Illum previous editions

Illum September 9 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 09 ta' September 2018 | illum Tiġrijiet barra minn xtutna huma ħafna iktar diffiċli u kompetittivi. Il-livell huwa totalment differenti. Minkejja dan, irnexxieli nikseb podiums u anke rebħiet fi Franza, l-Italja u anke fil-kontinent tal-Asja. Tliet ġimgħat ilu ħadt l-ewwel rebħa uffiċjali barra minn xtutna fit-trail league ta' Sqallija. Din hija rebħa storika għax s'issa l-ebda Malti ma qatt rebaħ barra minn xtutna f 'dan l-isport. L-iktar kompetizzjoni li tibqa' għal qalbi hija l-Mountain Running World Championships fejn is-sena l-oħra b'unur ilbist il-flokk nazzjonali. Il-ħolma tiegħi hija li pajjiżna ma jibqax jiġi minn tal-aħħar postijiet f 'dan l-isport u jirnexxili nwassal isem Malta f ' rankings ogħla fuq livell internazzjonali. Dan l-isport kif jiddiversifika minn dixxiplini oħra tal-atletika? Dan l-isport huwa pjuttost riċenti, fejn kompetizzjonijiet bdew madwar 40 sena ilu. Oriġinarjament, l-isfida kienet sempliċiment min jirnexxilu jitla' muntanja u jinżilha fl-inqas ħin possibbli. Illum il-ġurnata dan l-isport sploda u hemm mijiet ta' tiġrijiet lokali u internazzjonali b'eluf ta' atleti jipparteċipaw. Minkejja dan, l-isport mhux rikonoxxut mill- Olimpjadi u din hija l-ikbar differenza mill- atletika tradizzjonali. Apparti hekk, differenza sostanzjali hija l-libertà u l-konnessjoni li dan l-isport jagħtik man-natura u l-ambjent ta' madwarek. Tiġrijiet fuq l-imħarbat m'għandhomx distanzi fissi bħal ngħidu aħna 10,000 metru jew nofs maratona ta' 21,100 metru, imma d-distanzi huma varjati u jibqgħu telgħin sa 160km. X'tikkummenta fuq il-fatt li dan l-isport f 'Malta meta kkumparat ma' pajjiżi oħra għadu mhux daqshekk popolari? Peress li dan l-isport oriġina fil-muntanji u foresti fejn hemm kilometri twal ta' trails, pajjiżna huwa limitat minn dan l-aspett allura mhix fil-kultura tagħna bħala Maltin li niġru fl-imħarbat u fil-kampanja. Biss però, diversi nies qed jiskopru l-ġmiel u l-paċi li dan l-isport jagħtik meta tqatta' ħin teżerċizza fin-natura. Apparti hekk, illum tista' tixtri żraben u ħwejjeg lokalment apposta għal dan l-isport. F'Malta hawn biżżejjed lokazzjonijiet fejn tista' tipprattika dan l-isport? Qed ngħid dan minħabba li t-territorju Malti huwa wieħed kemxejn ċatt. Minkejja li l-gżejjer Maltin huma żgħar, hawn diversi postijiet u mogħdijiet bellezza biex tiġri fuqhom u tgawdi l-veduti. Għadni sal-lum il-ġurnata niskopri rotot ġodda kemm f 'Malta kif ukoll f 'Għawdex. Vera li m'għandniex muntanji imma għandna diversi għoljiet li xorta jgħinuni nsaħħaħ il-muskoli bżonjużi għal dan l-isport. Meta jkolli taħriġ speċifiku fuq għoljiet, ikolli nitla' u ninżel l-istess għolja diversi drabi. Spiss niġri t-taraġ tar-Riviera 15-il darba, jew it- telgħa ta' Għar Lapsi erba' darbiet. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek f 'dan l-isport? Ilni niġri tliet snin u nofs, dan hu biss il-bidu! Trail running huwa l-passjoni tiegħi. Meta nilbes iż-żarbun tal-ġiri, huwa l-ħin fejn inħossni paċi miegħi nnifsi, nirrilassa, u fl-istess ħin nehda fi sport li jżommni f 'saħħti kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Bħalma semmejt diġà, nixtieq li jekk ikolli x-xorti nilbes il-flokk l-aħmar tan-nazzjonal, u nġib lil pajjiżna f ' pożizzjonijiet iktar rispattabli. Apparti minn hekk, fis-snin li ġejjin beħsiebni nżid id-distanzi li nikkompeti fihom. Bħalissa, id-distanza ideali tiegħi hija bejn l-20 u t-30 kilometru, imma maż-żmien nixtieq nibda nikkompeti fuq distanza itwal bejn is-60 u l-100 kilometru. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li jixtiequ jibdew jipprattikaw dan l-isport. Kulma trid żarbun komdu, u erħilha 'l barra esplora l-ġmiel tal-kampanja. Dik l-emozzjoni ta' wara l-ġirja, jew meta tara xena sabiħa quddiemek tgħinek tagħraf li ħafna affarijiet sbieħ fil- ħajja huma b'xejn u tista' tiksibom faċilment jum wara l-ieħor. Il-ħajja tal-lum tinvolvi ħafna ħin bilqiegħda l-iskola jew ix-xogħol, u għal din ir-raġuni li tiċċaqlaq kuljum huwa kruċjali! Fil-ħajja dejjem isma' minn li tgħidlek qalbek u agħmel dak li jogħġbok. Wettaq il-ħolm li għandek għax darba ngħixu! tgħidlek qalbek u agħmel dak li jogħġbok' "Kulma trid żarbun komdu, u erħilha 'l barra esplora l-ġmiel tal-kampanja. Dik l-emozzjoni ta' wara l-ġirja, jew meta tara xena sabiħa quddiemek tgħinek tagħraf li ħafna affarijiet sbieħ fil- ħajja huma b'xejn u tista' tiksibom faċilment jum wara l-ieħor. Il-ħajja tal-lum tinvolvi ħafna ħin bilqiegħda l-iskola jew ix- xogħol, u għal din ir-raġuni li tiċċaqlaq kuljum huwa kruċjali! Wettaq il-ħolm li għandek għax darba ngħixu!" Huwa l-aqwa trail runner ta' Malta u jikkompeti kemm lokalment kif ukoll fuq livell internazzjonali. Jirbaħ il-maġġoranza tat-trail runs organizzati f 'Malta u jikseb riżultati eċċellenti f 'avvenimenti internazzjonali. Rebaħ ukoll l-aħħar tliet edizzjonijiet tat- tellieqa msejħa 'The Grid' li hija l-unika waħda msejħa OCR (Obstacle Course Race) lokalment. Fl-aħħar ta' Ġunju li għadda, irrappreżenta lil Malta fil-European Mountain Running Championshps li saru fil-Maċedonja. RYAN FARRUGIA Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 9 2018