-xorti li naħdem magħhom. Swieqi United hija Huwa l-kowċ ferm ħabrieki ta' Swieqi United. Flimkien ma' oħrajn kien wieħed mill-imħuħ ewlenin biex wassal lil dan it-tim minn lokalità żgħira iżda b'qalb tassew kbira għas-suċċess uniku li jikseb il-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni. Jaħdem ukoll bħala għalliem. RODNEY BUGEJA Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 August 2018