Illum previous editions

Illum September 9 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 09 ta' Settembru 2018 'Sidien li jikru lit-turisti għandhom isegwu r-regoli tal-akkomodazzjoni' Dwar il-fatt li kull sena qed jiżdiedu t-turisti li jagħżlu li joqogħdu f 'akkomodazzjoni mikrija u mhux f 'lukandi, il- gazzetta ILLUM tkellmet mal-Kap Eżekuttiv tal- Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA), Andrew Agius Muscat, li ddeskriva dan bħala "fenomenu popolari kullimkien u li ma tistax twaqqfu." Mistoqsi jekk hijiex kwistjoni ta' flus, Agius Muscat qal li x'aktarx il-flus ma għandhomx x'jaqsmu għax ftit li xejn ikun hemm differenza fil- prezz. Minkejja kollox, il-kiri tal-flats qed isir iżjed popolari fost it-turisti u għalhekk meta jiġu biex jibbukkjaw, ħafna qed jagħżlu li jagħmlu bħal ħaddieħor u jikru flat, farmhouse jew villa. Kien hawn li saħaq li ġaladarba dawn qed isiru dejjem aktar popolari fost it-turisti, għandu jiżdied aktar l-infurzar biex ikun assigurat li anke dawn l-akkomodazzjonijiet ikunu rregolati. Andrew Agius Muscat insista li s-sidien tal- flats, il-farmhouses jew akkomodazzjonijiet oħra għandhom isegwu r-regoli tal-akkomodazzjoni, bħar- reġistrazzjoni, il-ħlas tat- taxxa u anke jimplimentaw miżuri ta' saħħa u sigurtà, liema regolamenti huma marbuta bihom is-sidien tal-lukandi, guesthouses, bed & breakfast u oħrajn. "Jekk mhux se jkun assigurat li dawn ikunu rregolati se jkun hemm nuqqas ta' level playing field," insista Agius Muscat. Saħaq li jekk mhux se jkun hemm biżżejjed infurzar u regolamentazzjoni fuq dawn l-akkomodazzjonijiet, se "jikber ukoll ir-riskju għal mod kif se jkun ippreżentat il-prodott Malti kollu kemm hu." Ħmistax ilu, il-gazzetta ILLUM kienet irrappurtat kif f 'Għawdex biss hemm 451 farmhouse u 625 appartament illiċenzjati. Apparti dawn, hemm ukoll 14-il applikazzjoni għal farmhouses li huma pendenti u waslu għall- aħħar approvazzjoni. Hemm ukoll sitt applikazzjonijiet li qed jistennew għax se jsiru spezzjonijiet ulterjuri wara li l-farmhouses kellhom xi nuqqasijiet u s-sidien intalbu jirranġawhom. Mistoqsija jekk qattx kien hemm rapport ta' farmhouses li kienu qed jinkrew mingħajr liċenzja, kelliema għall- Awtorità Maltija għat- Turiżmu (MTA) saħqet li bejn Jannar u Lulju ta' din is-sena, inħarġu disa' 'Administrative Fine Notices' u żewġ 'Enforcement Notices' fuq proprjetajiet li kienu qed jinkrew mingħajr permess. Tul l-2017, kien hemm disa' sidien oħra li weħlu multa għall-istess raġuni. Dwar dan, mal-gazzetta ILLUM, il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, Joe Muscat, kien qal li s-sidien tal-farmhouses diġà jħallsu l-liċenzja tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, li tinkludi l-kontribuzzjoni għar- riklamar, l-ECO Tax, il- VAT, il-liċenzja tal-pixxina u kontribuzzjonijiet oħra. Aħbarijiet Jiżdiedu b'aktar minn 70,000 it-turisti li għażlu appartament minflok lukanda Il-Kap Eżekuttiv tal-MHRA jgħid li dan hu fenomenu mifrux kullimkien u jisħaq li l- akkomodazzjonijiet li jinkrew lit-turisti għandhom ikunu rregolati Minn Yendrick Cioffi SENA wara sena qed jiżdiedu t-turisti li jiġu Malta u li minflok joqogħdu f 'waħda mil- lukandi mxerrda madwar il-gżejjer, qed jagħżlu li jikru flat, villa jew farmhouse. Statistiċi ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru kif fl-ewwel seba' xhur tas- sena, 319,208 turist għażlu akkomodazzjoni oħra li mhix lukanda, guesthouse jew bed & breakfast. Dan ifisser żieda ta' 28% jew inkella 70,649 turist meta din iċ-ċifra kienet imqabbla ma' dik irreġistrata s-sena li għaddiet. Anke jekk il-maġġoranza tat-turisti li ġew Malta f 'dawn is-seba' xhur, jiġifieri 953,672, għażlu li joqogħdu fil-lukandi, l-istatistika turi li l-ammont tat-turisti li qed jagħżlu li jikru flat, żdied b'mod sostanzjali bejn l-2016 u l-2018. Apparti minn hekk, qed jiżdiedu wkoll dawk it-turisti li jiġu Malta u joqogħdu f 'proprjetà li hija tagħhom, għand il- qraba jew ħbieb jew inkella f 'akkomodazzjonijet oħra privati. B'kollox, bejn Jannar u Lulju, kien hemm 178,647 turist li qagħdu f 'din il-kategorija ta' akkomodazzjonijiet, li tfisser żieda ta' 24% meta mqabbel mal-istess xhur tal-2017. B'kollox, fl-ewwel seba' xhur ta' din is-sena, waslu Malta 1,451,527 turist, jiġifieri żieda ta' 17% meta ċ-ċifra titqabbel mal-istess perjodu tal-2017, li matulu ġew Malta 1,241,248 turist. L-istatistika turi li filwaqt li f 'dawn is-seba' xhur żdiedu b'248,793 it-turisti li ġew Malta għal btala, naqsu bi kważi 16,000 dawk li ġew fuq xogħol u b'aktar minn 22,500 dawk li ġew Malta biex jistudjaw, għall-kura jew inkella għat-turiżmu reliġjuż. Għall-kuntrarju ta' dak li ġara din is-sena, it-turiżmu reliġjuż, edukattiv u dak għall-kura u n-negozju, kienu rreġistraw żieda fl- ewwel seba' xhur tas-sena li għaddiet meta ċ-ċifri ġew imqabbla ma' dawk ta' bejn Jannar u Lulju tal-2016. B'kollox, it-total ta' turisti li żaru Malta f 'dawn l-ewwel seba' xhur ta' din is-sena, nefqu medja ta' €772 kull wieħed u waħda. Andrew Agius Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 9 2018