Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343
Intervista 12 illum | Il-Ħadd 09 ta' Settembru 2018 ...tkompli minn paġna 11 Nerġa' npinġi xenarju ieħor allura. Jgħaddi ftit taż-żmien u dwar l-allegazzjoni primarja li kien għamel Simon Busuttil, jiġifieri l-allegazzjoni ta' tixħim miċ-Chief of Staff tal-PM Keith Schembri mill-bejgħ tal-passaporti, il-Maġistrat tiddeċiedi li hemm biżżejjed provi biex jibdew proċeduri kriminali; Delia jerġa' jagħmel lil Simon Busuttil kelliem għall- Governanza? "Jekk jiġri hekk il-portata tad-deċiżjoni tkun ħafna ikbar u r-responsabilità tkun fuq il-Prim Ministru, mhux fuq Simon Busuttil," jgħid Delia illi jinsisti li Keith Schembri u Konrad Mizzi misshom irreżenjaw meta rriżulta li kellhom kontijiet fil-Panama. "Mela sewwa, Muscat nefaq €1 miljun biex jgħidilna li l-kumpanija fil-Panama Egrant mhux tiegħu u fl-istess ħin mdawwar bi tnejn minn nies li kellhom kontijiet fil-Panama." Naqtagħlu fil-qasir u nassigurah illi meta u jekk qatt il-Prim Ministru jaċċetta t-talba biex issirlu intervista minn din il- gazzetta (din diġà hija t-tieni intervista tal- ILLUM ma' Kap tal-PN) nistaqsuh dwar dan il-punt. Sadanittant iżda; jekk Delia neħħa lil Busuttil minn kelliem tal-PN minħabba dak li qed isejjaħlu ġudizzju politiku ħażin fuq Egrant, jerġa' jagħmlu kelliem tal- PN jekk fuq l-allegazzjoni daqstant serja ta' tixħim jirriżulta li għamel ġudizzju politiku tajjeb? "Jiena niddeċiedi fuq il- fatti mhux l-ispekulazzjoni," jirrispondi mill-ewwel Delia. "Jekk mal-medda taż- żmien jirriżultaw affarijiet oħrajn niddeċiedu meta jiġru, mhux qabel." 'Jista' jkun li l-Avukat Ġenerali għandu interess li ma tkunx ippubblikata l-inkjesta kollha...' Induru fuq l-akkużi lejn l-Avukat Ġenerali, l-akkużi li dan qed jikser l-Kostituzzjoni. Din hija akkuża 'tqila' ħafna, infakkar lil Delia. "Ħafna tqila u dan qed ngħidu b'responsabilità kbira," jinsisti. "Jiena qed ngħid li ġew miksurin żewġ drittijiet. L-ewwel nett id-dritt tal- libertà tal-kelma, li jinkludi d-dritt tal-informazzjoni. Għax jiena għandi dritt li jkolli l-informazzjoni u l-Avukat Ġenerali qed iċaħħadni minnha. U t-tieni, qed jinħoloq żbilanċ politiku," jgħid Delia qabel imbagħad jagħmel allegazzjoni pjuttost serja. "L-Avukat Ġenerali rrikonoxxa li din hija materja pubblika, imma qal li l-Prim Ministru kellu interess personali minħabba li l-allegazzjoni kienet fuq martu. Issa dwar Egrant kollox kien jidher f 'dawk il-konklużjonijiet li ġew ippubblikati, għax kien hemm konklużjonijiet li ma ġewx ippubblikati..." Inwaqqfu ftit u nistaqsih għal liema konklużjonijiet qed jirreferi? "hemm konklużjonijiet li ma ħarġux, ġieli għidtha..." sostna Delia. "L-inkjesta indagat dwar John Dalli, Konrad Mizzi, Keith Shembri u dwar tranżazzjonijiet mill-Ażerbajġan. Dawn mhumiex ta' interess personali tal-Prim Ministru għax ma jirrigwardawx lil Michelle Muscat jew xi ħadd mill-familja. L-Avukat Ġenerali qal li l-PM Joseph Muscat kellu bżonn dawn id-dettalji minħabba x-xogħol tiegħu. Mhux anke jien? Muscat qal li kien hemm dokumenti oħra ffalsifikati. Jien ma nafx għax m'għandix ir-rapport. Jissemmew tranżazzjonijiet minn Keith Schembri fir- rapport, il-PM jaf, imma jien le. Hemm dettalji ta' ħlas fil-kont Willberby Inc. (ta' Brian Tonna), u għal darb'oħra l-PM jaf dawn id- dettalji u jien le." "Mela l-Partit Laburista għandu għodda li jien m'għandix," jinsisti Delia. Ikompli jagħmel stqarrijiet pjuttost serji li fil-fatt diġà għamel iktar kmieni din il-ġimgħa; "Issa l-Avukat Ġenerali huwa l-Kap tal- Financial Intelligence and Analysis Unit (FIAU). Mela jekk fir-rapport li ma kienx ippubblikat hemm informazzjoni li, pereżempju, tindika li l-maġistrat ma setax jasal għall-konklużjonijiet minħabba nuqqas mill- FIAU, mela allura l-Avukat Ġenerali għandu interess li l-inkjesta kollha ma toħroġx għax huwa stess imexxi l-FIAU." Għalhekk huwa reġa' sostna li l-Avukat Ġenerali qed jikser il-Kostituzzjoni li hu suppost iħares u akkużah b'assalt fuq id- demokrazija. Jekk allura il-każ jinqata' favuru u jkun deċiż li r-rapport għandu jingħata lil Delia fl-intier tiegħu, isejjaħ għar-riżenja tal-Avukat Ġenerali? "Jiena diġà tlabt għar- riżenja tiegħu u naħseb li l-mument li l-kawża tinqata' favur tiegħi, il-pożizzjoni tal- Avukat Ġenerali ma tibqax aktar tenibbli." 'Mod tikkritika u mod toqtol' Indawru s-suġġett fuq Daphne Caruana Galizia. Is-suspett, jibqa' suspett, però daqskemm hemm suspetti li seta' kien xi ħadd qrib il-Gvern li riedha eliminata, daqshekk ieħor hemm suspetti li seta' kien xi ħadd qrib Delia. Wara kollox, b'Caruana Galizia ħajja din l-ewwel sena ta' Delia bħala Kap tal-PN kienet tkun ħafna iktar diffiċli milli kienet. "Jiena dejjem ikkundannajt u nibqa' nikkundanna qtil ta' ġurnalista li qalet u kitbet u allegat..." Inwaqqfu u nfakkru li din hija l-istess persuna li hu kien iddeskriva bħala 'biċċa blogger'. Jammetti u jgħid li se jitkellem dwarha din il-ħaġa. "Jiena ma kellix problemi li saru attakki fuqi u kull attakk li sar fuqi jien irribattejtu. Urejt li l-ebda storja ta' Daphne Caruana Galizia ma kienet vera. Imma mod targumenta, tiddiskuti u ma taqbilx u mod toqtol. Bl-ebda mod u fl-ebda ħin ma jista' qatt ikun aċċettat qtil f 'soċjetà diċenti, demokratika u ċivilizzata." Huwa jfakkar kif s'issa għadna ma nafux min kien wara d-delitt ta' Daphne Caruana Galizia u sostna illi hemm bżonn issir ġustizzja. 'Għax ma titkellimx fuq il-korruzzjoni biss ma jfissirx li inti m'intix kontra l-korruzzjoni' Infakkru illi ħafna mill- persuni li kienu jsegwu lil Daphne Caruana Galizia, probabilment il-maġġoranza qawwija tagħhom votanti jew simpatizzanti Nazzjonalisti, lilu ma jarawhx bħala kap idoneu. Hemm min jarah bħala aktar tolleranti għall- korruzzjoni, pereżempju. Kif iwieġeb Delia? Hu jsostni illi kull min jafu, jaf li dan mhux il-każ. "Min jafni, jaf il-kruċjata li għamilt fil-futbol kontra l-korruzzjoni. Tajjeb wieħed jistaqsi minn fejn ġejja din l-akkuża. Hemm xi ħaġa li turi illi jien meta kien hemm kwistjoni ta' korruzzjoni ma ġġilidthiex?" jistaqsi Delia. "Fil-każ tal-VGH kont jien li ftaħt proċeduri fil-Qorti biex inwaqqa' l-kuntratt." Huwa jikkwalifika; "Għax ma titkellimx fuq il-korruzzjoni biss ma jfissirx li inti m'intix kontra l-korruzzjoni. Xi ħadd isemmi ħaġa waħda li hija waħda, fejn jien kont tolleranti għall- korruzzjoni," jisfida Delia. Huwa stieden lil dawk kollha li ma jridux jafu bih, l-aktar ħafna votanti Nazzjonalisti speċjalment dawk fl-10 distrett, biex jiġġudikawh fuq id- deċiżjonijiet li jagħmel u fuq l-aġir tiegħu , "mhux x'qal xi ħadd dwari. Dwar il-fatti u fuq id-deċiżjonijiet li se nieħu, mhux x'qal xi ħadd li hemm ċans li nagħmel." Staqsejtu jekk hu baqax jipprova jagħmel kuntatt mal-familja Caruana Galizia, bir-risposta pronta tkun li hu qatt ma prova jagħmel kuntatt mal- familja, wara li dawn urew bl-aktar mod ċar li ma jixtiqux il-preżenza tiegħu f 'attivitajiet relatati ma' Daphne Caruana Galizia. Ifakkar li hu talab skuża Ma narax l-elezzjonijiet tal-MEPs bħala 'M'għandniex l-arroganza li naħsbu li aħna biss nafu kollox u li tagħna biss tajjeb' " " jirrispondi mill-ewwel