Illum previous editions

Illum September 9 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Intervista 13 għall-istqarrija tiegħu illi Caruana Galizia kienet 'biċċa blogger'. Huwa qal iżda li minkejja kollox huwa jifhem il- weġgħat li għandhom il-familja. 'Din hija n-New Way... li mhux tagħna biss tajjeb' U la semmejna n-Nazzjonalisti li ma jridux jafu b'Delia, irrimarkajtlu illi mingħajr l-appoġġ ta' dawn se jkollu riżultat ħażin ħafna fl-2019. "Inkun arroganti jekk nispekula kif se jivvutaw jew x'ivvutaw in-nies. Jiena għalhekk mort u qed immur niltaqa' ma' mijiet ta' nies, kuljum..." Infakkru iżda illi dan mhux qed jirrifletti fis- sondaġġi, inkluż f 'dawk ippubblikati mill-kamra tal-aħbarijiet tagħna. "Jiena għandi obbligu nisma' u nara x'qed jgħidu in-nies. Min jawguralek, min jgħidlek prosit, min jgħidlek li ma jaqbilx miegħek u ħafna jilqgħuni billi jgħiduli, jien Laburist ta..." "Kienet x'kienet l-għażla tal-persuna fl-aħħar elezzjoni ġenerali, lili ma tagħmillix differenza. Jekk pensjonat ma jistax ilaħħaq mal-ħajja bil-pensjoni mhux se noqgħod nistaqsih lil min ivvota, jekk koppja ma tistax tissellef mill- bank u lanqas tikri għax il-kirjiet għolew, mhux se nistaqsihom kif ivvutaw fl- aħħar elezzjoni ġenerali jew ma' min iżommu ommhom jew missierhom..." Imma nfakkru illi hu politiku. U jrid li n-nies jivvutawlu, irid jagħti r-riżultati. "Eżatt imma biex nikkonvinċihom irrid nurihom l-umiltà, mhux niddeċiedi nkellimhomx jew nismagħhomx skont lil min ivvutaw." "Din hija n-New Way, li m'għandniex l-arroganza li naħsbu li aħna biss nafu kollox u li tagħna biss tajjeb," jinsisti Delia f 'ġustifikazzjoni għall- messaġġ li rebħu l-elezzjoni li għamlitu Kap tal-PN. Elezzjonijiet MEPs: 'Sena mhux biżżejjed' Imma issa new way u mhux new way, il-Partit Nazzjonalista jitlef mhux jirbaħ l-appoġġ qiegħed. Hemm xejra ċara li qed tirriżulta f 'kull sondaġġ u illi turi illi minkejja tnaqqis minn fost dawk li vvutaw Labour fl-2017, xorta hemm distakk ta' bejn 80,000 u 90,000 vot. Imma allura telfa bħal din ma tkunx ċertifikat ħażin għan-New Way u turija ċara li l-poplu ma jridx lil Delia? "L-ebda politiku qatt m'għamel pjan biex jiġi determinat f 'sena. Ma naħsibx li dak li ġara f '20 sena b'telfiet kbar, se nbiddlu f 'sena." "Ma narax l-elezzjonijiet tal-MEP bħala xi ħaġa ta' barra minn did-dinja jew ġudizzju kbir fuqi u fuq il-partit." Kif qed issaħħaħ il-partit jekk il-partit qed jitlef l-appoġġ? Delia jfakkar illi fl-ewwel sena l-PN kellu elezzjonijet interni u proċess ta' riorganizzazzjoni. "Dan huwa proċess sħiħ biex il-PN ibiddel il-mentalità fi ħdanu li wasslet għal tant telf..." "Sena mhix biżżejjed..." 'Nittama li jonqos id- distakk...' Nirrimarkalu illi donnu qed jaqta' qalbu u rassenjat għal telfa kbira fl-2019. "Jiena ma naqta' qalbi qatt. Kieku naqta' qalbi taħseb li kont se nidħol f 'partit li kien għadu kif esperjenza l-akbar telfa elettorali fl- istorja, li kellu sitwazzjoni ta' finanzi kienu kif kienu u li kien qed jitlef l-appoġġ, fuq medda ta' snin," jinsisti l-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Nassigurah imma li ħafna Nazzjonalisti qatgħu qalbhom. "Jekk veru tridu tgħixu f 'pajjiż ħieles u demokratiku, irridu nibnu fuq it-tajjeb li bena dan il-Gvern imma nbiddlu fejn hu ħażin." "Nagħmel kuraġġ lil min irid li l-pajjiż jibqa' sejjer tajjeb, mingħajr ma jkun hawn korruzzjoni. Nagħmel kuraġġ lil min irid żvilupp imma mingħajr ma jweġġa' tant lill-ambjent. Nagħmel kuraġġ lil min irid li jkollna nies li kapaċi jiġu pajjiżna u jkollna x-xogħol, imma mhux il-prekarjat. Lil min irid li jkollna barranin ta' ċerta livell, imma mhux kriminalità li qed naraw f 'kull belt u raħal." Imma jittama li d-distakk enormi jista' jnaqqsu fl- 2019? "Nittama iva, għal pajjiżi. Għal pajjiżi nittama li l-Oppożizzjoni tkun b'saħħitha biżżejjed biex iżżomm lill-Gvern saqajh mal-art mhux jibqa' għaddej kif għaddej mingħajr ma jkun sensittiv...nittama, biex ikollna politika li tħares lejn il-futur, mhux politika taċ-ċekkijiet u l-karità..." "Ir-riżultat jiġi waħdu wara li nagħmel ix-xogħol u niltaqa' man-nies..." 'Aħjar l-FIAU tmexxi fejn għandha tmexxi...' Ftit Ħdud ilu din il- gazzetta ppubblikat storja illi fiha indikat illi l-FIAU mistennija titlob lill-Parlament Ewropew biex titneħħa l-immunità tal-MEP David Casa wara li dan tal-aħħar ippubblika rapport li jinsisti illi jinkrimina lil Konrad Mizzi. Din il-gazzetta staqsiet għaliex il-Partit Nazzjonalista ma ħariġx għonqu għal Casa. "Onestament, inti l-ewwel wieħed li qed tistaqsini u se nwieġbek hekk; l-FIAU għandha ħafna xi twieġeb u rendikont x'tagħti, naħseb aħjar l-FIAU tikkonċentra fuq jekk għandhiex tmexxi fejn għandha tmexxi, minflok tattakka lil min qed iwassal l-informazzjoni." Il-Ħadd 09 ta' Settembru 2018 | illum bħala ġudizzju kbir fuqi u fuq il-partit Ritratt: James Bianchi Delia jaqbel jew le? Mina? "M'għandix biżejjed informazzjoni biex nagħmel ġudizzju u naħseb lanqas il-Gvern m'għandu." Insib? "Insegwu l-liġijiet filwaqt li niftakru li kull Gvern għandu obbligu li jiġġieled għad-drittijiet tan-nassaba, fid-dawl ukoll ta' referendum." Moratorju fuq il-bini? "Ma jagħmilx sens. Pjan fit-tul fejn l-ambjent ikun mutur tal-ekonomija, minflok." 'Capping' fuq il-kirjiet? "Perikoluż. Imma il-PN qed jesplora porposti għall-housing, bħala alternattiva." Taxxi ogħla biex jonqos l-użu tal-karozzi? "Għandna nkunu l-ewwel fid-dinja li nneħħu karozzi li huma 'carbon fuelled'." Privatizzazzjoni Air Malta? "Il-Gvern falla kompletament...irid ikun hemm pjan ċar mhux deċiżjonijiet mil-lum għal għada."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 9 2018