Illum previous editions

Illum September 9 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 09 ta' Settembru 2018 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 3 68 14 88 35 27 66 44 Tlugħ Nru. 740 Vilhena Pharmacy 3, Triq Sant'Anna, Floriana St. Gaetan Pharmacy Triq il-Kappillan Mifsud, Ħamrun Collis Williams St. Venera Pharmacy 532, Triq il-Kbira San Guzepp, Santa Venera St Mark's Pharmacy Triq P. Borg Olivier c/w Triq Ganni Vella, Swatar Regal Pharmacy 39B, Triq Antonio Bosio, Msida Medical Plaza Dispensing Chemists Cass-i-Mall Buildings Vjal ir-Rihan, San Ġwann Mrabat Pharmacy 5, Triq l-Imrabat, Sliema St. Michael Pharmacy Misraħ tat-Transfigurazzjoni, Lija Naxxar Pharmacy Vjal il-21 ta' Settembru, Naxxar Brown's Village Pharmacy Main Street, Mellieħa Sonren Pharmacy Triq iż-Żejtun, Tarxien Brown's Pharmacy No. 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi (previously "Kalkara Pharmacy"), Kalkara Medicor Pharmacy Triq Carmelo Ritchie, Xgħajra Blossoms Pharmacy Triq il-Gurgier, Birżebbuġa St. Andrew's Pharmacy 25, Triq Dun Pawl, Luqa The Bypass Pharmacy Mons. Mikiel Azzopardi Street, Siġġiewi Ideal Pharmacy 63, Triq il-Kbira, Rabat Palm Pharmacy 2, Triq Palma, Victoria, Gozo Sokkors Pharmacy Triq San Girgor, Kerċem, Gozo Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ TEMP: Il-Bicca l-Kira Msaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Lvant għax-Xlokk forza 2 għal 3 li jsir varjabbli BAĦAR Ħafif L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ TEMP: Il-Bicca l-Kira Msaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba, lokalment moderata għall-ewwel RiĦ: Lvant għall-Grigal forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir mil-Lvant għax- Xlokk lokalment forza 4 BAĦAR Ħafif TM twissi kontra l-għawm fil-Ħoffriet f 'Delimara hekk kif qed jaqa' l-blat MA jistax isir għawm f 'parti mill-bajja ta' Xrobb l-Għaġin, fiż-żona magħrufa bħala il-Ħoffriet f 'Delimara. Dan ħabbritu Transport Malta lbieraħ filgħodu hekk kif wissiet ukoll biex dgħajjes u bċejjeċ oħra tal-baħar ukoll iżommu 'l bogħod minn din iż-żona. Fl-aħħar jiem waqa' ammont ta' blat mit- Tieqa tal-Ħofriet u hemm il-periklu li jerġa' jiġri l-istess. L-Awtorità ħarġet avviż lill- baħħara biex tiddikjara din iż-żona bħala żona pprojbita. Transport Malta tappella lill-pubbliku biex iżomm 'il bogħod mill- kosta viċin din it-tieqa. L-ewwel proġett tal-Fondazzjoni Classique: Music+ ILFONDAZZJONI Classique hija entità kulturali li topera mingħajr qligħ ta' flus u li għandha l-għan li tippromovi l-kultura billi minn żmien għal żmien torganizza attivitajiet mużikali tal-ogħla livell. Dawn l-aħħar snin kienet il-moħħ wara kunċerti ta' livell bis- sehem ta' artisti lokali u barranin magħrufa kif ukoll l-Orkestra Nazzjonali. Din is-sena nsibuha bi proġett ġdid bit-tnedija tal-ewwel edizzjoni ta' Mini-Festival imsejjaħ MUSIC+ MUSIC+ se jkun jikkonsisti f 'esebizzjonijiet minn artisti lokali u barranin, master classes f 'diversi strumenti, workshops għall-istudenti tal- iskejjel primarji, taħditiet u fl-aħħar lonferenza. MUSIC+ se tibda l-Ġimgħa 28 ta' Settembru 2018 b'esebizzjoni minn Edlira Shkurti (vjolin) u Erga Halilaj (pjanu), it-tnejn mill-Albanija. Tal-ewwel hija membru tal-RTSH Orchestra ta' Tirana l-Albanija waqt li tat-tieni barra li hija wkoll membru fl-istess Orkestra, hija Visiting Professor fl-Università tal-Arti fil-belt ta' Tirana. Wara jiġu tliet esebizzjonijiet oħra: l-ewwel waħda l-għada s-Sibt 29 ta' Settembru mill-pjanista żagħżugħ Għawdxi Francis James Camilleri; kunċert ieħor l-għada l-Ħadd 30 ta' Settembru bis-sehem ta' Laura Magistrelli (klarinett) u Marina degl'Innocenti (pjanu), it-tnejn li huma mill-Italja. Ta' min jgħid li Magistrelli hija Professur tal-klarinett fil-Konservatorju Giuseppe Verdi ta' Milan. It-tielet kunċert sa jsir il-Ħadd 28 ta' Ottubru bis-sehem Brendan Ball (kurunetta) li jdoqq mal-Orkestra Filarmonika ta' Malta, u l-pjanista Elaine Mercieca. Dawn iż-żewġ solisti se jdoqqu l-World Premiere Deconstructed Images ta' Alan Cassar. Barra għadd ta' klassiċi, min se jattendi se jkollu ċ-ċans ukoll li jisma' mużika ta' kompożituri lokali. Il-kunċerti kollha sa jsiru fis-sala tal-Ministeru għal Għawdex ir- Rabat u jibdew fis-7.30pm. Laura Magistrelli, Edlira Shkurti, u Erga Halilaj, matul in-nofstanhar ta' filgħodu tas-Sibt 29 ta' Settembru se jkunu qegħdin jagħtu master classes fil-klarinett, vjolin u pjanu rispettivament. Dawn il-lezzjonijiet se jsiru fil-Gozo Visual and Performing Arts School fix-Xewkija. Se jsiru wkoll żewġ workshops oħra għal tfal mill-iskejjel Primarji - Opera 4 Kids - li sa jitmexxew minn Ms Sarah Spiteri. Dawn se jsiru l-Ħamis 4 ta' Ottubru. L-għada l-Ġimgħa 5 ta' Ottubru, fis-7.30pm Dr Abraham Borg, fis-Sala tal-Ministeru għal Għawdex se jitkellem dwar l-Opra f 'Malta. MUSIC+ jasal fi tmiemu bil-Konferenza 'Il-futur tal-Opra f 'Malta' fi fiha jieħdu sehem rappreżentanti mill-entitajiet kollha li huma nvoluti fil-produzzjonijiet operistic fil-gzejjer Maltin. Imexxi d-diskussjoni Dr Paul Xuereb u din l-attività interessanti se tkun indirizzata wkoll minn Ms Cecilia Xuereb u s-sopran internazzjonali Miriam Gauci. Din il-Konferenza se ssir il-Ġimgħa 9 ta' Novembru 2018 fic-Circolo Gozitano, Pjazza Savina, Victoria fis-7.30pm. Tkun bil-Malti u importanti li wieħed jirreġistra biex ikun jista' jattendi. Id-Direzzjoni artistika ta' MUSIC+ hija f 'idejn Joseph Debrincat L-attivtajiet kollha huma bla ħlas. MUSIC+ qed ikun sostnut bl-iskema "Ministry for Gozo NGO Assistance Scheme" programm ta' finanzjarjament għall-Organizzazzjonijet Voluntarji f 'Għawdex. Għal iktar dettalji tistgħu tikkuntattjaw: musicplusgozo@gmail.com. Tistgħu wkoll iċċemplu: 79703288 / 99487341

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 9 2018