Illum previous editions

Illum September 9 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 09 ta' Settembru 2018 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Għaddew erba' snin minn meta tħabbar il-proġett tal-White Rocks u s'issa ma sar xejn, imma wieħed mill-investituri jaċċerta li din id-darba se jaslu... 'Żviluppi ġodda fil-ġimgħat li ġejjin' -Proġett White Rocks ERBA' snin wara li kien imħabbar u kważi sena wara li kien irrappurtat illi n-negozjati dwar it- trasferiment tal-art waslu fl-aħħar tagħhom, ma' din il-gazzetta Tony Zahra, wieħed mid-Diretturi ta' kumpanija li tifforma parti mill-konsorzju li rebaħ it-tender għall-proġett tal-White Rocks, assigura illi l-konsorzju u l-Gvern jinsabu qrib ħafna qbil. "Nista' nassigurak illi diskussjonijiet għadhom għaddejjin u nista' niżvela wkoll li se jkollna żviluppi importanti fil- ġimgħat li ġejjin," sostna Zahra f 'indikazzjoni illi l-konsorzju u l-Gvern resqu viċin qbil dwar il-prezz ta' kważi 450,000 metru kwadru ta' art illi se jħallas il-konsorzju. Dan biex fuq din l-art jibni l-proġett u b'hekk dan, sa fl-aħħar, jibda. Din mhix l-ewwel darba li kien aċċertat li l-Gvern u l-konsorzju ppreferut kienu waslu għal ftehim. F'Diċembru tal-2016, il- Ministru Chris Cardona kien qal illi l-proġett kien se jitnieda qabel l-elezzjoni ġenerali li saret f 'Ġunju 2017. Sa dakinhar ma tħabbar xejn. F'Novembru tal-2017, The Malta Independent, irrappurtat kif id- diskussjonijiet għadhom għaddejjin, bil-Ministru Cardona jinsisti li dawn 'waslu fi stadju avvanzat'. 10 xhur wara, il-proġett għadu la tħabbar u lanqas tnieda Zahra iżda, indika li din id-darba l-Gvern u l-konsorzju 'waslu' u qal li hu 'pożittiv ħafna'. Kienet il-kwistjoni tal- prezz tal-art illi żammet lura n-negozjati u l-proġett kollu kemm hu. Il-gazzetta The Malta Independent kienet ippubblikat storja illi fiha kien jingħad li l-Gvern se jbigħ l-art għall-prezz totali ta' €22 miljun, xi ħaġa li l-Ministeru ta' Chris Cardona ċaħad. Hu qal li l-valur tal-art huwa ħafna ogħla minn hekk. Mistoqsi mill-gazzetta ILLUM biex jelabora aktar dwar il-prezz li bih se tkun qed tingħata l-art tal-White Rocks, Zahra qal li fil-mument ma xtaq jiżvela xejn iżda ħeġġeġ lil din il-gazzetta biex tistenna ftit żmien ieħor sakemm jitħabbru l-aħħar żviluppi. Il-Malta Developers' Association kienet appellat lill-Gvern biex jitlob prezz kummerċjali għall-art li se jgħaddi lill-konsorzju. "Dan huwa importanti biex l-istat iħares il-ġid komuni u biex tiġi evitata kompetizzjoni inġusta bejn żviluppaturi," kienet sostniet l-MDA. Zahra, li huwa Direttur fil-kumpanija Alpine Group Ltd, saħaq illi l-proġett li mistenni allura jibda x-xogħol fuqu se jkun wieħed li ma jinvolvix bini għoli u wieħed li jattira l-ogħla livell ta' turisti. Din il-gazzetta bagħtet ukoll mistoqsijiet lill- Ministeru għall-Ekonomija, Kompetittività u Negozji Żgħar. Staqsiet fiex wasal il-proċess ta' evalwazzjoni tal-prezz tal-art u jekk il-Ministeru kellux data partikolari għal meta mistenni jintlaħaq il- ftehim. Sakemm morna għall- pubblikazzjoni iżda konna għadna ma rċevejniex risposta. Jekk dawn l-iżviluppi jseħħu kif qed jaċċerta Tony Zahra, dan se jkun erba' snin sħaħ minn meta beda l-proċess, hekk kif kien nhar it-23 ta' Ġunju 2014 li nfetħet 'Expression of Interest' li toffri 45 ettaru ta' art għal ideat 'moderni, kreattivi u innovattivi'. Il-Ministru Cardona kien sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet bil-veduta tal-White Rocks u fiha kien ħabbar dan l-iżvilupp 'esklussiv'. 11-il proposta kienu sottomessi għal proġett bil-konsorzju White Rocks Development Company (WRDC) jintgħażel bħala l-offerent preferut. Il-konsorzju huwa magħmul minn London&Regionel Holdings, li jinkludi lill-aħwa Livingstone, Alpine Group, Bonnici Brothers, Mizzi Holdings Ltd, l-investitur Michael Bianchi, Sea Estate Ltd u Elma Ltd. Is-sena l-oħra, il-gazzetta oħt Maltatoday kienet irrappurtat illi kien hemm differenzi bejn il-Gvern u l-konsorzju fuq il-prezz tal-art bil-possibilità li l-proġett ma jsirx. Fil-fatt l-istess gazzetta kienet qalet illi d-diskussjonijiet kienu waqfu, xi ħaġa li mill-ġdid l-Ministru Chris Cardona kien ċaħad. Hu kien qal li l-Gvern jippreferi jagħmel ftehim tajjeb qabel imexxi. Tony Zahra

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 9 2018