Illum previous editions

Illum September 9 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 09 ta' September 2018 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn it- Trail Running? M'ilux wisq - tliet snin ilu kont ngħix Chamonix, villaġġ fl-Alpi Franċiżi u l-kapitali dinjija tat-Trail running. Il-muntanji dejjem attirawni minn età żgħira u spiss kont inqatta' sigħat nimxi fuq it-trails fl-inħawi. Dak iż-żmien ma kontx għadni bdejt niġri imma kull meta kont nara trail runners niżlin il-muntanja jiġru qishom żiffa u jaqbżu fuq il-blat qishom ċriev kont nibqa' mbellah. Qbadt u xtrajt żarbun apposta tat-trail running u ftit ftit żvolġiet in-namra għal dan l-isport. Ħafna minn sħabi f 'Chamonix kienu wkoll trail runners u malajr ħassejtni parti minn familja ta' nies li jħobbu jqattgħu ħin fil- muntanji. Fil-ġimgħat li għaddew irbaħt 'The Grid' għat-tielet sena konsekuttiva'. Agħtina iktar dettalji. OCR (Obstacle Course Racing), minkejja li huwa sport relattivament ġdid f 'pajjiżna, qed jikseb popolarità sena wara oħra. 'The Grid' hija tiġrija ta' 13-il kilometru fuq terran varjat u mħarbat u fl-istess ħin work-out b'diversi ostakli matul il-korsa li jinkludu fost oħrajn, ostakli bi stil militari, ostakli fil-baħar, ġarr ta' tyres jew oġġetti tqal kif ukoll tisbit ma' ħitan, ħbula u containers. Madankollu, dan ma żammx lill-1,200 parteċipant li dis-sena pparteċipaw fit-tellieqa. Wara li rbaħt iż-żewġ edizzjonijiet preċedenti ta' 'The Grid', għal darb'oħra rbaħt din it-tiġrija f ' ħin rekord ta' 59 minuta u 54 sekonda u b'hekk sirt l-uniku atleta li għamilt din il-korsa intensiva f 'inqas minn siegħa. Dan it-tip ta' sport jisfidak fiżikament u psikoloġikament. Minn xhur qabel trid tibda taħriġ speċifikat kemm għall-ġiri ta' distanza twila kif ukoll biex jirnexxilek tagħmel l-ostakli mingħajr ma tikkawża injury. Ngħid għalija, it-tiġrija bdejt nipprepara għaliha mill-mument li applikajt sitt xhur ilu. Kien programm intensiv ta' taħriġ li f 'xi ġimgħat minnhom anke kien imiss l-10 sessjonijiet fil-ġimgħa. It-taħriġ jinkludi l-aktar ġiri – kemm fit triq, fit-trakka u anke fuq l-imħarbat. Barra minn hekk, ma jistax jonqos li tagħmel taħriġ speċifiku biex issaħħaħ il-parti ta' fuq ta' ġismek. Minn ġranet qabel id- data tat-tiġrija, trid tibda tipprepara ruħek psikoloġikament għall-isfida li twassallek din it-tip ta' tiġrija. Trid tkun iffukat mill- bidu sal-aħħar, u meta ġismek jibda jċedi, trid tagħti kollox speċjalment mentalment u ma ċċedix. Tiġrija bħal din litteralment iżżarmak u tagħsar minnek dak kollu li għandek. Dan l-aħħar suċċess f 'The Grid li kompla jikkonfermani bħala l-aqwa trail runner ta' Malta fisser sodisfazzjon kbir li temmejt l-istaġun tat-trail running u obstacle course racing b'rebħa oħra. Din tagħmilha r-raba' rebħa minn erba' tiġrijiet li kkompetejt fihom din is-sena f 'Malta f 'din it-tip ta' dixxiplina fl-atletika. Kuntent li ħarġitli prestazzjoni kif xtaqt fil-ġurnata tat-tiġrija. OCR jisfidak iktar min dixxiplini oħrajn tal-atletika u trid tkun iffukat mill- bidu sal-aħħar. Żgur li ma kinitx faċli, speċjalment il- pressjoni biex inżomm it-titlu ta' champion f 'din it-tiġrija għat-tielet sena konsekuttiva. Sodisfatt ukoll li rajt mijiet ta' parteċipanti kif ukoll il-kompetizzjoni tal-elite wave kulma jmur qed titjieb u tiġi aktar kompetittiva. Fl-isport tal-ġiri u l-atlelika, hemm formula sempliċi għas-suċċess; iktar ma tittrejnja u tieħu t-taħriġ bis- serjetà, iktar tissaħħaħ u ġġib riżultati tajbin. Apparti hekk, trid tiekol tajjeb u tistrieħ biżżejjed, u ma jonqosx li tillimita l-ammont ta' ħruġ u sagrifiċċji oħra f 'ħajtek biex it-taħriġ jieħu prijorità. B'din il-mentalità, ngħix u nitrenja kuljum u nirringrazzja lil Alla, ir-riżultati għadhom ġejjin. Meta nara li ilni niġri biss tliet snin, inħossni xxurtjat li diġà qed nikseb riżultati pożitivii kemm f ' pajjiżi kif ukoll barra minn xtutna. Inħoss li fejn wasalt s'issa huwa biss biċċa żgħira mill-muntanja li fadalli x'nitla', u fadalli ħafna fejn nista' ntejjeb il-wirja atletika tiegħi. Nirringrazzja minn qalbi lill-isponsors li kulma jmur qed juru iktar interess fl-isport Malti, fosthom Teamsport, Garmin Malta u Phone Refix. Fl-aħħar ta' Ġunju li għadda, irrappreżentajt ukoll lil Malta fil- European Mountain Running Championshps li saru fil-Maċedonja. Int irbaħt diversi unuri kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment f 'dan l-isport. Agħtina iktar dettalji. Il-fatt li Malta hija limitata mill- mogħdijiet fil-kampanja, din ma żżommnix milli nitrenja ta' kuljum. It-taħriġ tiegħi jinkludi wkoll ġiri fit-triq kif ukoll fit-trakka, u xi jiem fil-ġimgħa darbtejn kuljum. Fi kwalunkwe sport, it-taħriġ u d-dixxiplina fit-taħriġ hija l-qofol tas- suċċessi. Hekk kif tibda tieħu t-taħriġ bis-serjetà, ir-riżultati jibdew ġejjin favurik. Tul dawn l-aħħar snin irbaħt kwazi kull tiġrija trail f 'pajjiżna. Il-kompetizzjoni u anke n-numru ta' parteċipanti qiegħed kulma jmur jikber u jiżdied, u din tawgura tajjeb biex il-livell jibqa' jitjieb. 'Fil-ħajja dejjem isma' minn li tgħidlek Cristian Antony Muscat Ryan Farrugia - Iktar magħruf bħala 'Ryan Mex' huwa l-aqwa trail runner ta' Malta u jikkompeti kemm lokalment kif ukoll fuq livell internazzjonali. Huwa jirbaħ il-maġġoranza tat-trail runs organizzati f 'Malta u jikseb riżultati eċċellenti f 'avvenimenti internazzjonali. Huwa rebaħ ukoll l-aħħar tliet edizzjonijiet tat-tellieqa msejħa 'The Grid' li hija l-unika waħda msejħa OCR (Obstacle Course Race) lokalment. "Fl-isport tal-ġiri u l-atlelika, hemm formula sempliċi għas-suċċess; iktar ma tittrenja u tieħu t-taħriġ bis-serjetà, iktar tissaħħaħ u ġġib riżultati tajbin. Apparti hekk, trid tiekol tajjeb u tistrieħ biżżejjed, u ma jonqosx li tillimita l-ammont ta' ħruġ u sagrifiċċji oħra f 'ħajtek biex it-taħriġ jieħu prijorità. B'din il-mentalità, ngħix u nitrejnja kuljum u nirringrazzja lil Alla, ir-riżultati għadhom ġejjin."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 9 2018