Illum previous editions

illum 19 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1016516

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Min-naħa tiegħu, is-Sindku ta' San Lawrenz, Noel Formosa, insista li s-sidien għandhom ikunu aktar responsabbli u jaħdmu id f 'id mal- komunità bil-għan li ħadd ma jbati. Madanakollu dan ma jfissirx li ma għandux ikun hemm aktar infurzar, anzi insista li għandhom jiġu aġġornati l-liġijiet, l-aktar dawk li jirrigwardjaw l-istorbju bil-għan li dawn ikunu jirriflettu aktar iż-żminijiet tal-lum (ara l-kaxxa). "Hemm bżonn li jkun hemm iżjed regolamenti. Ma jistax ikun li kulħadd jibqa' jiġi jitnellaħ mill-ġirien," saħaq Formosa. Apparti l-istorbju insista wkoll li l-fatt li fil-farmhouses il-ħin kollu ġejjin u sejrin nies differenti, ħafna residenti, b'mod partikolari dawk anzjani u li jgħixu waħedhom mhux qed iħossuhom biżżejjed siguri għax ma jafux minn qed jgħix bieb ma' bieb magħhom. Kien għalhekk li fost affarijiet oħra, insista li għandha tiżdied il-preżenza tal-Pulizija, mhux biss biex jiġbdu l-attenzjoni meta l-istorbju eċċessiv ikun qed idejjaq lir-residenti, iżda biex il- ġirien iħossuhom aktar siguri u protetti. 'Ma għandux ikun is-sindku li jmur iħabbat il-bibien' Fil-fatt, iż-żewġ sindki insistew fuq il-bżonn li l-kunsilli jingħataw aktar saħħa biex ikollhom aktar kontroll, għax fi kliemhom, il- kunsill lokali jkun il-ħin kollu fil- post u qalb ir-residenti. "Aktar mal-poter jiltla' 'l fuq aktar isir diffiċli l-kontroll," saħaq David Apap Agius. Kien hawn li fost oħrajn ippropona li kull kunsill lokali jkollu gwardjani lokali li l-għan tagħhom ikun li jipproteġu lir-residenti. "Għandu jkun dan ir-regolatur jew gwardjan li jmur iħabbat il-bieb biex isikket l-istorbju u mhux is-sindku," insista Apap Agius. Temm jittama li r-riforma fil- kunsilli lokali li qed tkun proposta u diskussa, tkun tinkludi miżuri li jagħtu s-saħħa lill-kunsilli biex jindirizzaw dawn l-isfidi. Il-Ħadd 19 ta' Awwissu 2018 | illum aktar kontroll fuq tal-farmhouses Kelliem għall-Ministeru tal-Ambjent qal mal-gazzetta ILLUM li għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet dwar il-liġi kontra t-tniġġis mill-istorbju. Minkejja li f 'Jannar li għadda, kelliem għall-istess Ministeru kien qal mat- Times of Malta li fil-futur qrib se jitressaq l-abbozz, f 'kummenti ma' din il-gazzetta, il-kelliem insista li għad ma hemm l-ebda indikazzjoni meta din il-liġi se ttieħed quddiem il-Parlament. Qal biss li d-diskussjoni ħadet aktar fit-tul milli kien maħsub, anke għax fiha hemm involuti ħafna stakeholders, fosthom il-kunsilli u l-Pulizija. Spjega kif bħalissa huma ħafna dawk l-istakeholders li qed iħejju dan l-abbozz u fost oħrajn jaħdmu fuq il-qafas legali tal-liġi. Ħtieġa ta' liġi simili nħasset aktar u aktar wara li stħarriġ tal-Eurostat kien poġġa lil Malta bħala l-aktar pajjiż storbjuż tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt mhumiex l-Għawdxin biss li jilmentaw bl-istorbju. Stħarriġ ieħor tal-Eurostat u ppubblikat mill-gazzetta ILLUM fis-17 ta' Ġunju li għadda, kien wera kif ir-residenti Beltin huma l-inqas kuntenti bil-livell tal-istorbju u dan meta kienu mqabbla ma' residenti oħra tal-ibliet kapitali Ewropej. Tant hu hekk li s-Sindku tal-Belt Valletta, Alexiei Dingli, kien saħaq li ma jaqbilx li jinħarġu permessi għal postijiet ta' divertiment fiż-żoni residenzjali u ppropona li s-sidien għandhom ikunu kostretti jinstallaw 'Sound Meters'. L-għan ta' dawn is-'Sound Meters' huwa li jaqtgħu d-dawl awtomatikament meta l-livell tal-istorbju jilħaq ċertu livelli. Mhux magħruf meta se titressaq il-liġi kontra t-tniġġis mill-istorbju Hemm bżonn li jkun hemm iżjed regolamenti. Ma jistax ikun li kulħadd jibqa' jiġi jitnellaħ mill-ġirien Noel Formosa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 August 2018