Illum previous editions

Illum September 9 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Intervista Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt Il-Ħadd 09 ta' Settembru 2018 | illum Mill-ewwel deher illi se jkun l-għażla tad-delegati, għalkemm ma ġeriex bi Chris Said. Sena wara li kien elett Kap tal-PN, l-ILLUM tistaqsi lil Adrian Delia dwar Simon Busuttil, David Casa, l-elezzjonijiet tal-MEPs, dwar Daphne Caruana Galizia, l-insib, il-mina, l-Avukat Ġenerali u aktar.... D iġà għaddiet sena minn meta smajna dik id-diska memorabbli 'Mel'ejja nivvutaw lil Adrian Delia, jinfetħu l-bibien għalik u għalija...' Sena li matulha rajna sondaġġi juru s-sitwazzjoni tal- PN tiggrava, sena illi matulha rajna l-qtil ta' ġurnalista u rajna lil Delia jitlob lill-eks kap tal-PN jissospendi lilu nnifsu mill- partit. L-intervista ta' din il-gazzetta, f 'għeluq is-sena minn meta kien elett Kap tal-PN, issir fl-uffiċċju tiegħu, l-istess uffiċċju li kellu Simon Bususttil, b'xi kotba differenti, ritratti differenti tal-membri tal-familja u statwa antika ta' Santa Liena, naturalment biex tfakkarna li Delia minn Birkirkara! Nibdew mill-ewwel billi nistaqsuh l-ewwel sena kif jiddeskriviha fil-qosor. "Biddlitli ħajti. Kienet taqliba kbira mill-mod kif kont ngħix, speċjalment mill-aspett ta' familja," jibda jwieġeb Delia illi jfakkar lil din il-gazzetta illi fejn qabel, bħala avukat kien jirrispondi lill-klijent, illum jirrispondi lill-poplu, "dawk li jkellmuk, dawk li jkunu mweġġgħin u int, idealment taħdem fuq dak li tisma' għall- ġid għall-poplu." 'Il-Grupp Parlamentari huwa warajja' Nibdew mill-ewwel fuq kwistjonijiet aktar pertinenti li kellu u għadu qed jiffaċċja Delia. U nibda billi nfakkru li l-gazzetta ILLUM kienet irrappurtat illi ħafna mill- Grupp Parlamentari kurrenti ma kienx favur il-kandidatura tiegħu għat-tmexxija tal-PN. Infakkru illi llum, sena wara għad m'għandux l-appoġġ tal-Grupp Parlamentari kollu, kif stajna naraw meta qamet il-kwistjoni tas-sospensjoni ta' Simon Busuttil. Imma Delia jiċħad. "L-ewwel parti tal-argument tiegħek naċċettah u nifhmu għax kont ġdid u kien hemm nies jikkompetu miegħi li kienu diġà fil-partit u allura kien hemm aktar għarfien tagħhom. Imma ma naqbilx," kompla jgħid, "li l-Grupp Parlamentari llum mhux warajja. Għax ma naqblux fuq ċerti deċiżjonijiet ma jfissirx li qed issir sfida għall-pożizzjoni tiegħi bħala Kap tal-Oppożizzjoni." "Jiena ma rridx 'yes men' biss," insista Delia Insemmilu lil Karol Aquilina, imma hu jerġa' jgħid illi ma jaf lil ħadd fil-Grupp Parlamentari li ma jirrikonixxix lilu bħala Kap tal-PN. Insemmilu oħrajn, fosthom Jason Azzopardi u Beppe Fenech Adami, b'Delia jġib eżempju b'Azzopardi. "Ħdimna flimkien sigħat sħaħ f 'dan l-uffiċċju, fuq diversi affarijiet..." Allura kkonvinċieh lil Jason Azzopardi li mhux żiemel ta' Trojja ta' Kastilja, akkuża li kien għamel dan id-Deputat Nazzjonalista waqt it-tiġrija għal Kap ġdid tal-PN? "Staqsi lilu, li naf fiċ-ċert huwa li mhux talli kkonvinċejtu talli qed jaħdem kemm jiflaħ biex niġbdu ħabel wieħed, biex ikollna gvern alternattiv." Għandi strateġisti... Ta' sikwit issir l-akkuża illi Delia huwa nieqes mill- istrateġija meħtieġa biex imexxi partit b'suċċess. Ta' sikwit jingħad illi Delia m'għandux imħuħ politiċi madwaru. Imma għandu strateġisti Delia? U min huma? Huwa jwieġeb fil-pożittiv u jgħid li iva, għandu strateġisti u nies li qed jagħtuh direzzjoni politika, imma ma jħossx li huwa xieraq li jissemmew l-ismijiet minħabba li "dawn jaħdmu mal-privat u wħud minnhom jippreferu li ma jissemmewx." Id-deċiżjoni li Simon Busuttil jitneħħa minn kelliem tal-PN "ħadtha jien" Allura jekk għandu strateġisti, iħoss li dawn tawh parir tajjeb meta qalulu biex jitlob lill-eks Kap tal-PN Simon Busuttil jissospendi lilu nnifsu mill- partit? Delia jitfa' r-responsabilità kollha fuqu u jfakkar illi d-deċiżjoni li Simon Busuttil jitneħħa minn kelliem għall- Governanza ttieħdet u ma nbidlitx. "Dik id-deċiżjoni ħadtha jien u r-responsabilità hija tiegħi." Imma ma jħossx li missu ħalla aktar żmien, xejn xejn kien jara d-Deputati tal-PN x'jaħsbu qabel ma ħa deċiżjoni li kienet, sa ċertu punt storika u definitivament dannuża għall-PN? "Jiena ma nħobbx niġġudika lili nnifsi, kien hemm ħafna nies li ħasbu ħafna affarijiet dwar id- deċiżjoni tiegħi, kien hemm min ħass li għamilt sew, kien hemm min ħass li għamilt ħażin u kien hemm min ħass ukoll li Simon Busuttil ma missux baqa' Deputat wara li rreżenja minn Kap tal-PN." "Fil-pajjiż bħalissa hemm kwistjonijiet ħafna importanti, kwistjonijiet li qed ikasbru lil pajjiżna..." jgħid Delia, qisu se jdawwar is-suġġett. Imma nerġa' nfakkru li d-deċiżjoni li ħa hu kienet waħda kruċjali, waħda li dejqet ħafna Nazzjonalisti u waħda li kellha riperkussjonijiet fil- partit. "Id-deċiżjoni ħadtha b'kuxjenza nadifa u nimxi 'l quddiem." Imma nibqa' nagħfsu fuq dan il-punt. 'Inti taf ta' min hi Egrant?' nistaqsih, b'Delia jinsisti li d-deċiżjoni li ħa fil-konfront ta' Simon Busuttil kienet marbuta mal-għażla li l-PN jintrabat mal-karru ta' Egrant bil-konsegwenza ta' telfa kbira. "Issa dwar ta' min hi naf dak li jaf kulħadd u xejn aktar." Allura la ma jafx ta' min hija Egrant u fl-istess ħin qed jagħmel battalja politika sħiħa għax l-Avukat Ġenerali ma jridx jippubblika l-inkjesta kollha, ma jaħsibx li kellu jistenna qabel jitlob eks kap jissospendi lilu nnifsu? Imma Delia jagħmel l-istess argument illi id-deċiżjoni tiegħu kienet dwar ġudizzju politiku, li fisser illi l-PN intrabat mal-allegazzjoni li Egrant hija ta' Michelle Muscat. Id-deċiżjoni (dwar Simon Busuttil) ħadtha b'kuxjenza nadifa u nimxi 'l quddiem " " Il-quċċija ta' Adrian Delia: intervistat sena wara li kien elett Kap Tkompli f 'paġni 12 u 13....

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 9 2018