Illum previous editions

Illum September 9 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 09 ta' Settembru 2018 | illum stuprati u jfittxu l-għajnuna jħossuhom mifxula għax iweħħlu fihom infushom li ma kinux kapaċi jipproteġu lill-vittma." Propju għalhekk li s-servizzi ta' Victim Support Malta jestdendu wkoll għall-familja u l-qraba tal-vittma. U jekk ikun hemm riskju ta' HIV jew marda oħra? Ġieli kellkom każijiet fejn vittmi ta' stupru spiċċaw mardu b'mard trasmess sesswalment? Tabone wieġbet li fortunatament, f 'erba' snin min kemm ilha topera l-organizzazzjoni, qatt ma ltaqgħu ma' vittmi li żviluppaw marda trasmessa sesswalment wara stupru. Dan ma jfissirx li l-biża' ma tkunx qiegħda hemm, aktar u aktar jekk min wettaq l-istupru ma jkunx magħruf jew inkella jkun għeb. Fil-fatt teżisti mediċina, HIV – Post-Exposure Prophylaxis, li l-għan tagħha huwa li tilqa' f 'każ li jkun hemm ċans li persuna misset mal-marda. Iżda fi kliem Tabone, din il-mediċina hija trawma fiha nnifisha. "Marbuta magħha hemm ħafna effetti diffiċli, fosthom uġigħ, hormone imbalance, tibdil fil- burdati u nuqqas ta' aptit," kompliet tispjega. Il-mediċina tikkonsisti f 'kors pirmli li jiswa €600 u tittieħed għal sitt ġimgħat. 'Ma kellniex idea li hawn daqstant każijiet ta' suwiċidju' Iżda ma' Tabone ma tkellimniex biss dwar il-vittma tal-istupru, hekk kif fil- ġimgħat li ġejjin Victim Support Malta se tkun qed tniedi servizzi ġdid immirat għall-persuni li ġieli kkontemplaw jew inkella ppruvaw jagħmlu suwiċidju. Mal-ILLUM Tabone qalet li meta ħabbru s-servizz ma kellhomx idea li l-każi ta' suwiċidju jew inkella l-attentat tiegħu, kienu daqshekk komuni. Spjegat kif minn meta ħabbru s-servzz irċevew ħafna referenzi mingħand il- Pulizija u fi ftit xhur il-każi li ntalbu jassistu fihom telgħu ftit mhux ħażin. "L-ammont huwa sinifikanti," saħqet Tabone u anke f 'dan il-każ in-numru tal- vittmi ma jista' qatt ikun ċar għax ikun hemm imwiet, bħal fil-każ ta' overdose, fejn ma jkunx jista' jiġi indikat fiċ-ċert jekk mewta seħħitx b'inċident jew inkella apposta. "Kien hawn vojt fis-servizz għal dawn il-vittmi," kompliet Tabone. Fil-jiem li ġejjin il-voluntiera ta' Victim Support Malta se jkunu qed jirċievu taħriġ biex joffru appoġġ speċjalizzat lil dawn il-persuni. L-organizzazzjoni se tkun qed toffri servizz ta' appoġġ kemm individwali jew inkella fi grupp u l-persuna se titħalla tagħżel hi x'tippreferi. Is-servizz se jkun estiż ukoll għal dawk li jkunu tilfu lil xi ħadd mill-familja b'suwiċidju. Kif tista' tgħin lil Victim Support Malta? Il-professjonisti kollha li jiffurmaw Victim Support Malta jaħdmu fuq bażi volontarja u għaldaqstant, apparti r-riżorsa umana, id-donazzjonijiet jibqgħu importanti ħafna: Jekk tixtieq tagħti donazzjoni lil Victim Support Malta tista' ċċempel fuq: 50617313 għal donazzjoni ta' €2.33 50617916 għal donazzjoni ta' €4.66 50619246 għal donazzjoni ta' €11.65 Għandek bżonn l-għajnuna? Jekk sfajt vittma ta' reat kriminali jew tħoss li għandek bżonn l-għajnuna għax xi ħadd mill-familja tiegħek safa vittma tista' ċċempel lil Victim Support Malta fuq 2122 8333. Tista' wkoll tibgħat email fuq: info@victimsupport.org.mt Aktar tagħrif dwar is-servizzi offruti minn Victim Support Malta jista' jinkiseb minn fuq is-sit tal-NGO www.victimsupport.org.mt jew inkella l-paġna ta' Facebook Victim Support Malta Jitlesta l-proġett fl-arterja prinċipali u r-'roundabouts' ta' Ħaż-Żebbuġ ILMINISTERU għat- Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali jħabbar li Infrastructure Malta temmet it-titjib taż-żewġ roundabouts prinċipali f 'Ħaż-Żebbuġ kif ukoll tat-triq arterjali ta' bejniethom, Triq l-Imdina. Dan l-investiment ta' €0.5 miljun jikkonsisti fid-disinn u l-bini mill-ġdid taż-żewġ roundabouts prinċipali ta' din il-lokalità, jiġifieri dik ta' ħdejn il-Bieb De Rohan u dik ta' fejn l-iskola St Dorothy's, kif ukoll twessigħ u disinn aħjar tat-triq ta' bejniethom. Il-proġett tlesta fi ftit inqas minn xahrejn u rriżulta mhux biss f 'aktar effiċjenza u sigurtà, iżda anke f 'aktar faċilitajiet għal mezzi alternattivi tat-trasport. Fi promozzjoni ta' rispett fit-triq u intermodalità, dan il-proġett daħħal ukoll diversi kunċetti ġodda f 'Malta, kunċetti li huma favur iċ-ċikliżmu. Minbarra l-użu ta' sharrows biex javżaw lis-sewwieqa u ċ-ċiklisti li waħda miż-żewġ korsiji 'l isfel ta' Triq l-Imdina u s-service road ta' ma' ġenbha fid-direzzjoni 'l fuq issa huma dedikati bħala korsija maqsuma ghaż-żewġ utenti tat-toroq, dan li-proġett jinkludi wkoll żviluppi oħra favur iċ-ċikliżmu. Il-pelican pedestrian crossings matul din it-triq ġew iddisinjati mill-ġdid biex jinkludu advance stop signs għaċ-ċiklisti. Dawn is-sinjali, li jinkludu parti miżbugħa ħadra dedikata għaċ-ċiklisti mal-ġnub tal-qsim jiżguraw li ċ-ċiklisti jkollhom l-ispazju neċessarju biex jieqfu u jistennew lin-nies jaqsmu t-triq b'mod sikur. Dawn jagħtuhom ukoll prijorità biex ikomplu jivvjaġġaw quddiem il-karozzi li jkunu qed jivvjaġġaw fl-istess direzzjoni malli t-traffic lights jaqilbu ħodor. Apparti dan, it-titjib li sar fuq ir-roundabout viċin tal-iskola St Dorothy's se jintroduċi wkoll sistema xierqa ta' korsiji għaċ-ċiklisti biex tiffaċilita l-użu tar-rota f 'din il-ħolqa. Dawn id-disinji qed jiġu implimentati bħala proġett pilota għall-iżvilupp eventwali ta' aktar faċilitajiet favur iċ-ċikliżmu f 'ħoloq oħra b'roundabouts fin-network tat- toroq Maltin. Dawn l-iżviluppi ġew diskussi ma' rappreżentanti tal-komunità taċ-ċiklisti waqt diversi laqgħat ta' konsultazzjoni li ttellgħu qabel l-implimentazzjoni tal- proġett. Ir-roundabout ta' Bieb De Rohan ingħatat disinn ġdid kif ukoll aktar approach lanes għal ħruġ aktar sikur u effiċjenti mit-toroq li jingħaqdu magħha, filwaqt li r-roundabout l-oħra tal-proġett iċċekknet b'disinn ġdid u ngħatat korsiji dedikati, magħrufa bħala bypass lanes, favur sigurtà miżjuda u inqas konġestjoni. Fl-istess waqt, dawn l-arranġamenti qegħdin iwasslu għal ħruġ aktar sikur u b'inqas stennija għar-residenti li jridu jidħlu jew joħorġu minn Vjal il-Ħelsien, fiċ-ċentru ta' Ħaż-Żebbuġ. L-arterja prinċipali nnifisha li tgħaqqad iż-żewġ roundabouts—Triq l-Imdina—ġiet imwessgħa sabiex żdiedet korsija fid- direzzjoni 'l isfel. F'kumment dwar dan l-iżvilupp, il-Ministru għat- Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li "llum qegħdin naraw it-tmiem ta' proġett ieħor li qiegħed jimmitiga sitwazzjoni fejn kellna żewġ bottlenecks li kienu joħolqu pressjoni kemm fuq ir-raħal ta' Ħaż- Żebbuġ kif ukoll fuq it-toroq li jingħaqdu miegħu. Il-poplu għamel wisq snin ibati fi traffiku mhux neċessarju minħabba nuqqas ta' azzjoni minn amministrazzjonijiet preċedenti. Dak iż-żmien għadda, u nħares bil-ħerqa 'l quddiem għal aktar ħidma sfiqa li tibbenefika lill-poplu Malti u Għawdxi u tagħti lil pajjiżna l-infrastruttura tat-toroq li tixraqlu".

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 9 2018