Illum previous editions

illum 19 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 | illum DIN il-ġimgħa se tibqa' mfakkra bħala dik illi matulha d-dinja tilfet lil dik li kienet ir-reġina tal-mużika Soul, vuċi indimentikabbli b'diski u lirika li minkejja li għaddew minn fuqhom snin twal għadhom popolari, segwiti u b'messaġġ qawwi favur il-libertà, l-imħabba u d-drittijiet tal-minoranzi; Aretha Franklin. Il-gazzetta ILLUM qed tiddedika din il-paġna biex tfakkar mara ta' sustanza u tal-azzar li ħalliet lid-dinja tal- mużika kollha tibkiha. Mis-'Songs of Faith' sa 'Oh happy day' Id-diski ta' Franklin kienu mnebbħin mill-mużika reliġjuża tat-tip gospel, popolari ħafna mal-faxxa ta' nies Amerikani suwed. Fil-fatt missier Aretha kien membru prominenti tal-Baptist Church. Imma kien fl-1956 illi Franklin irrekordjat l-ewwel album tagħha, bl-isem 'Gosepls of Faith'. Dakinhar Aretha kellha biss 14-il sena. Franklin iżżewġet meta kien għad kellha 19-il sena u baqgħet miżżewġa sakemm kellha 27 sena. Iż-żwieġ tagħha ma' Ted White kien wieħed bi problemi kbar u huwa mifhum li kien dan it-taqlib matrimonjali li wassal biex Aretha bdiet il- karriera mużikali tagħha. Minn meta nħallet mir-rabta matrimonjali bdiet l-avventura tagħha li għamlitha waħda mill- aktar kantanti famużi fid-dinja. Fl-1961 ippubblikat l-ewwel album tagħha għal Columbia Records biex imbagħad ħames snin wara ffirmat kuntratt ma' Atalantic Records bil- producer tagħha Jerry Wexler mifhum li nkoraġġieha biex taħdem fuq il-il-mużika 'Soul' u 'Gospel'. U minn hemm bdew ħerġin l-aktar diski popolari tagħha; 'You make me feel like a natural woman', kitba ta' Carole King u Gerry Goffin. Din id-diska kienet suċċess kbir u laħqet in- numru tmienja fuq il-Billboard Hot 100. Kantanti oħrajn reġgħu ħarġu d-diska ta' Franklin, fosthom Peggy Lee u Celine Dion. 'Respect' kienet rispett lejn ir- raġel... u Aretha biddlitha! Sena wara ħarġet diska oħra, mill-aktar popolari; 'Respect'. Waħda mill-aktar diski popolari tat-tip 'Soul', din id-diska l-ewwel ħarġet minn Otis Redding u kienet maħluqa mill- ġdid minn Franklin, b'messaġġ li huwa kompletament differenti mill-oriġinal. Fil-fatt ir-RISPETT li kienet tesiġi d-diska ta' Redding kienet ir- rispett lejn ir-raġel li jkun għadu ġej mix-xogħol. Naturalment din ħadet xejra u tifsira kompletament differeti u grazzi għal Aretha d-diska nbidlet f 'waħda ta' tisħiħ u solidarjetà lejn in-nisa u hekk eżatt għadha sal-ġurnata tal- lum. Kantat f 'żewġ inawgurazzjonijiet Presidenzjali Aretha Franklin kantat f 'żewġ inawgurazzjonijiet Presidenzjali. Fl-1977 kantat 'God Bless America' fl- inawgurazzjoni ta' Jimmy Carter u fl-inawgurazzjoni ta' Barack Obama meta kantat 'My country, 'tis of thee'. Qawmien spiritwali Imma l-mużika ta' Aretha tmur lil hinn mill-politika u d-drittijiet ta' minoranzi u kienet parti minn qawmien spiritwali permezz ta' mużika spiritwali. L-album 'Amazing Grace' kien ħareġ fl-1 ta' Ġunju 1972 minn Atlantic Records u nbiegħu aktar minn żewġ miljun kopja fl-Istati Uniti biss. Fl-1973 rebbaħ lil Franklin Grammy Awward bħala 'Best Soul Gospel Performance'. Amazing Grace kien irrekordjat fin-New Temple Missionary Baptist Church f 'Los Angeles u reġa' ħareġ fl-1999 f 'żewġ CDs. Fil-film tal-'Blues Brothers' fl-1980 Aretha kienet ħadet sehem ukoll fil-film komiku 'The Blues Brothers' illi fih kantat id-diska 'Think'. Din id-diska laħqet is-7 post fuq il-Billoard Hot 100, l-ewwel fil-US Billoard Hot Rhythm & Blues Singles u s-seba' diska fil- klassifika tal-aqwa 10. Ma' min kantat? Kantat mal-popolari Ray Charles id-diska 'It takes two to tango'. Kantat ma' Smokey Robinson id-diska 'Just to see her' fl-1993 u naturalment kantat ma' James Brown. Kantat il-famuża diska 'I knew you were waiting for me' ma' George Michael. Mal- Eurythmics kantat diska favur id-drittijiet tan-nisa 'Sisters are doing it for themselves' u ma' Frank Sinatra kantat 'What now my love', avolja d-diska kienet irrekordjata. Ma' Rod Stewart kantat 'This old heart of mine' fl-1993 u fl-2005 kantat 'Somewhere' tal-West Side Story mal-attur Hugh Jackman. 'Feġġet ix-xemx f 'ġurnata xita' Hekk kien qal l-eks President Amerikan Bill Clinton meta fl-1999 meta l-kantanta kienet irċeviet in-'National Medal of Arts and Humanities Award'. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Din il-ġimgħa d-dinja tilfet lil dik il-mara li kienet magħrufa bħala r-reġina tal-mużika 'Soul'. Imma min kienet? Ma' min kantat? U kif biddlet diska dwar l-irġiel għal waħda dwar id-drittijiet tan-nisa? L-ILLUM tagħti ħarsa qasira lejn il-ħajja ta' Aretha Franklin... Dawl li ntefa' imma mużika li se tgħix għal dejjem 'Inti leġġenda u ruħek ma tintesa qatt, strieħ fis-sliem anġlu tal-mużika' X'qalu fuqha dil-ġimgħa? 'Mara eċċezzjonali b'rigal mill-isbaħ mingħad Alla, il-vuċi' 'Ma nafx artist wieħed ħaj illum li ma kienx ispirat minn Aretha Franklin' 'Nieqfu għal mument biex niftakru fil-ħajja sabiħa ta' Aretha Franklin' 'L-iktar kantanta ta' ispirazzjoni u li tkanta mill-qalb' 'Aretha għenet biex tkun definita l-esper- jenza Amerikana. Jalla tistrieħ fis-sliem reġina tas-Soul.' 'Jalla l-ġenna jkantaw u jgħajtu bi kburija eterna – R-E-S-P-E-C-T.' 'Se nħossu n-nuqqas tiegħek reġina' '(Ma' ritratt tiegħu jkanta ma' Aretha) Dak huwa l-wiċċ ta' żagħżugħ li ma jistax jem- men li kien qed ikanta mal-akbar kantanta taż-żminijiet.' 'Għalija kienet dawl mużikali, ta' gwida u ispirazzjoni ma' kull nota.'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 August 2018