Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343
Sports 28 illum Il-Ħadd 09 ta' Settembru 2018 L-GĦĠS twassal il-kondoljanzi wara l-mewt tal-eks ġurnalista sportiv Simon Bonello IL-KOMUNITÀ tal- media sportiva tinsab f 'luttu hekk kif nhar it- Tnejn li għadda, tħabbret il-mewt tal-eks ġurnalista sportiv u president tal- Federazzjoni Maltija tal- Lotta Simon Bonello. Simon Bonello kien mill-Furjana u miet fl-età ta' 85 sena. Għal diversi snin hu kien membru fl- Għaqda Ġurnalisti Sport aktar qabel magħrufa bħala Għaqda Kittieba Sport fejn serva bħala Viċi-President. Huwa kien ukoll membru onorarju tal-Għaqda. Huwa kien introduċa l-isport tal-Lotta f 'Malta fl-1967 fejn waqqaf il-Federazzjoni sentejn wara pero l-aktar sport li kkontribwixxa għalih fil-qasam tal-ġurnaliżmu sportiv kien dak tat- tiġrijiet taż-żwiemel fejn għal bosta snin kien jirraporta mill-Korsa tal-Marsa u jikteb artikli fuq it-Times u n-Nazzjon, jaġġorna dwar it-tiġrijiet fuq Net TV u saħansitra kellu programm televiżiv bl-isem ta' Sulky fuq l-Isports Channel. Barra t-Tiġrijiet taż- Żwiemel u l-Lotta fis- snin 70 kien serva bħala President tal-Federazzjoni tal-Weightlifting, ta' l-Assoċċjazzjoni tal- Bodybuilding u tal- Federazzjoni taċ-Chess. Kien ukoll referee stabbilit tal-Lotta. Għal snin twal kien membru fl-Eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Malti fejn serva wkoll bħala viċi President u Direttur tas-Settur Żagħżagħ. Bonello kien ukoll bniedem sportiv fejn kien jilgħab il-cricket mal- Furjana kif ukoll it-table tennis u ċ-ċess. Simon Bonello kien ukoll ħames darbiet finalist fil-kuntest tal-Isportivi Nazzjonali. L-Għaqda Ġurnalisti Sport wasslet il- kondoljanzi lill-familja u l-qraba kollha tiegħu. Simon Bonello flimkien mal- eks Chairman tal-Malta Racing Club, Dr Matthew Brincat L-MWA torganizza kamp ta' taħriġ u seminars mal-kowċ internazzjonali rinomat Tamas Feher TAMÁS Fehér huwa kowċ tal-weightlifting rikonoxxut internazzjonalment bi kwalifiċi għolja b'aktar minn 35 sena ta' esperjenza. Huwa wera kapaċità sinifikanti biex jiżviluppa u jħeġġeġ atleti fuq livelli internazzjonali f 'ħafna pajjiżi fid-dinja kollha. Huwa l-aktar magħruf għall-ħidma tiegħu bejn l-2008 u l-2014 fejn kien qed jaħdem bħala l-Kowċ Kap tal-Iskwadra nazzjonali tal-Gran Brittanja li mexxa t-tim maskili u femminili Ingliż għal diversi Kampjonati Dinjija u Ewropej inkluż l-Olimpjadi tal-2012. Għallem f 'diversi korsijiet internazzjonali tal-weightlifting, korsijiet ta' taħriġ ta' Strength & Conditioning u dan l-aħħar ukoll seminars tal-Cross Fit. Uħud minnhom intalbu mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (IOC), Solidarjetà Olimpika, Federazzjoni Internazzjonali (IWF), Federazzjoni Ewropea (EWF), Poliquin Institute u Eleiko, Weightlifting USA, Sheffield United Football Club, England Rugby Union, UK Sport. TASS, eċċ. L-atleti Maltin għandhom ħafna kompetizzjonijiet internazzjonali ġejjin u żgur li bbenefikaw ħafna minn dan il-kamp ta' taħriġ. L-atleta Shelby Mangion Vassallo ta' 15-il sena qed tipprepara biex tipparteċipa fil-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ fi Buenos Aires f 'Ottubru. Tenishia Thornton ta' 13-il sena qed tipprepara biex tikkompeti fil-kampjonat fl-Iżvizzera f 'Ottubru. Thornton u Tristan Zammit qed jippreperaw għal 'event' ieħor internazzjonali li ser ikun qed jiġi organizzat ġewwa Valencia fi tmiem Settembru. Dawn l-atleti flimkien ma' oħrajn tal-istess età jitħarrġu aktar minn tmien darbiet fil-ġimgħa matul il-vaganzi tas-sajf tagħhom. L-atleta Yazmin Zammit Stevens qed tipprepara wkoll għal żewg kompetizzjonijiet maġġuri fil-ftit xhur li ġejjin. Hi l-ewwel tikkompeti fil-Kampjonati tad-Dinja Universitarji flimkien ma' Rodmar Pulis fil-Polonja fi tmiem Settembru, u mbagħad fil-Kampjonati tad-Dinja li se jsiru fit- Turkmenistan kmieni f 'Novembru. Dawn l-atleti kollha flimkien ma' atleti promettenti oħra se jkunu taħt il-gwida ta' Tamas Feher u l-kowċ tat-tim nazzjonali Jesmond Caruana għall- programm ippakkjat ta' tliet ġimgħat li jwasslu għall- kompetizzjoni nazzjonali fis-16 ta' Settembru. Tamas Feher jindirizza lill-weightlifters Maltin fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera