Illum previous editions

Illum September 9 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 09 ta' Settembru 2018 | illum NITKELLMU ħafna fuq il-prezz tal-kera u kif ħafna familji mhux qed jirnexxilhom ilaħħqu magħha. Huwa fatt magħruf ukoll li ħafna mill-koppji żgħażagħ għandhom ħajjithom jaħdmu biex iħallsu d-dejn li ħadu mill-bank biex ikunu jistgħu jixtru post u jirranġawh kif jixtiequ. Madanakollu ftit li xejn nitkellmu fuq il-prezzijiet tal-garaxxijiet, li bħal dawk tal-proprjetà, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed jogħlew. Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn dawn il-prezzijiet u tkellmet ukoll ma' żewġ periti li huma tal-fehma li aktar mhu se tiżdied il-popolazzjoni u aktar mhu se jkun hawn karozzi fit- toroq, aktar se jkomplu jogħlew il-garaxxijiet. U jekk il-prezzijiet tal-garaxxijet ma jibqgħux jintlaħqu, dan mhux se jfisser aktar sewwieqa jduru u jagħqdu biex isibu parkeġġ? Ħarsa lejn il-garaxxijiet li jinsabu għall-bejgħ fuq is-siti tal-aġenziji tal-proprjetà, ftit li xejn se ssib garaxxijiet ta' karozza waħda li jiswew inqas minn €20,000. Ħafna mill-garaxxijiet jiswew aktar minn €25,000, b'numru mdaqqas saħansitra jaqbżu t-€30,000 u l-€35,000, għalkemm biex inkunu qed ngħidu kollox, xi kultant issib ukoll garaxxijiet b'dan il-prezz li jesgħu żewġ karozzi. B'dawn il-prezzijiet x'aktarx li se tixtri garaxx taħt l-art. Jekk trid garaxx fil-livell tat-triq, ipprepara ruħek għax trid toħroġ ħafna aktar. Rari ssib garaxx fit-triq li jiswa inqas minn €45,000. Tista' tibqa' sejjer hekk, għax il-prezzijiet jibqgħu jogħlew. Forsi jkun hemm min jgħidlek li llum €35,000 ma huma xejn. Imma immaġina koppja li diġà tinsab stola u salib wara li xtrat post li jiswa madwar €200,000 (għalkemm x'aktarx se jonfqu aktar) u magħha jkunu jridu jżidu l-garaxx. Terġa' u tgħid l-ispejjeż għal dawn iż-żgħażagħ ser ikunu akbar jekk is-sid minn fejn xtraw il-post ma jkollux garaxx disponibbli u biex jevitaw il-problema tal-parkeġġ, ikunu kosretti jsibu garaxx mingħand sid ieħor. Dan ifisser, li jekk fuq il-post ikunu ħallsu inqas bolla, għax ibbenefikaw mill-iskema tal- 'first time buyers,' fuq il-garaxx, ġaladarba xtrawh mingħand sid apparti, se jkollhom iħallsu l-bolla sħiħa, għax dan ikun meqjus bħala t-tieni proprjetà. Aktar mhu se tiżdied id- domanda aktar se jogħlew il-prezzijiet Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' żewġ periti li t-tnejn saħqu li aktar mhu se jkun hawn konċentrazzjoni ta' karozzi fit-toroq u aktar mhu se tiżdied il-popolazzjoni fl-ibliet u l-irħula aktar se jogħlew il- prezzijiet tal-garaxxijiet. "Jekk qabel koppja ma kinitx tagħti kas li tixtri garaxx, għax kienet issib tipparkja, illum kważi kważi l-garaxx sar bżonn. Aktar ma tiżdied id-domanda, aktar se jogħlew il-prezzijiet," saħaq wieħed mill-periti. Immaġina l-pressjoni kemm qed tiżdied f 'lokalitajiet bħal Tas-Sliema u San Ġiljan fejn il-parkeġġi qed jitnaqqru bis-sigħat, mhux biss mill-bini imma anke mill-imwejjed u s-siġġijiet. Il-gazzetta ILLUM kienet irrappurtat kif f 'sena waħda biss, f 'Tas-Sliema, il- parkeġġ naqas b'200 post. Wieħed mill-periti kompla jispjega li l-pressjoni kompliet tiżdied meta fl-2015, l-ammont massimu tas-sulari permessibbli skont il-pjan lokali tal-2006, kien beda jiġi kkalkulat b'metri permezz tad-Development Control Design Policy, Guidance and Standards. Dan wassal biex jekk qabel kuntrattur ma setax jibni aktar sulari mill-massimu stabbilit mill-pjan lokali, wara l-2015 seta' jżid sular jew tnejn sakemm xorta waħda ma jaqbiżx il-massimu tal-għoli tal- bini kif stabbilit mill-pjan lokali tal-2006. Aktar sulari jfissru aktar proprjetajiet, aktar residenti u aktar pressjoni fuq il-parkeġġ. Skont il-perit, dan wassal biex id-domanda fil-lokalitajiet kibret u awtomatikament żdiedu wkoll il-prezzijiet tal- garaxxijiet. "Illum garaxx ta' karozza waħda f 'Ħal Balzan kapaċi jitla' sa €42,000," qal il-Perit. "Garaxx fil-Belt Valletta nbiegħ €150,000." Minkejja għidut persistenti, fost kuntratturi u nies fil-qasam tal-bini, li fir-reviżjoni tal-pjani lokali se tkun qed tingħata konċessjoni biex jiżdiedu sular jew tnejn fuq il-bini f 'ċertu lokalitajiet, fis-26 ta' Lulju li għadda, il-gazzetta ILLUM kienet ikkonfermat mal- Ministeru għall-Infrastruttura li mhux se jkunu qed jiżdiedu aktar sulari fuq il-bini fl-ibliet u l-irħula Maltin. Il-perit Roderick Camilleri, ilu jipprattika għal dawn l-aħħar 10 snin, jikkalkula li jekk fl- 2008 garaxx kien jiswa €15,000, garaxx fl-istess triq illum jiswa mat-€30,000 "u dan jekk nieħdu l-medja biss." Multi ħorox għall-kuntratturi se jgħinu biex jorħsu l-prezzijiet? Jekk iż-żewġ periti li tkellmet magħhom il-gazzetta qablu li aktar ma jkun hawn problema ta' parkeġġ aktar se jogħlew il-garaxxijiet, mill-banda l-oħra ma qablux dwar l-impatt li r-reviżjoni tal-'Commuted Parking Payment Scheme' u 'l-Urban Improvement Fund,' jista' jkollu fuq il-prezzijiet tal- garaxxijiet. Wieħed mill-periti saħaq li sa qabel ġew riveduti dawn l-iskemi, kuntrattur kien jaqbillu jħallas 'il-multa' milli jipprovdi l-garaxxijiet. Spjega kif ir-rati l-ġodda jistgħu jservu ta' inċentiv biex kuntrattur jassigura li jipprovdi biżżejjed garaxxijiet għall-proprjetà li se jibni. Skont ir-reviżjoni, għall-ewwel żewġ parkeġġi li kuntrattur jonqos milli jipprovdi (dejjem skont il-kobor tal-proġett), dan qed jintalab iħallas €2,500. Jekk jonqos milli jipprovdi bejn tliet u disa' parkeġġi li jirrikjedi l-iżvilupp, il- kuntrattur qed jintalab iħallas €6,000 għal kull spazju nieqes. Jekk imbagħad jonqos milli jipprovdi 10 parkeġġi jew aktar, dan qed iħallas sa €9,000 għal kull spazju nieqes. Kelliem għall-Awtorità tal-Ippjanar insista ma' din il-gazzetta li r-rati l-ġodda qed jirriflettu aħjar il-valur tas- suq għall-ispazji tal-garaxx u għandhom iservu ta' deterrent għall-iżviluppaturi li jagħżlu li ma jipprovdux parkeġġ fuq il-post. 'Rati esaġeriti li żiedu l-pressjoni fuq l-iskart tal- kostruzzjoni' Madanakollu, il-perit Roderick Camilleri insista mal- ILLUM li r-rata ta' €9,000 hija ftit "esaġerata." Fi kliemu, dan qed joħloq pressjoni ġdida fuq ir-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni. Spjega kif biex jevitaw li jħallsu dan l-ammont, minflok livell wieħed ta' garaxxijiet taħt l-art, il-kuntratturi qed jibnu tnejn. Skont il-perit, dan ifisser aktar terrapin li jrid jintrema u dan meta fi kliemu "diġà ma għandniex fejn narmu l-iskart tal-kostruzzjoni." 'Irduppjaw il-prezzijiet tal-garaxxijiet f '10 snin' ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Illum garaxx sar bżonn, aktar u aktar jekk fi l-lokalità fejn toqgħod it-traffi ku qed jiżdied u l-parkeġġ jitnaqqar. Imma se nlaħħqu mal-prezzijiet tal-garaxxijiet? 'Aktar mhu se tikber il-popolazzjoni fil-lokalitajiet aktar se tikber id- domanda għall-garaxxijet'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 9 2018