Illum previous editions

Illum September 9 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 09 ta' Settembru 2018 | illum 'L-għażla li nibqa' nilgħab fis-Serje C kienet bl-għan li l-qabża nagħmilha b'bażi soda' - Zach Muscat Minn Cristian Antony Muscat ID-DIFENSUR internazzjonali Malti, Zach Muscat, qed ikompli bil-karriera tiegħu fl- Italja wara li laħaq ftehim ma' Pistoiese. Muscat li ghandu 24 sena, iffirma kuntratt ta' sentejn. Il-Kap tat-Taqsima Teknika Federico Bargagna ddeskriva lil Zach Muscat bħala l-plejer li kellu bżonn il-kowċ fid- difiża u qal li hu kuntent li għalqu dan it-trasferiment. Barbagna żied jgħid li Muscat għandu kwalitajiet tekniċi, tattiċi u karatterjali u jinsab ċert li se jkun ta' gwida għal sħabu. F'pajjiżna, Zach Muscat lagħab ma' Pietà Hotspurs u wara ngħaqad ma' Birkirkara. Id-difensur versatili kompla jilgħab fl-Italja għall-ewwel darba ma' Akragas f 'Jannar 2016 qabel ma ngħaqad ma' Arezzo fl-istaġun ta' wara. L-istaġun li għadda, Muscat lagħab 31 logħba. Mat-tim nazzjonali, Muscat sa issa laghab 26 logħba u skorja gowl. Zach Muscat esprima l-kuntentizza li laħaq ftehim ma' Pistoiese permezz ta' dawnn il- kummneti esklussivi li għadda lill-ILLUM. "Ninsab kuntent ħafna bl-interess li wera fija dan il-klabb - interess li beda f 'Jannar li għadda u baqa' sod sal-lum il-ġurnata. Kienet ir-raġuni ċentrali fuq liema bbażajt din id- deċiżjoni għaliex il-fatt li tkun apprezzat daqshekk minn klabb u speċjalment mill-kowċ hija xi ħaġa sabiħa u konferma tal- ħidma tiegħi tul dawn is-snin. Qed inħares 'il quddiem għal din l-esperjenza ġdida, biex niltaqa' mal- plejers, staff u sapporters ġodda ma' min inkun nista' nibni relazzjoni u flimkien naħdmu, nirbħu u nikkreaw atmosfera ta' esperjenza unika u skwadra rebbieħa. L-għażla li nibqa' nilgħab fis-Serje C kienet apposta biex ikolli sena fejn niżviluppa aħjar, niffoka fuqi nnifsi, u nkompli nibni CV li tirrifletti sena b'saħħitha bl-għan li l-qabża nagħmilha b'bażi soda!" Zach Muscat flimkien ma' diriġenti ta' US Pistoiese fl-Italja Exiles SC ikomplu jagħmlu isem fil-waterpolo lokali bir-rebħ tal-Kampjonat Minn Cristian Antony Muscat IL-KAMPJONAT tal- waterpolo femminili tas- sajf intemm il-Ħamis 30 ta Awwissu meta Exiles Elia Caterers rebħu lir-rivali tagħhom Sliema bl-iskor ta 10-7 ġewwa l-pitch tas- Sliema. Huma kienu diġà matematikament żguri mir-rebħ tal-kampjonat imma din ir-rebħa waslet biex it-team ta' Exiles rebaħ il-kampjonat għat-tieni sena konsekuttiva mingħajr ebda telfa. Għalkemm din l-istatistika tista' tagħti impressjoni li r-riżultat kien wieħed mistenni jew faċli, dan huwa ferm differenti minn dak li verament ġara għax it-tim ta' Exiles ta' din is-sena kien wieħed dif- ferenti minn dak tas-sena li għaddiet b'diversi tfa- jliet ġodda taħt is-16-il sena jingħaqdu ma' din l-iskwadra u jiddebuttaw din is-sena. Apparti minn hekk, Agnese Rella, plejer importanti li tilgħab ma' Exiles fis-sajf imma ma' tim Taljan fix-xitwa, weġġħet serjament f'inċident taf traf- fiku jumejn qabel il-bidu tal-kampjonat tas-sajf. Apparti dan, l-oppożizzjoni ssaħħet billi t-tim ta' Nep- tunes sfortunatament xolja u għalhekk ħafna mill-ple- jers ta' dan it-tim ingħaqdu ma' San Ġiljan u Sophie Camilleri ngħaqdet mas- Sliema. Dawn iċ-ċirkostanzi taw x'wieħed jifhem li t-tim ta' Exiles iddgħajjef u b' hekk naqas ċ-ċans li Exiles jerġgħu jirbħu l-Kampjonat. Madankollu, Exiles, taħt il-gwida tal-kowċ Gordon Zammit, użaw ix-xitwa kollha biex isaħħu l-plejers stabbiliti tagħhom filwaqt li wkoll jiġu ttrenjati dawn it-tfajliet ġodda li b'hekk setgħu jagħtu daqqa t'id fil-logħob tal-kampjonat tas-sajf. Wieħed irid itenni li għalkemm dan l-isport huwa ferm popolari fis- sezzjoni tal-irġiel, fin-nisa għad m'hemmx sostenn biżżejjed mill-klabbs biex iżid fil-popolarità. Exiles huwa l-uniku club li joffri taħriġ matul is-sena kollha b'mod regolari lit-tfajliet ta' kull età u fil-fatt Exiles mhux biss għandhom senior team li rebaħ il-kampjonat, imma għandhom ukoll Junior teams femminili li jistgħu jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet diversi. Il-livell tat-taħriġ huwa għoli biżżejjed li jwassal biex Exiles għandhom erba' tfajliet (Elena Borg, Agnese Rella, Kendra Navarro u Kela Zammit) b' esperjenza ta' logħob fil-Kampjonat Taljan u għadd ta' plejers promettenti li jistgħu jersqu biex jagħmlu dan il-pass fil-futur. Wieħed jawgura li dan l-isport jingħata l-impor- tanza dovuta u jibqa' jikber minn sena għall-oħra billi jiżdiedu t-timijiet flimkien mas-sostenn tal-klabbs innifishom u tiżdied ukoll il-konkorrenza mit-tfajliet. Plejers tat-tim tan-nisa ta' Exiles SC jiċċelebraw ir-rebħ tal-Kampjonat flimkien mal-kowċ Gordon Zammit Ritratt – BOV

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 9 2018