Illum previous editions

Illum September 9 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 09 ta' Settembru 2018 | illum 'Is-sitwazzjoni fil-Marsa hija taħt kontroll' KULL min filgħodu jgħaddi bil-karozza mill- Marsa, partikolarmant minn Triq Aldo Moro, jilmaħ għadd ta' immigranti bil-barżakka wara daharhom, jistennew li xi proxxmu biex jieqaf u joffrilhom xogħol. Imma dan l-abbuż ma kellux jinqata'? X'sar mill- proposta tal-Gvern, żvelata mill-gazzetta ILLUM fis-17 ta' April 2016, biex jitwaqqaf uffiċċju li joffri xogħlijiet lill-immigranti u jassigura li jitħallsu għal dak li ħaqqhom? Din il-gazzetta tkellmet ma' Clyde Caruana, iċ- Chairperson Eżekuttiv ta' Jobsplus li spjega kif dan l-uffiċċju ilu jiffunzjona aktar minn sena. L-għan ta' dan l-uffiċċju huwa li jirreġistra lill- immigranti u dawn jingħataw xogħol skont l-esperjenza u x-xogħlijiet li kapaċi jaħdmu. Il-proposta oriġinali kienet li l-immigranti jitħallsu direttament minn dan l-uffiċċju b'sistema ta' 'vouchers,' skont is-sigħat li jkunu ħadmu. Dawn kellhom jingħataw sa massimu ta' €6 fis-siegħa. Madanakollu, wara li kienet saret konsultazzjoni, kien intlaħaq qbil li l-ħlas jitħalla f 'idejn l-impjegatur li jiffirma fl-uffiċċju u jintrabat li ma jħallasx inqas mill-paga minima. Il-ħlas ikun diskuss bejn l-immigrant u min qed iħaddmu. "Nassigurak li llum l-immigranti saru jafu kemm għandhom jitħallsu," saħaq Caruana. Mistoqsi jekk qattx kien hemm ilmenti, spjega kif f 'sena kien hemm każ jew tnejn ta' impjegatur li ma ħallasx skont il-liġi. Insista li meta impjegatur jinqabad jabbuża, jinqata' mil-lista ta' dan l-uffiċċju. Iżda tgħaddi meta tgħaddi, xorta waħda ssib immigranti jitlajjaw fi Triq Aldo Moro, jittamaw li jgħaddi xi proxxmu u jipprovdilhom xogħol. Allura dawn min huma? Skont Caruana, it-tweġiba hija waħda u sempliċi. Dawn huma immigranti li ħadu l-ażil l-Italja, ingħataw id-dokumenti u ġew Malta biex jaħdmu. Għalkemm dawn l-immigranti għandhom dritt li jiġu Malta, ma jfissirx li għandhom dritt li jaħdmu hawn, anzi jistgħu jaħdmu biss fl-Italja, ġaladarba dak huwa l-pajjiż li tahom il- protezzjoni. Ma hemmx għalfejn immorru 'l bogħod ħafna. Kulħadd jiftakar kif ix-xahar li għadda, aktar minn 100 immigrant b'dokumenti Taljani, instabu jgħixu ġo razzett tal-baqar f 'kundizzjonijiet inumani. Il-mistoqsija f 'dan il-każ baqgħet waħda: Minn fejn kienu qed iġibu €100 fix-xahar biex ikunu jistgħu joqogħdu fir- razzett? Ma tridx ħafna ħsieb biex tikkonkludi li dawn kienu qed jaħdmu. Ma għandniex xi ngħidu, f 'dan il-każ mhux huma biss kienu qed jiksru l-liġi, imma kull min ipprefera jħaddem lilhom biex iħallashom biċ-ċiċri. Lura fl-2015, il-gazzetta ILLUM kienet niżlet fit- toroq tal-Marsa, tistaqsi lill-immigranti bilqiegħda fuq il-bankina u fuq ir- roundabout, kemm qed jitħallsu għax-xogħol. Il-maġġoranza tagħhom kienu qed jitħallsu bir-rata ta' €3 u ftit kienu dawk ta' xortihom tajba li kien qed jitħallas bil- €5. Kienu dawn l-artikli ta' din il-gazzetta, li waslu lill-Gvern biex ixammar il- kmiem u jħabbar li se jkun qed iwaqqaf dan l-uffiċċju li jipprovdi xogħol bi ħlas lill-immigranti. Issa, il-ballun jinsab f 'idejn l-awtoritajiet li xogħolhom jinfurzaw il-liġi, li jieħdu ħsieb lil dawk li minkejja kollox, xorta waħda sabu mezz kif jibqgħu jisfruttaw barranin, li ma jagħtux każ jitħallsux €3 jew €6, l-aqwa li filgħaxija jkollhom biex jimlew żaqqhom u jsibu kamra fejn jorqdu, anke jekk iffullata. L-immigranti jitlajjaw għax-xogħol ma kellhomx jinqatgħu? jistgħu jaħdmu biss waħda: Minn fejn kienu qed iġibu għandniex xi ngħidu, f 'dan il-każ din il-gazzetta, li waslu Clyde Caruana Jobsplus

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 9 2018