Illum previous editions

Illum September 9 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum Il-Ħadd 09 ta' Settembru 2018 'Ninsab kuntent li ngħaqadt mal-akbar klabb f'Malta' - Bojan Kaljevic Minn Cristian Antony Muscat PROPJU fl-aħħar ġurnata tas-suq tat- trasferimenti, jiġifieri nhar il-31 t'Awwissu, Valletta rnexxielhom jagħmlu akkwist importanti tal-aħħar minuta meta laħqu ftehim ma' Balzan biex jakkwistaw lill-attakkant Bojan Kaljevic. Il- Beltin kellhom bidu negattiv fil-kampjonat hekk kif tilfu l-ewwel żewġ logħbiet kontra Sliema Wanderers u Hibernians. Kaljevic iffirma l-kuntratt ta' tliet snin fil- preżenza tal-President ta' Valletta Victor Sciriha, il- Kap Eżekuttiv Alexander Fenech kif ukoll ta' Ghassen Ben Slimane, Mohamed Al Fahim u Ali Mohamed Saeed f 'isem Sanban Business Investment. Dan l-akkwist se jkompli jsaħħaħ l-attakk Belti hekk kif f 'dan is-suq tat-trasferimenti diġà akkwistaw lil Mario Fontanella kif, lill-midfielder offensiv Bogdan Gavrila u l-goalkeeper Yenz Cini. Kaljevic kien inġab f 'pajjiżna minn Mosta fil-bidu tal-istaġun 2013/2014 wara li ngħaqad magħhom mingħand Mladost Podgorica. Hu stabilixxa ruħu bħala wieħed mill-aqwa attakkanti tal-Kampjonat Premier, tant li ġibed l-interess ta' diversi timijiet. F'Jannar tal-2015 l-attakkant ta' 32 sena ngħaqad ma' Balzan u magħhom kien l-attakkant ewlieni fil- mira ta' Balzan li jirbħu l-kampjonat. Hu kellu impatt immedjat ma' Balzan fejn skorja 12-il gowl fil-kumplament tal- istaġun 2015/2016. Wara li fl-istaġun ta' wara kien kostrett li jilgħab ftit minħabba li weġġa', Kaljevic spiċċa bħala l-aqwa skorer fl-istaġun 2016/2017 b'total ta' 23 gowl. L-istaġun li għadda l-Montenegrin ukoll kien importanti biex Balzan baqgħu jissieltu għar-rebħ tal-kampjonat sal-aħħar ġurnata b'14- il gowl skorjat. Matul dan l-istaġun hu skorja darbtejn fl-Europa League. L-ILLUM tkellmet ma' Bojan Kaljevic innifsu fejn tana dawn il-kummenti esklussivi: "Ninsab kuntent li ngħaqadt mal-akbar klabb f 'Malta. Qed jistennewni sfidi u responsabbiltajiet kbar. Se nagħmel l-aħajr tiegħi biex inreġġa' lura l-fiduċja tan-nies li ngaġġawni ma' Valletta. Rigward il-partiti kontra Balzan li fihom se nilgħab bil-flokk ta' valletta, m'hemmx dubju li se nkun emozzjonat inħabba l-fatt li hemmhekk qattajt erba' snin li huwa perjodu ta' żmien twil, iżda meta jibdew il-partiti, jien se nkun professjonali u nilgħab b'mod normali bħalma nagħmel kontra kull tim li naffronta!" Ritratt - Valletta FC Bojan Kaljevic fil-preżentazzjoni uffiċjali tiegħu ma' Valletta FC 'Ma' Roma Nuoto, ħa niddedika l-energija kollha tiegħi għall-waterpolo' - Jordan Camilleri Minn Cristian Antony Muscat IL-PROGRESS ta' Malta fil-waterpolo ngħata konferma oħra hekk kif fl-istaġun li ġej Jordan Camilleri se jkun qed jibda esperjenza fil-kampjonat Taljan A1 ma' Roma Nuoto, il-klabb li miegħu proprju jilgħab ħuh Stevie Camilleri. Għal Jordan Camilleri din se tkun l-ewwel esperjen- za tiegħu fil-karriera barra l-pajjiż. Minbarra l-pariri ta' Stevie Camilleri, Jor- dan ġibed l-interess wara li għat-tieni edizzjoni konsekuttiva kien parti mit-tim Malti fil-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew. Camilleri li għandu 25 sena hu plejer versatili, iżda bla dubju li wieħed mill-aktar pożizzjonijiet li jispikka fihom hi fid- difiża. Bħalissa Jordan qed ikun wieħed mill- aħjar plejers fil-kampjonat tas-sajf, b'Neptunes jisfidaw għar-rebħ tal- kampjonat. F'kumment lis-sit uffiċjali ta' Roma Nuoto, il-Presi- dent Nicolò Cristofaro qal li jinsabu kuntenti ħafna li Jordan Camilleri aċċetta l-proposta tagħhom. Hu qal li impressjonawh id-determinazzjoni u x-xewqa li dejjem wera li jmur Ruma. Cristofaro jinsab konvint li se jagħti għajnuna kbira lit-tim u jidħol eżatt mal-iskwadra li bnew. F'kummenti esklussivi mal-ILLUM, Jordan Ca- milleri, saħaq li: "Din se tkun esperjenza ferm dif- ferenti u eċitanti għaliex ser nieqaf għal sena mill- impjieg tiegħi bħala tabib fejn ilni b'dan l-irwol għal dawn l- aħħar erba' snin u ser nagħmel sena nilgħab ma' tim bħala plejer pro- fessjonali. Hija xi ħaġa li qatt ma stennejt li ser tiġri għar-raġuni li jien inqatta' ħafna ħin ix-xogħol u għal din ir-raġuni qatt ma ħsibt li ser tiġini din l-opportu- nità. Dejjem ħdimt u trejn- jajt biex dejjem nitjieb fil-livell tal-waterpolo li nilgħab fih. Ilni nilgħab ma' ħija mat tim tan-Nep- tunes għal dawn l-aħħar 11-il sena, it-tnejn li aħna nilagħbu logħba differenti fil-pożizzjoni tagħna però dejjem ammirajt lil ħija li kien l-uniku plejer Malti li ilu jilgħab barra minn xtutna għal dawn l-aħħar 11-il sena, u nħossni onorat li ser inkun qed nilgħab mal-istess tim fuq livell internazzjonali. Bħalissa, qegħdin naħdmu fuq l-aħħar preparamenti tat-tieġ. Għadni qed naħdem ukoll u nittrejnja u nilagħbu kuljum jiġifieri l-ħajja kompliet għaddejja normali. Ninsab eċitat ħafna għall-ġurnata tat- tieġ u l-ħajja miżżewġa kif ukoll l-esperjenza tiegħi f' Ruma. Meta ħa nkun Ruma, ħa niddedika l-energija koll- ha tiegħi għall-waterpolo sabiex inkun nista' nieħu l- massimu minn din l- esperjenza." Jordan Camilleri jifraħ wara li skorja gowl kontra l-Belarus fi Frar li għadda Ritratt - Martin Agius Photography

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 9 2018