Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343
14 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 09 ta' Settembru 2018 ĦAJJITNA naħdmu sabiex tasal dik il-ġurnata li tant inkunu ilna nistennew, il- ġurnata tal-irtirar. Iż-żmien fejn fl-aħħar ikollna ċans nistrieħu wara ħafna tbatija sabiex naqilgħu l-ħobża ta' kuljum. Jekk jirnexxilek tasal f 'dan l-istadju tal-ħajja, tkun tista' tgawdi ftit minn dawk il-flus li tteħdulek ma' kull paga li min jaf kemm kont tara żejda. Ħin għal dik il-vaganza twila li qatt ma kellek ċans tmur, jew li ddur d-dinja bħala xewqa tal-aħħar. Kollox jinstema' sabiħ, bħallikieku lanqas se jifdallek nitfa nkwiet meta tilħaq din l-età. Il-mistoqsija tkun jekk xi darba tassew inkunux nistgħu ngħixu komdi hekk jew jekk din hi biss ħolma. Din il-gazzetta tkellmet mal-Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti u ddiskutiet diversi fatturi li qed iħallu impatt fuq l-pensjonanti f 'pajjiżna fosthom ir-riskju ta' faqar. Fil-fatt, rapport ippubblikat mill-Kummisjoni Ewropea (Pension Adequacy Report 2018) li jispeċifika fuq id-dħul fost l-anzjani fl-Unjoni Ewropea, jitkellem dwar il-faqar fost l-anzjani f 'Malta. Dan ir-rapport jgħid li għalkemm il-pensjoni f 'Malta tipproteġi kontra faqar assolut, dan id-dħul mhux biżżejjed. Minħabba din il-problema bosta anzjani qed jaffaċċjaw diffikultajiet biex iwasslu sal-aħħar tax- xahar. Dan ir-rapport jgħid li d-dħul medju għal persuni ta' 65 sena jew iktar, naqas bejn l-2008 u l-2016. In- nisa tal-istess età huma fost il-maġġoranza li qed isofru minn dan in-nuqqas fid-dħul. L-AROPE (at-risk-of-poverty or social exclusion) maħruġ mill-Uffiċċju tal-Istatistika f 'Malta, jikkalkula l-faqar. Dan l-indikatur fl-2017, wera li kien hemm żieda ta' 0.8% fost persuni 'l fuq minn 65 sena meta kkomparata mas-sena ta' qabel. Fl-2017 kien hemm total ta' 19,971 persuna ta' 'l fuq minn 65 sena li kienu jinsabu f 'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali f 'Malta. Meta dan l-ammont jinqasam bejn nisa u rġiel, wieħed jinnota li n-nisa bit-total ta' 11,281 kienu l-aktar f 'riskju b'dawk irġiel ikunu 8,689. Fost dawn 6,082 minnhom huma persuni li jgħixu f 'residenza waħedhom. L-Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti b'għan li joffru għajnuniet lill-pensjonanti Maltin L-ILLUM tkellmet ma' Louis Cilia, president tal-Għaqda Nazzjonali tal- Pensjonanti f 'Malta li ilu f 'din il-kariga għal dawn l-aħħar sena u nofs. Din l-għaqda ilha attiva sa mill- 1970 u hija membru attiv fl-AGE Platform Europe. Fost l-oħrajn tieħu ħsieb li jsiru laqgħat tal-kunsill minn tal- inqas darba fix-xahar. F'dawn il-laqgħat jiġu diskussi temi li jikkonċernaw problemi tal-anzjani bl-għan li tittieħed azzjoni. Din l-għaqda jkollha laqgħat mal-awtoritajiet tal- gvern u ministeri biex jiġu mressqa ideat ġodda bl-iskop li tittejjeb il-ħajja tal- Kważi 20,000 anzjan ta' iktar minn Sarah Debattista L-Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti f 'Malta b'disa' proposti għall-baġit tal-2019 għal aktar ġustizzja fost il-pensjonanti